STATUT I 19 - L-ISTITUT DWAR 
L-AMMINISTRAZZJONI U L-MANAGEMENT ġ L.S.327.188 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.188
STATUT I 19 - STATUT DWAR L-ISTITUT DWAR 
L-AMMINISTRAZZJONI U L-MANAGEMENT
18 ta’ April, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 69 ta’ l-2000.
Titolu.
l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Management.
Twaqqif ta’ l-
Istitut.
1. B’dan l-istatut qed jitwaqqaf l-Istitut dwar l-
Amministrazzjoni Pubblika u l-Management, li minn hawn ’il
quddiem qed jissejjah "l-Istitut".
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-Istitut irid iġib ’il quddiem il-prattika u l-istudji dwar l-
amministrazzjoni u l-management fis-settur pubbliku u, għal dan il-
għan, jista’;
(a) imexxi korsijiet ta’ studju, li jinkludu korsijiet li
jwasslu għal ċertifikat, diploma jew grad fl-
amministrazzjoni pubblika, skond ir-regolamenti u l-
politika ta’ l-Università ;
(b) jorganizza taħdidiet pubbliċi u konferenzi;
(ċ) jagħmel riċerka bl-inizzjattiva tiegħu jew għax mitlub
minn terzi persuni, fl-amministrazzjoni pubblika u l-
management;
(d) jevalwa l-effetti tal-politika pubblika fuq is-soċjetà ;
(e) jippublika rapporti, kotba, artikoli u journals.
Setgħat.
jingħataw lilu minn żmien għal żmien permezz ta’, jew skond, xi
regolament, jew skond id-direttivi mogħtija mill-Kunsill jew mis-
Senat.
(2) Fit-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet skond dawn id-
disposizzjonijiet, l-Istitut, il-Kumpanji, l-istaff u l-istudenti tiegħu
jgawdu minn libertà  akkademika skond in-natura tiegħu ta’
istituzzjoni ta’ tagħlim.
Tmexxjija.
disposizzjonijiet ta’ dawn l-istatuti, u ta’ regolamenti, politika jew
direttivi approvati mill-Kunsill u mis-Senat minn żmien għal
żmien.
(2) Il-Bord ifassal il-politika ta’ l-Istitut, u jissorvelja l-ħidma
u l-amministrazzjoni tiegħu u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
hawn fuq imsemmijin, il-Bord jista’:
(a) japprova business plans u l-estimi ta’ kull sena tad-
dħul u l-infiq ta’ l-Istitut għall-konsiderazzjoni u l-
approvazzjoni tal-Kunsill;
(b) bi qbil bil-miktub mar-Rettur, l-Istitut jista’ jiftiehem
ma’ terzi persuni (li jistgħu jkunu entitajiet) biex
jiffinanzjaw lill-Istitut jew lil xi attivitajiet;
2 L.S.327.188 ħ
STATUT I 19 - L-ISTITUT DWAR 
L-AMMINISTRAZZJONI U L-MANAGEMENT
(ċ) jippubblika kalendarju ta’ attivitajiet ta’ matul is-sena;
(d) jinkiteb f’assoċjazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet li
għandhom l-istess għanijiet u interessi;
(e) jipproponi Regolamenti u Ordinamenti lis-Senat;
(f) jitlob rapporti mill-membri ta’ l-istaff ta’ l-Istitut dwar
materji akkademiċi, inkluz il-kurrikulu ta’ korsijiet ta’
studji, kwalifiki għal dħul fil-korsijiet, eżamijiet u
ċertifikati ta’ attendenza jew ta’ kwalifika;
(g) jirrakkomanda lill-Kunsill il-ħolqien jew it-tneħħija
ta’ karigi akkademiċi u mhux-akkademiċi fl-Istitut;
(h) jipproponi għall-approvazzjoni tas-Senat, Bordijiet ta’
l-Istudji, kif ukoll l-Eżaminaturi għal korsijiet li
jwasslu għal grad jew diploma.
(3) Il-membri tal-Bord ikunu dawn imsemmijin:
(a) Chairman li jkun ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
(b) Deputat Chairman, magħżul mill-Kap tas-Servizz
Pubbliku;
(ċ) Segretarju, li jkun ex officio id-Direttur ta’ l-Istitut,
maħtur skond l-istatut 5;
(d) żewg membri maħtura ex officio li huma:
(i) il-Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika; u
(ii) id-Direttur ta’ l-iStaff Development
Organisation fis-Servizz Pubbliku;
(e) membru ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-Università  maħtur
mis-Senat u approvat mill-Kunsill;
(f) membru magħżul mis-Segretarju Permanenti fil-
Ministeru tal-Finanzi.
(4) Iċ-Chairman u, fl-assenza tiegħu, id-Deputat Chairman,
ikollu u għandu jeżerċita l-casting vote.
(5) Erba’ membri tal-Bord jikkonstitwixxu quorum.
Id-Direttur. 5. (1) Id-Direttur jamministra l-materji akkademiċi u mhux-
akkademiċi ta’ l-Istitut skond id-disposizzjonijiet ta’ l-istatut 4.
(2) Id-Direttur jinħatar mill-Kunsill wara sejħa għall-
applikazzjonijiet.
(3) Id-Direttur jinħatar għal mhux aktar minn erba’ snin. Il-
Kunsill jista’ jġedded din il-ħatra wara li jqis il-parir tal-Bord.
Staff. 6. Membri ta’ l-istaff ta’ l-Istitut jinħatru, jiġu dixxiplinati,
jew jitneħħew skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Istatuti ta’ l-
Università .
Kumpanji ta’ l-
Istitut.
7. (1) Il-Bord jista’ minn żmien għal żmien jagħżel uffiċjali
pubbliċi li rtiraw u li jkollhom il-kwalifiki akkademiċi adatti u li
ddistingwew ruħhom fis-servizz, bħala Kumpanji onorarji ta’ l-
Istitut.
(2) Il-Kumpanji jistgħu jinħatru għal ħajjithom kollha.
(3) Il-Kumpanji jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’
STATUT I 19 - L-ISTITUT DWAR 
L-AMMINISTRAZZJONI U L-MANAGEMENT ġ L.S.327.188 3
tagħlim u riċerka ta’ l-Istitut.
(4) L-ordinamenti dwar l-għażla u t-termini ta’ servizz tal-
Kumpanji ta’ l-Istitut isiru mill-Bord bl-approvazzjoni tas-Senat.
Tmexxija 
finanzjarja.
8. (1) L-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-Università  jew id-delegat
tiegħu jkun it-Teżorier ex officio ta’ l-Istitut.
(2) Id-Direttur għandu jħejji għall-approvazzjoni tal-Bord:
(a) l-estimi annwali tad-dħul u l-infiq;
(b) il-kontijiet finanzjarji annwali flimkien ma’ rapport bl-
attivitajiet ta’ l-Istitut.
(3) Flus li ma ntefqux u li ma oriġinawx mill-estimi
konsolidati ta’ l-Università , għandhom jitqiegħdu f’riserva apposta
fi tmiem is-sena fmanzjarja, biex jintużaw aktar ’il quddiem skond
l-għażla tal-Bord.
Rapporti.
għall-approvazzjoni tiegħu:
(a) l-estimi tad-dħul u l-infiq;
(b) rapporti verifikati tal-kontijiet fmanzjarji; u
(ċ) rapport kull sena dwar il-ħidma ta’ l-Istitut.
Emendi ghall-
Istatut.
10. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Università  jistgħu
jemendaw dan l-Istatut wara li jqisu l-parir tal-Bord.
Interpretazzjoni.
xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut imwaqqaf skond l-istatut 4
ta’ dan l- Istatut;
"Kap tas-Servizz Pubbliku" ifisser l-uffiċjal rikonoxxut bħala tali
mill-Prim Ministru, li bħalissa hu s-Segretarju Permanenti fl-
Uffiċċju tal-Prim Ministru, jew f’assenza tiegħu, uffiċjal ieħor li
jeżerċita l-kariga minfloku;
"Istitut" ifisser l-Istitut ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika u l-
Management imwaqqaf skond l-istatut 1 ta’ dan l-Istatut.
