GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA 
FIL-ĠEBLA U L-BINI ġ L.S.327.186 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.186
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. -
FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI
4 ta’ April, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 56 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fl-Istitut għar-Riċerka fil-
Ġebla u l-Bini.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għar-Riċerka fil-Ġebla u l-
Bini;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.; u
"l-Istitut" ifisser l-Istitut għar-Riċerka fil-Ġebla u l-Bini.
Applikabilità .
1994 ’il quddiem.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Biex jirreġistraw għall-Grad, il-kandidati għandhom
jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul kif speċifikati fir-Regolamenti
għall-grad ta’ Doctor of Philosophy.
Proposti ta’ 
riċerka.
4. Il-proposti ta’ riċerka tal-kandidati għandhom jindikaw
b’mod ċar il-mistoqsijiet ta’ riċerka fil-qasam li se jaħdmu fih, l-
ipotesijiet li se jiġu ttestjati u l-metodoloġija li se tkun adottata
biex jiġu ttrattati l-mistoqsijiet ta’ riċerka. Jekk il-Bord jidhirlu li
hu meħtieġ, il-kandidati jistgħu jintalbu juru kompetenza f’dawk il-
kapaċitajiet meħtieġa min-natura relatata ta’ l-investigazzjoni.
Reġistrazzjoni 
għall-grad ta’ 
Master of 
Philosophy.
5. Qabel ma jirreġistraw għall-Grad, il-kandidati għandhom
normalment jirreġistraw l-ewwelnett għall-grad ta’ Master of
Philosophy. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss il-kandidati jistgħu
jkunu kkunsidrati għal reġistrazzjoni diretta għall-Grad.
Progress u 
superviżjoni.
6. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirreġistraw kull
tnax-il xahar fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur
tagħhom.
Superviżur.
istaff akkademiku ta’ l-Università  ta’ Malta. Il-Bord normalment
ma jinnominax bħala superviżur persuna li l-kwalifiki akkademiċi
tagħha huma ta’ livell anqas minn dak tal-grad ta’ Doctor of
Philosophy.
Seminars.
jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-seminars ta’ riċerka ta’ l-Istitut.
Teżi.
istudent uża l-kapaċitajiet kritiċi indipendenti tiegħu biex wasal
għall-konklużjonijiet irrappurtati. Fiż-żewġ każijiet, l-istudent
għandu jindika b’mod ċar sa fejn it-teżi tiġbor fiha r-riżultati tar-
2 L.S.327.186 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA 
FIL-ĠEBLA U L-BINI
riċerka u l-osservazzjonijiet tiegħu, u sa fejn l-investigazzjoni
tmexxi ’l quddiem l-istudju fis-suġġett.
Tibdiliet fit-titolu. 10. Tibdiliet fit-titolu tat-teżi għandhom l-ewwel ikunu
approvati mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-
superviżur, u wara għandhom ikunu sottomessi għall-approvazzjoni
tas-Senat.
Format u 
preżentazzjoni tat-
teżi.
11. It-teżi normalment m’għandhiex tkun ta’ anqas minn
35,000 kelma u ta’ mhux aktar minn 60,000 kelma, li jeskludu l-
appendiċijiet, il-biblijografiji, il-glossarji u l-footnotes.
Kopji. 12. L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu tliet kopji tat-teżi,
jew ittajpjati jew ipprintjati, u llegati b’mod adegwat għall-għan ta’
l-eżami orali. Huma meħtieġa jġibu r-raba’ kopja tat-teżi għall-
eżami orali, illegata bl-istess mod u ppaġinata.
Kopji llegati 
b’qoxra iebsa.
13. (a) Wara l-eżami orali, u wara li jiġu inkorporati l-emendi
li jistgħu jintalbu mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi, l-
istudenti għandhom jissottomettu żewġ kopji oħra
llegati b’qoxra iebsa art vellum jew tad-drapp, ta’
kulur maroon skur, meħjutin bit-truf mhux maqtugħa,
bl-ittri tad-deheb fuq l-ispina li juru l-grad, id-data u l-
isem ta’ l-istudent, u fuq il-qoxra tal-faċċata t-titolu
tat-teżi. L-ittri jridu jkunu ta’ qies ta’ bejn l2mm u
30mm.
(b) It-test għandu jkun ittajpjat jew mitbugħ fuq karti A4,
fuq naħa waħda biss, bi spazju doppju, u b’marġni ta’
40mm fuq in-naħa tax-xellug, u mill-anqas 20mm min-
naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
(ċ) Disinji, mapep u illustrazzjonijiet oħra li huma akbar
minn A4, għandhom jintwew sew għal qies A4, sabiex
ikunu jistgħu jiġu llegati b’mod pulit fi ħdan it-teżi.
(d) L-istudenti huma wkoll meħtieġa jippreżentaw sunt
qasir tat-teżi tagħhom ta’ mhux aktar minn 500 kelma
li għandu jkun illegat ma’ kull kopja tat-teżi li tiġi
sottomessa lill-Università . Waħda minn dawn il-kopji
għandha titqiegħed fil-Biblijoteka ta’ l-Università  ta’
Malta, u l-oħra fil-librerija ta’ l-Istitut.
Pubblikazzjoni ta’ 
parti mix-xogħol.
14. L-istudenti jistgħu, bil-permess tai-Bord, jippublikaw parti
mix-xogħol tagħhom qabel ma jissottomettuh bħala teżi, sakemm
fix-xogħol ippubblikat ma jingħadx li x-xogħol qed jiġi kkunsidrat
għal grad għoli. Dan ix-xogħol ippubblikat jista’ aktar tard ikun
inkorporat fit-teżi li tkun sottomessa lill-Università .
