L-ISTITUT GĦALL-APPOĠĠ 
EDUKATTIV TA’ TFAL U ĠENITURI ġ L.S.327.191 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.191
REGOLAMENTI DWAR L-ISTITUT GĦALL-
APPOĠĠ EDUKATTIV TA’ TFAL U ĠENITURI
1 ta’ Awissu, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 135 ta’ l-2000.
Titolu.
Istitut għall-Appoġġ Edukattiv ta’ Tfal u Ġenituri.
Tifsir.
teħtieġx mod ieħor -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Appoġġ Edukattiv ta’
Tfal u Ġenituri, imwaqqaf skond ir-regolament 5;
"l-Istitut" tfisser l-Istitut għall-Appoġġ Edukattiv ta’ Tfal u
Ġenituri mwaqqaf skond ir-regolament 3.
Twaqqif ta’ l-
Istitut.
3. Qiegħed jitwaqqaf Istitut ghall-Appoġġ Edukattiv ta’ Tfal
u Ġenituri bħala struttura edukattiva li tieħu inizjattivi li
jappoġġjaw strateġiji preventivi u rimedjali biex jikkumbattu l-
illitteriżmu u l-falliment fit-tagħlim fl-iskola.
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
4. L-għanijiet ta’ l-Istitut għandhom ikunu li -
(a) jgħin lill-familji jiksbu l-ħila li jaspiraw ghal kwalità
ta’ ħajja aħjar billi jiffaċilita l-kisba ta’ livell edukattiv
u kulturali kif meħtieġ fis-soċjetà  ;
(b) jipparteċipa fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’
strateġiji li b’mod effettiv jindirizzaw il-problemi ta’
l-illitteriżmu, l-assenteiżmu u l-falliment fit-tagħlim
fl-iskola, u fl-istess waqt jassigura l-interess, il-
motivazzjoni u l-involviment ta’ l-istudenti, il-
ġenituri, l-għalliema u kull min hu involut;
(ċ) jistabbilixxi, jiżviluppa u jimplimenta programm ta’
intervent bikri wara l-ħin ta’ l-iskola ghall-istudenti li
jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fit-tagħlim tagħhom;
(d) jistabbilixxi, jiżviluppa u jimplimenta programm ta’
appoġġ edukattiv għall-ġenituri li jiffoka fuq il-ħiliet u
l-attitudnijiet meħtieġa biex jinħolqu ambjenti fil-
familja li jirfdu u jseddqu l-iżvilupp u t-tagħlim ta’ l-
ulied;
(e) jaħdem mill-qrib ma’ entitajiet u istituzzjonijiet li qed
jaħdmu fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għall-adulti,
sakemm dan isaħħaħ l-għanijiet ta’ l-Istitut;
(f) jaħdem flimkien ma’, u jappoġġa, l-iskejjel sabiex
dawn jidentifikaw, jassessjaw u jirreferu għall-
programm ta’ intervent wara l-ħin ta’ l-iskola lil dawk
l-istudenti li jkunu fil-periklu li jaqghu lura fl-iskola;
(g) jikkumplimenta x-xoghol rimedjali li jsir mid-
Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni;
(h) jikkollabora mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, mal-
2 L.S.327.191 ħ
L-ISTITUT GĦALL-APPOĠĠ 
EDUKATTIV TA’ TFAL U ĠENITURI
Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni, ma’ skejjel statali u
mhumiex, u ma’ istituzzjonijiet lokali u barranin oħra
f’dan il-qasam, sabiex jassigura d-disponibilità  ta’
tagħrif ibbażat fuq riċerka;
(i) jadatta u jiżviluppa, b’kollaborazzjoni fejn hu l-każ
ma’ l-istituzzjonijiet imsemmija qabel, riżorsi għall-
assessjar, it-tagħlim, u l-evalwazzjoni ta’ l-iżvilupp
edukattiv u kulturali ta’ l-ulied;
(j) jikkollabora ma’ l-iskejjel sabiex jitqajjem l-għarfien
meħtieġ dwar il-benefiċċji li jinkisbu mill-iżvilupp
edukattiv u kulturali meħtieġ biex jipparteċipaw
b’mod sħiħ fis-soċjetà  .
Twaqqif ta’ Bord. 5. Qiegħed jitwaqqaf Bord li jkun magħruf bħala l-Bord ta’ l-
Istitut għall-Appoġġ Edukattiv ta’ Tfal u Ġenituri li jkollu l-
funzjoni li jassigura li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut u li jkun
responsabbli ghall-amministrazzjoni u t-tħaddim ta’ kuljum ta’ l-
istess Istitut.
Accountability tal-
Bord.
6. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-Bord ikun
responsabbli lejn il-Ministru u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni ta’
l-Edukazzjoni.
Kompożizzjoni tal-
Bord.
7. Il-Bord jinħatar mill-Ministru u jkun magħmul minn:
(a) Chairperson nominat mill-Ministru;
(b) id-Direttur tad-Dipartiment ghas-Servizzi ta’ l-
Istudent tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, jew ir-
rappreżentant tiegħu ex officio, li jkun ukoll Viċi
Chairperson;
(ċ) rappreżentant tad-Dipartiment tal-Kurrikulu;
(d) żewġ rappreżentanti mill-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni ta’
l-Università  ta’ Malta;
(e) ġenitur nominat mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-
Iskejjel;
(f) sa tliet membri oħra li jinħatru mill-Ministru minn fost
persuni li, fil-fehma tiegħu, jistgħu jagħtu kontribut
siewi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut.
Segretarju tal-
Bord.
8. Il-Bord ikollu segretarju maħtur mill-Ministru.
Funzjonijiet tal-
Bord.
9. Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu li:
(a) jistabbilixxi l-policy ta’ l-Istitut skond l-għanijiet ta’ l-
istess Istitut;
(b) jagħmel rakkomandazzjonijiet għal tibdil fil-policies u
jagħti pariri għall-iżvilupp ta’ strateġija u pjan
nazzjonali komprensiv sabiex jingħelbu l-problemi ta’
l-illitteriżmu, l-assenteiżmu u l-falliment fit-tagħlim
fl-iskola;
(ċ) jassigura li jkunu żviluppati, imwettqa u sorveljati
b’mod effettiv programmi edukattivi ta’ appoġġ kemm
għat-tfal li jkollhom riskju ta’ falliment fit-tagħlim fl-
iskola kif ukoll għall-ġenituri tagħhom;
L-ISTITUT GĦALL-APPOĠĠ 
EDUKATTIV TA’ TFAL U ĠENITURI ġ L.S.327.191 3
(d) jassigura li jkunu adottati metodi effettivi li jagħtu l-
ħila, jappoġġaw u jimmotivaw lill-ġenituri sabiex
jidħlu sħab fl-iżvilupp u t-twettiq tal-programmi ta’
appoġġ edukattiv;
(e) jassigura li jkun hemm kollaborazzjoni ma’ entitajiet
oħra, lokali u barranin, inklużi organizzazzjonijiet
mhux governattivi, gruppi u individwi li qed jaħdmu
fl-istess qasam, skond il-bżonn sabiex jintlaħqu l-
għanijiet ta’ l-Istitut;
(f) jassigura li l-persunal ta’ l-Istitut jitħarrġu sew u
jagħmlu riċerka operattiva sabiex ikun stabbilit kemm
ikunu effettivi l-istrateġiji u l-metodi adottati biex
jikkumbattu l-problema tal-falliment fit-tagħlim fl-
iskola;
(g) jassigura kontroll xieraq fuq it-tħaddim tal-finanzi u
tar-riżorsi ta’ l-Istitut;
(h) jfittex fondi u riżorsi oħra minn sorsi xierqa biex
iwettaq il-pjanijiet tiegħu;
(i) jissottometti estimi annwali għad-dħul u l-infiq lill-
Ministru għall-approvazzjoni tiegħu, u jamministra l-
finanzi tiegħu skond l-estimi kif approvati mill-
Ministru;
(j) jara li ssir verifika ta’ kull sena tal-finanzi u tar-
riżultati relattivi;
(k) jissottometti rapport annwali tal-ħidma tiegħu, li jkun
jinkludi l-kontijiet verifikati, lill-Ministru u lid-
Direttur Ġenerali.
Persunal.
jassigura li jkollu l-persunal kwalifikat meħtieġ tiegħu, u għal dan
il-għan jista’ jidħol f’kull ftehim meħtieġ mad-Diviżjoni ta’ l-
Edukazzjoni u ma’ entitajiet oħra.
