GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-
EUROPEAN DOCUMENTATION AND RESEARCH CENTRE ġ L.S.327.185 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.185
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-EUROPEAN 
DOCUMENTATION AND RESEARCH CENTRE
4 ta’ April, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 55 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fil-European
Documentation and Research Centre.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-European Documentation and
Research Centre; u
"iċ-Ċentru" tfisser il-European Documentation and Research
Centre.
Applikabilità .
’il quddiem.
Eliġibbilità  għad-
dħul.
3. L-applikazzjonijiet huma miftuħa għall-kandidati li
ggradwaw bil-European Studies bħala qasam ewlieni ta’ studju,
normalment bl-Unuri, u li ġew ikklassifikati fl-ogħla nofs tal-
klassifikazzjoni fl-eżamijiet finali ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat.
Kandidati li ma 
jissodisfawx ir-
rekwiżiti.
4. Il-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati fl-
ordinament 3, jistgħu, f’każijiet speċjali, japplikaw lill-Bord għall-
permess biex jirreġistraw. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom
jinkludu evidenza ta’ profiċjenza u rakkomandazzjoni minn
membru ta’ l-istaff akkademiku li jaqbel li jaġixxi bħala superviżur.
Il-Bord jista’ jitlob rekwiżiti addizzjonali, li jistgħu jinkludu li
wieħed jagħmel eżami jew eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni.
Dissertazzjoni 
proposta.
5. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu
t-titolu tad-dissertazzjoni proposta u sunt qasir tagħha.
Format u 
preżentazzjoni.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra mill-Bord, id-
dissertazzjoni normalment m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 50,000
kelma.
Kopji.
dissertazzjoni għall-eżami li għandhom ikunu llegati
adegwatament. Fi żmien xahar minn mindu jgħaddu mill-eżami tad-
dissertazzjoni, l-istudenti għandhom jissottomettu żewġ kopji tad-
dissertazzjoni, li waħda minnhom għandha tkun depożitata fil-
Librerija ta’ l-Università  u l-oħra fil-librerija taċ-Ċentru, illegati
kif ġej:
bid-drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxra iebsa u bil-
karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun
bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(a) l-isem ta’ l-istudent;
2 L.S.327.185 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-
EUROPEAN DOCUMENTATION AND RESEARCH CENTRE
(b) l-isem jew l-isem fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(ċ) il-grad li għalih id-dissertazzjoni qed tkun
sottomessa; u
(d) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk dan ma jkunx possibbli,
għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi
speċjali u nnumerati.
Test. 8. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug u mill-
anqas 20 mm minn naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
