STATUT I 08 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP 
TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ĦADDIEMA ġ L.S.327.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.19
STATUT I 08 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦALL-
IŻVILUPP TAL-PARTEĊIPAZZJONI 
TAL-ĦADDIEMA
12 ta’ Lulju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 107 ta’ l-1991.
Titolu.
għall-Iżvilupp tal-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema.
Isem.
Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fl-Università  ta’ Malta, u jissemma
hawnhekk il-quddiem bħala ċ-Ċentru.
Għanijiet.
(i) li jfassal programmi edukattivi li jgħinu fl-iżvilupp tal-
parteċipazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà
kollha;
(ii) li jwettaq riċerka dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol u l-
aktar dwar materji li jolqtu żviluppi fil-parteċipazzjoni
lokalment u f’pajjiżi barranin;
(iii) li jipprovdi konsultazzjoni u servizzi oħra marbuta
mal-qasam tal-parteċipazzjoni;
(iv) li jxerred tagħrif billi jxandar kotba, ġurnali, artikoli, u
pubblikazzjonijiet oħra kif ukoll b’mezzi oħra ta’
komunikazzjoni tal-massa.
Il-Bord taċ-Ċentru.
(i) Il-Bord taċ-Ċentru hu magħmul minn dawn li ġejjin:
(a) President: Ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
(b) Viċi-President: Id-Direttur taċ-Centru;
(ċ) żewġ membri ta’ l-istaff akkademiku maħturin
mill-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
(d) membru wieħed maħtur mill-General Workers’
Union (GWU);
(e) membru wieħed maħtur mill-Konfederazzjoni
tat-Trade Unions Maltin (CMTU);
(f) membru wieħed maħtur mit-Tarzna ta’ Malta
(Malta Drydocks Corporation);
(g) membru wieħed mill-Malta Investment
Management Co. Ltd. (MIMCOL);
(h) membru wieħed maħtur mill-Ministeru
responsabbli għax-Xogħol;
(i) membru wieħed maħtur mill-Federazzjoni
Ħaddiema Diretturi;
(j) Segretarju minn fost l-istaff taċ-Ċentru maħtur
2 L.S.327.19 ħ
STATUT I 08 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP 
TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ĦADDIEMA
mill-Bord taċ-Ċentru;
(k) membri onorarji u "Addizzjonali" jistgħu jiġu
co-opted mill-Bord ta‘-Ċentru. Dawn jingħażlu
minn organizzazzjonipet li għandhom interess
partikolari fl-iżvilupp tal-parteċipazzjoni tal-
ħaddiema.
(ii) Membri "addizzjonali" bil-jedd għall-vot jiġu co-opted
wara l-approvazzjoni ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi
tal-Bord taċ-Ċentru u r-ratifika tal-Kunsill ta’ l-
Università  ta’ Malta.
(iii) Id-dmirijiet tal-Bord taċ-Ċentru huma dawn:
(a) li jfassal il-politika taċ-Ċentru skond l-għanijiet
imsemmija hawn fuq;
(b) li jgħasses l-amministrazzjoni finanzjarja taċ-
Ċentru;
(ċ) li jaċċerta l-kollaborazzjoni ma’ għaqdiet oħra,
lokali u barranin meħtieġa sabiex jintlaħqu l-
għanijiet taċ-Ċentru.
Staff. 4. Iċ-Ċentru jkollu Direttur u Staff:
(i) Id-Direttur jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università ;
(ii) Rakkomandazzjonijiet dwar ħatriet ta’ staff ieħor
akkademiku amministrattiv u klerikali, isiru mill-Bord
skond kif ikun hemm provdut fl-Estimi taċ-Ċentru.
Finanzi. 5. (i) Id-Direttur taċ-Ċentru jħejji l-estimi annwali taċ-
Ċentru u jippreżentahom għall-approvazzjoni tal-Bord.
(ii) Wara l-approvazzjoni tal-Bord, talba għal fondi titressaq
lill-awtoritajiet ta’ l-Università  li jistgħu jallokaw rabta finanzjarja
għal perijodu ta’ żmien definit. Dawn il-fondi jistgħu jiġu wkoll
supplimentati b’kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjonijiet l-oħra li
jkunu rappreżentati fil-Bord taċ-Ċentru jew minn egħjun oħra.
(iii) Xi kontribuzzjonijiet finanzjari li ma jkunux ġejjin mill-
egħjun ta’ l-Università  u li jibqgħu ma jintefqux wara t-tmien tas-
sena finanzjara għandhom jitqiegħdu f’Fond ta’ Riserva għal użu fi
snin ta’ wara skond kif jiddeċiedi l-Bord.
(iv) L-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-Università  ta’ Malta jkun it-
Teżorier taċ-Ċentru.
(v) Id-Direttur taċ-Ċentru jagħmel kull sena stqarrija
finanzjarja kif ukoll rapport dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru.
Emendi. 6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jiġu pproponuti minn
maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Bord taċ-Ċentru u jkunu jeħtieġu l-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università  ta’ Malta sabiex isiru
effettivi.
