GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI ġ L.S.327.189 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.189
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIl-ĠEBLA U L-BINI
5 ta’ Mejju, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 80 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut għar-Riċerka fil-
Ġebla u l-Bini.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għar-Riċerka fil-Ġebla u l-
Bini;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.; u
"l-Istitut" ifisser l-Istitut għar-Riċerka fil-Ġebla u l-Bini.
Applikabilità .
1994 ’il quddiem.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Biex jirreġistraw għall-Grad, il-kandidati għandhom
ikollhom grad bl-Unuri b’mhux anqas mit-Tieni Klassi (Taqsima
Superjuri) f’qasam li għandu x’jaqsam mal-ġebla u oqsma tal-bini
relatati. Il-gradi meqjusa xierqa għandhom normalment ikunu l-
Bachelor of Engineering and Architecture (Honours), il-Bachelor
of Engineering (Honours) u l-Bachelor of Science.
Każijiet speċjali.
m’għandhomx il-kwalifiki speċifikati fl-ordinament 3 biex
japplikaw. Dawn l-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li
huma laħqu l-livell ta’ profiċjenza meħtieġ skond l-ordinament 3,
partikolarment fil-qasam tar-riċerka propost u għandhom jinkludu
rakkomandazzjoni minn membru ta’ l-istaff akkademiku li qabel li
jagħmilha ta’ superviżur. Il-Bord jista’, f’kull każ, jitlob rekwiżiti
addizzjonali, inkluż li jittieħed eżami jew jittieħdu eżamijiet ta’
kwalifikazzjoni.
Rakkomandazzjo-
nijiet.
5. Rigward kull applikazzjoni, id-Direttur ta’ l-Istitut għandu
jissottometti lill-Bord ir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar kemm ir-
riċerka proposta hija possibbli u dwar ir-riżorsi meħtieġa biex issir
din ir-riċerka. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi referenza
għall-persuna direttament responsabbli mill-faċilitajiet meħtieġa
għar-riċerka.
Progress u 
superviżjoni.
6. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirreġistraw kull
tnax-il xahar, fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur
tagħhom.
Superviżuri.
bżonn minn barra l-Istitut iżda minn fost l-istaff akkademiku ta’ l-
Università  ta’ Malta, ħlief li l-Bord normalment ma jinnominax
bħala superviżur lil xi ħadd li m’għandux kwalifiki akkademiċi
2 L.S.327.189 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI
ogħla minn Master of Philosophy.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
8. Id-dissertazzjoni normalment m’għandhiex tkun ta’ anqas
minn 35,000 kelma u m’għandhiex taqbeż l-40,000 kelma, li
jeskludu l-appendiċijiet, il-biblijografiji, il-glossarji u l-footnotes.
Kopji. 9. L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu tliet kopji tad-
dissertazzjoni, jew ittajpjati jew ipprintjati, u llegati b’mod
adegwat għall-għan ta’ l-eżami orali. Huma meħtieġa jġibu r-raba’
kopja tad-dissertazzjoni għall-eżami orali, illegata bl-istess mod u
ppaġinata.
Kopji llegati 
b’qoxra iebsa.
10. (a) Wara l-eżami orali, u wara li jiġu nkorporati l-emendi
li jistgħu jintalbu mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi, l-
istudenti għandhom jissottomettu żewġ kopji llegati
b’qoxra iebsa ta’ l-art vellum jew tad-drapp, ta’ kulur
maroon skur, bl-ittri tad-deheb fuq l-ispina li juru l-
grad, id-data u l-isem ta’ l-istudent, u fuq il-qoxra tal-
faċċata t-titolu tad-dissertazzjoni. L-ittri jridu jkunu ta’
qies ta’ bejn it-12mm u t-30mm.
(b) It-test għandu jkun ittajpjat jew mitbugħ fuq karti A4,
fuq naħa waħda biss, bi spazju doppju, u b’marġni ta’
40mm fuq in-naħa tax-xellug, u mill-anqas 20mm min-
naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
(ċ) Disinji, mapep u illustrazzjonijiet oħra, li huma akbar
minn A4, għandhom jintwew sew għal qies A4 sabiex
ikunu jistgħu jiġu llegati b’mod pulit fi ħdan id-
dissertazzjoni.
(d) L-istudenti huma wkoll meħtieġa jippreżentaw sunt
qasir tad-dissertazzjoni tagħhom ta’ mhux aktar minn
500 kelma li għandu jkun illegat ma’ kull kopja tad-
dissertazzjoni sottomessa lill-Università . Waħda minn
dawn il-kopji għandha titqiegħed fil-Biblijoteka ta’ l-
Università  ta’ Malta, u l-oħra fil-librerija ta’ l-Istitut.
