KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS) ġ L.S.327.187 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.187
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - U 
BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - B.A. (HONS)
4 ta’ April, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 57 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 81 u 145
ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - u Bachelor of Arts
(Honours) - B.A. (Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arti;
"il-korsijiet" tfisser il-korsijiet ta’ l-istudji li jwasslu għall-Grad
ta’ Bachelor of Arts - B.A. - u għall-Grad ta’ Bachelor of Arts
(Honours) - B.A. (Hons);
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - jew il-Grad
ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) - skond il-każ; u
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Arti.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 81 ta’ l-2000;
A.L. 145 ta’ l-
2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti ta’ xi wieħed mill-Gradi, l-
istudenti għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari f’wieħed mill-
korsijiet skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università  u jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-
kors stipulati fir-regolament 5;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji rilevanti, jiksbu l-kredti
kollha indikati fir-regolament 11, jgħaddu mill-
eżamijiet sinottiċi u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Id-dħul u r-
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għal xi wieħed mill-korsijiet fuq il-formola preskritta u fiż-żmien
speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur. L-applikanti għandhom
jindikaw l-għażla tagħhom bejn il-kors tal-B.A. u l-kors tal-B.A.
(Hons).
(2) Biex jiġu rreġistrati bħala studenti regolari f’wieħed mill-
korsijiet, l-applikanti għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-
rekwiżiti ġenerali għad-dħul speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul
2 L.S.327.187 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS)
ta’ l-Università , jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors stipulati
fir-regolament 5 kif ukoll ir-rekwiżiti speċjali għall-kors tal-fakultà
li toffri l-qasam jew l-oqsma ta’ studju skond ir-regolament 6.3.2
tar-Regolamenti għad-Dħul, fejn dan japplika.
Grad li għadda fil-
Livell Avanzat.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2000.
5. (1) L-applikanti li jagħżlu li jistudjaw xi wieħed mill-
oqsma ta’ studju li ġejjin għandu jkollhom grad li għaddew fil-
Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-
Matrikola jew ekwivalenti fis-suġġett:
l-Ekonomija, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Istudji tal-Ġermaniż, l-
Istorja, it-Taljan, il-Malti, jew l-Istudji tal-Mużika.
(2) B’effett minn Ottubru 2000 l-applikanti li jagħżlu li
jistudjaw:
(a) ir-Relazzjonijiet Internazzjonali għandu jkollhom grad
li għaddew fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fl-
Istorja; u
(b) il-Psikoloġija għandu jkollhom grad li għaddew fil-
Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fil-Bijoloġija.
L-oqsma ta’ studju.
Emendat:
A.L. 81 ta’ l-2000;
A.L. 145 ta’ l-
2000.
6. (1) L-oqsma ta’ studju li ġejjin jistgħu jkunu offruti fiż-
żewġ korsijiet:
l-Antropoloġija, l-Għarbi, l-Arkeoloġija, l-Arti, il-Klassiċi,
l-Istudji Kontemporanji tal-Mediterran, l-Ingliż, il-Franċiż, il-
Ġeografija, l-Istorja, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, it-Taljan, il-
Lingwistika, il-Malti, l-Istudji tal-Mediterran, l-Istudji tal-Mużika,
l-Istudji tal-Lvant Qarib, il-Filosofija, l-Istudji Soċjali, is-
Soċjoloġija, l-Istudji tat-Teatru, u kwalunkwe qasam ta’ studju
ieħor kif rakkomandat mill-Bord u approvat mis-Senat.
(2) L-oqsma ta’ studju li ġejjin jistgħu jkunu offruti biss fil-
Kors tal-B.A.:
l-Istudji Amerikani*, l-Istudji tal-Komunikazzjoni, ir-
Reliġjon Komparata, l-Ekonomija, l-Istudji tal-Ġermaniż, il-
Grieg*, l-Istudji Ispaniċi*, il-Latin*, il-Psikoloġija, u kwalunkwe
qasam ta’ studju ieħor kif rakkomandat mill-Bord u approvat mis-
Senat.
* offrut biss bħala qasam ta’ studju sekondarju.
(3) L-oqsma ta’ studju li ġejjin ma jistgħux jingħażlu flimkien:
- l-Antropoloġija u l-Istudji Kontemporanji tal-
Mediterran
- il-Ġeografija u l-Istudji Kontemporanji tal-Mediterran
- l-Istudji tal-Lvant Qarib flimkien ma’ l-Għarbi jew
ma’ l-Arkeoloġija
- l-Istudji Soċjali u s-Soċjoloġija.
Qabel il-bidu ta’ xi wieħed mill-korsijiet, il-Bord jista’
jindika abbinamenti oħrajn ta’ oqsma ta’ studju li ma jistgħux
jingħażlu flimkien.
(4) Il-Bord jista’, bl-approvazzjoni tas-Senat, jħalli lill-
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS) ġ L.S.327.187 3
istudenti jagħżlu oqsma ta’ studju mhux imsemmija fis-
subregolamenti (1) u (2).
(5) L-istudenti li jagħżlu oqsma ta’ studju offruti minn
fakultajiet oħra għandhom joqogħdu għar-regolamenti relatati ma’
dawk l-oqsma ta’ studju fil-kors rilevanti sa fejn huma konċernati
r-rekwiżiti speċjali tal-kors, it-taqsimiet studju u l-eżamijiet.
(6) L-oqsma ta’ studju mniżżla fis-subregolamenti (1) u (2) u
l-abbinamenti ta’ oqsma ta’ studju jiġu offruti jekk jippermettu r-
riżorsi u skond l-għadd ta’ applikanti li jagħżluhom.
It-tul tal-korsijiet.
fuq bażi full-time jew ħames snin ta’ studju fuq bażi part-time. Il-
Bord jista’ jħalli studenti jtemmu kors fuq bażi full-time f’mhux
aktar minn erba’ snin, u kors fuq bażi part-time f’mhux aktar minn
seba’ snin minn meta jidħlu l-ewvel darba fil-kors, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li hu jista’ jimponi. Il-kors fuq bażi part-time
jwassal għall-Bachelor of Arts u għandu jkun offrut biss filgħaxija.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jippermetti estensjoni
oħra ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli
studenti, għal raġuni valida, jissospendu l-istudji tagħhom għal
mhux aktar minn tnax-il xahar.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-korsijiet u 
għat-taqsimiet 
studju.
8. (1) L-istudenti għandhom jirreġistraw qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika u jirreġistraw għat-taqsimiet studju qabel il-bidu
ta’ kull semestru fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-istudenti jingħataw grad għal taqsima studju biss jekk
ikunu rreġistraw għaliha fuq il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għat-
Taqsimiet Studju. Fil-bidu ta’ kull semestru, l-istudenti jistgħu
jżidu jew inaqqsu xi taqsima studju fuq il-formola preskritta u fiż-
żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(3) L-istudenti huma mistennija jinfurmaw lir-Reġistratur bil-
miktub jekk huma jirriżenjaw mill-kors, u jagħtu d-data tar-riżenja
tagħhom.
Il-korsijiet ta’ l-
istudji.
9. Kull kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
mill-anqas 76 kredtu huma assenjati u għandu jkun strutturat kif
ġej:
(a) L-Ewwel Sena għandha tkun komuni għall-istudenti li
jidhlu f’xi wieħed mill-korsijiet u għandha tikkonsisti
f’taqsimict studju fil-Livell 1 u fil-Livell 2 f’żewġ
oqsma ewlenin ta’ studju;
(b) It-Tieni u t-Tielet Sena tal-Kors tal-B.A. għandhom
jikkonsistu f’taqsimiet studju fil-Livell 2 u fil-Livell 3
f’żewġ oqsma ewlenin ta’ studju;
(ċ) It-Tieni u t-Tielet Sena tal-Kors tal-B.A. (Hons)
għandhom jikkonsistu f’taqsimiet studju fil-Livell 2 u
fil-Livell 3 f’qasam ewlieni ta’ studju;
(d) Taqsimiet studju obbligatorji fl-Istorja taċ-Ċivilità  tal-
Mediterran għandhom jinkisbu matul l-Ewwel u t-
Tieni Sena; u
4 L.S.327.187 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS)
(e) Taqsimiet studju fakultattivi f’xi qasam ta’ studju
approvat mill-Università , anke fl-oqsma ewlenin ta’
studju magħżula diġà , li għandhom jinkisbu matul it-
Tieni u t-Tielet Sena.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
10. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew għandhom
jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni, u liema taqsimiet studju huma offruti għall-korsijiet
fuq bażi full-time u/jew fuq bażi part-time. Il-Bord għandu
jippublika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
11. (1) F’kull sena taż-żewġ korsijiet l-istudenti għandhom
jiksbu l-kredti li ġejjin:
(a) fl-Ewwel Sena: 10 kredti f’kull wieħed miż-żewġ
oqsma ewlenin ta’ studju, u 6 kredti fl-Istorja taċ-
Ċivilità  tal-Mediterran;
(b) fit-Tieni Sena tal-kors:
- tal-B.A.: 10 kredti f’kull wieħed miż-żewġ
oqsma ewlenin ta’ studju, u 6 kredti fl-Istorja
taċ-Ċivilità  tal-Mediterran;
- tal-B.A. (Hons): 20 kredtu fil-qasam ewlieni ta’
studju, u 6 kredti fl-Istorja taċ-Ċivilità  tal-
Mediterran;
(ċ) fit-Tielet Sena tal-kors:
- tal-B.A.: 11-il kredtu f’kull wieħed miż-żewġ
oqsma ewlenin ta’ studju (li jistgħu jinkludu
dissertazzjoni li għaliha 7 kredti huma assenjati
f’wieħed mill-oqsma ta’ studju);
- tal-B.A. (Hons): 22 kredtu fil-qasam ewlieni ta’
studju (li jistgħu jinkludu dissertazzjoni li
għaliha 7 kredti huma assenjati); u
(d) matul it-Tieni u fit-Tielet Sena taż-żewġ Korsijiet:
taqsimiet studju fakultattivi, li għalihom mill-anqas 2
kredti huma assenjati f’xi wieħed mill-oqsma ta’
studju approvati mill-Università , li jinkludu l-oqsma
ewlenin ta’ studju magħżula diġà .
(2) L-istudenti għandhom jiksbu l-kredti li ġejjin għal
taqsimiet studju fil-Livell 3 fil-kors:
(a) tal-B.A.: mill-anqas 8 kredti f’kull wieħed mill-oqsma
ewlenin ta’ studju; u
(b) tal-B.A. (Hons): mill-anqas 24 kredtu fil-qasam
ewlieni ta’ studju.
Reġistrazzjoni għal 
taqsimiet studju.
12. (1) F’kull sena l-istudenti għandhom jirreġistraw għal
taqsimiet studju li għalihom mhux anqas mill-għadd ta’ kredti
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS) ġ L.S.327.187 5
indikat fir-regolament 11 u mhux aktar minn 30 kredtu huma
assenjati.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jbiddlu qasam ewlieni ta’
studju matul l-Ewwel Sena tal-kors, sakemm huma jissodisfaw ir-
rekwiżiti kollha mniżżla f’dawn ir-regolamenti.
(3) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti li daħlu fil-kors tal-B.A.
jagħżlu żewġ oqsma sekondarji ta’ studju minflok wieħed mill-
oqsma ewlenin ta’ studju. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti għal
kull qasam sekondarju ta’ studju jkunu nofs ir-rekwiżiti għal qasam
ewlieni ta’ studju stipulati f’dawn ir-regolamenti.
Kredti nieqsa.
wieħed mill-korsijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha stipulati
fir-regolament 11(1)(a) jew (b) jistgħu jitħallew mill-Bord ikomplu
għas-sena ta’ wara, sakemm huma jkuuu kisbu mhux anqas minn 22
kredtu. Il-kredti neqsin għandhom jinkisbu matul is-sena ta’ wara.
(2) L-istudenti fit-Tielet Sena li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti
kollha stipulati fir-regolament 11(1)(ċ) iżda jiksbu mhux anqas
minn 14-il kredtu jistgħu jitħallew mill-Bord jestendu l-istudji
tagħhom b’sena, jekk permess skond ir-regolament 7(1), sakemm
matul din is-sena żejda dawn l-istudenti għandhom jiksbu mhux
anqas minn 16-il kredtu (li jinkludu l-kredti li jonqos tat-Tielet
Sena).
(3) L-istudenti tat-Tielet Sena li jiksbu anqas minn 19-il kredtu
m’għandhomx jitħallew ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u bil-permess tas-Senat.
Rekwiżiti ta’ 
qabel.
14. L-istudenti ma jistgħux jirreġistraw għal taqsima studju li
għaliha ma għandhomx it-taqsima jew it-taqsimiet studju li
meħtieġa jittieħdu qabel jew mingħajr ma jirreġistraw ukoll għat-
taqsima jew għat-taqsimiet studju li jridu jittieħdu flimkien
magħha, ħlief bil-permess tal-Bord.
Assenjazzjoni ta’ 
kredti.
15. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustitikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord iqis
xieraq: xogħol matul il-kors, ħidma fuq il-post, valutazzjonijiet
prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni għandu jintuża għal valutazzjoni supplimentari.
Valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju għandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-każ.
Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir
bi ftehim mal-lettur konċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-
ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(3) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti
jistgħu jerġgħu jieħdu t-taqsima studju darba oħra biss. Meta l-
6 L.S.327.187 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS)
istudenti jeħlu f’taqsima studju li ttieħdet mill-ġdid, huma għandu
jkollhom valutazzjoni supplimentari finali. Fil-każ ta’ taqsimiet
studju li jerġgħu jittieħdu, l-ogħla grad li jista’ jingħata fil-
valutazzjoni u fil-valutazzjoni supplimentari finali huwa l-grad D.
(4) Jekk il-kredtu għal taqsima studju jkun ġie mogħti, l-
istudenti ma għandhomx jerġgħu jiġu valutati mill-ġdid għaliha.
Trasferiment ta’ 
kredti.
16. Il-Bord jista’ jħalli studenti jittrasferixxu kredti miksuba
għal taqsimiet studju f’kors ta’ studji ta’ l-Università  ta’ Malta jew
ta’ università  rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat, sakemm
dawn it-taqsimiet studju huma komparabbli fil-kontenut u fil-livell
ma’ dawk offruti fil-korsijiet. Mhux aktar minn terz ta’ l-għadd
minimu ta’ kredti meħtieġa għall-għoti tal-Grad jistgħu jiġu
trasferuti.
It-trasferiment bejn 
il-korsijiet.
17. L-istudenti li, fit-tmiem ta’ l-Ewwel Sena, kisbu l-kredti
meħtieġa għal dik is-sena, jistgħu jitħallew mill-Bord jittrasferixxu
l-istudji tagħhom għat-Tieni Sena jew tal-kors tal-B.A. jew tal-kors
tal-B.A. (Hons) (u jagħżlu wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ studju
minn fost dawk diġà  meħuda fl-Ewwel Sena) skond il-każ.
L-eżamijiet 
sinottiċi.
18. L-istudenti jkunu eliġibbli biex jersqu għall-eżamijiet
sinottiċi jekk, sat-tmiem tat-Tielet Sena, huma jkunu rreġistraw
għal, u temmew, taqsimiet studju li għalihom minimu ta’ 76 kredtu
huma assenjati u kisbu mill-anqas 62 kredtu.
Karti fl-eżamijiet 
sinottiċi.
19. (1) L-eżamijiet sinottiċi għandhom normalment isiru
f’Ġunju u għandhom jikkonsistu f’dan li ġej:
(a) żewġ karti bil-miktub ta’ tliet sigħat-il waħda f’kull
wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ studju tal-kors tal-
B.A.; u
(b) erba’ karti bil-miktub ta’ tliet sigħat-il waħda fil-
qasam ewlieni ta’ studju tal-kors tal-B.A. (Hons).
(2) Jista’jsir ukoll eżami viva voce.
Is-sessjoni 
supplimentari ta’ l-
eżamijiet sinottiċi.
20. (1) L-istudenti li jeħlu f’xi karta ta’ l-eżamijiet sinottiċi
f’xi qasam ta’ studju għandhom jagħmlu l-karta jew il-karti li
weħlu minnha jew minnhom fis-sessjoni supplimentari ta’ l-
eżamijiet sinottiċi ta’ Settembru. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li
jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(2) Fil-każ li jeħlu fis-sessjoni supplimentari ta’ l-eżamijiet
sinottiċi, l-istudenti jkunu meħtieġa jerġgħu jagħmlu l-karti kollha
fil-qasam jew fl-oqsma li weħlu minnhom f’Ġunju tas-sena ta’
wara, bil-possibilità  li jerġgħu jagħmlu xi karta jew karti li jeħlu
minnhom fis-sessjoni supplimentari ta’ l-eżamijiet sinottiċi ta’
Settembru. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-
grad D. Jekk ma jgħaddux, dawn l-istudenti jkunu meqjusa li weħlu
mill-kors.
Ir-riżultat finali. 21. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju u fl-eżamijiet sinottiċi skond il-piż kif
ġej:
Taqsimiet Studju 50%
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS) ġ L.S.327.187 7
Eżamijiet Sinottiċi 50%.
(2) Ghall-għan tas-subregolament (1) il-piż għat-taqsimiet
studju għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi ta’ l-average globali tal-
kredti miksuba. Jekk jinkisbu aktar minn 76 kredtu, l-aħjar 76
kredtu (li jinkludu l-kredti għat-taqsimiet studju obbligatorji
kollha) għandhom jitqiesu.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku kif ġej:
(a) għall-Grad tal-B.A.: Kategorija I, IIA, IIB u III; u
(b) għall-Grad tal-B.A. (Hons):
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri
Ghadda.
Disposizzjonijiet 
speċjali għall-
korsijiet fuq bażi 
part-time - 
reġistrazzjoni
22. (1) Il-Bord jista’, minn żmien għal żmien, joffri l-kors li
jwassal għal Bachelor of Arts fuq bażi part-time filgħaxija f’oqsma
ta’ studju li jkunu indikati qabel il-bidu ta’ kull kors.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet offruti fuq bażi part-
time.
