KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMPUTER 
STUDIES EDUCATION - DIP. C.S. ED. ġ L.S.327.192 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.192
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
COMPUTER STUDIES EDUCATION - DIP. C.S. ED.
15 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 173 ta’ l-2000’ kif emendat bl-Avviż Legali 300 ta’ l-
2002.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Computer Studies Education - Dip. C.S. Ed.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Computer Studies Education
Dip. C.S. Ed.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 300 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji b’suċċess u jissodisfaw xi
rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinarnenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti 
speċjali għall-kors 
u l-għażla ta’ l-
applikanti.
4. (1) L-applikanti jistgħu jkunu rreġistrati fil-kors skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk huma:
(a) għandhom kwalifika ta’ għalliem rikonoxxuta mill-
Bord;
(b) qed iservu bħala għalliema fi skola sekondarja
rikonoxxuta; u
(ċ) permezz ta’ intervista, jissodisfaw lill-Bord li huma
għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex isegwu l-kors,
inkluż:
(i) tagħrif u disposizzjoni professjonali;
(ii) taghrif ta’ l-Information Technology; u
(iii) familjarità  ma’ l-użu ta’ l-Information
Technology fl-Edukazzjoni.
(2) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors, skond ir-
2 L.S.327.192 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMPUTER 
STUDIES EDUCATION - DIP. C.S. ED.
riżorsi disponibbli. L-għadd ta’ postijiet disponibbbli għandu jkun
imħabbar meta toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli milli jkun hemm
postijiet disponibhli, l-applikanti għandhom jintgħażlu fuq il-livell
milhuq minnhom fl-intervista.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors jestendi fuq sentejn ta’ studju fuq bażi part-
time. F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’ jħalli student itemm il-
kors f’massimu ta’ tliet snin.
(2) Il-kors ikun maqsum f’żewġ partijiet, b’kull parti testendi
fuq perijodu ta’ sena studju fuq bażi part-time.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju, li għalihom total ta’ 24 kredtu huma
assenjati, fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Basic Computer Studies Knowledge and Skills;
Methodological and Pedagogical Issues in Computer
Studies Education;
Theoretical Trends and Issues in Computer Studies
Education;
(b) perijodu ta’ pjazzament prattiku f’kull parti tal-kors, li
għal kull wieħed jingħataw 2 kredti; u
(ċ) essay twil/proġett, li għalih huma assenjati 2 kredti.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, u tal-kredti assenjati għal
kull waħda, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors.
L-Ewwel Parti tal-
kors.
7. (1) L-Ewvel Parti għandha testendi fuq l-ewwel sena tal-
kors.
(2) L-Ewvel Parti tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
total ta 12-il kredtu huma assenjati, u l-pjazzament prattiku ta’ l-
Ewwel Parti.
(3) It-taqsimiet studju jkunu offruti fl-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
Basic Computer Studies Knowledge and Skills;
Methodological and Pedagogical Issues in Computer
Studies Education;
Theorctical Trends and Issues in Computer Studies
Education.
It-Tieni Parti tal-
kors.
8. (1) It-Tieni Parti għandha testendi fuq it-tieni sena tal-
kors.
(2) L-istudenti jitħallew jirreġistraw għat-Tieni Parti tal-kors
biss jekk huma jtemmu b’suċċcss l-Ewwel Parti tal-kors.
(3) It-Tieni Parti għandha tikkonsisti f’taqsimiet studju, li
għalihom total ta’ 12-il kredtu huma assenjati, il-pjazzament
prattiku tat-Tieni Parti, u l-essay twil/proġett.
(4) It-tadqimiet studju jkunu offruti fl-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMPUTER 
STUDIES EDUCATION - DIP. C.S. ED. ġ L.S.327.192 3
Basic Computer Studies Knowledge and Skills;
Methodological and Pedagogical Issues in Computer
Studies Education;
Theoretical Trends and Issues in Computer Studies
Education.
Il-Valtuazzjoni.
valutazzjoni ta’ l-Ewwel Parti tal-kors jekk huma jiksbu:
(a) mill-anqas 10 mit-12-il kredtu assenjati għat-taqsimiet
studju; u
(b) iż-2 kredti assenjati għall-pjazzament prattiku ta’ l-
Ewwel Parti.
(2) L-istudenti jkunu kkonsidrati li ssodisfaw il-kriterji tal-
valutazzjoni tat-Tieni Parti tal-kors jekk huma jiksbu:
(a) mill-anqas 10 mit-12-il kredtu assenjati għat-taqsimiet
studju;
(b) iż-2 kredti assenjati għall-pjazzament prattiku tat-
Tieni Parti; u
(ċ) iż-2 kredti assenjati għall-essay twil/proġett.
(3) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+. Ċ, D + u D. F tindika
li wieħed weħel u l-ittra I tindika xogħol mhux komplut. Biex ikunu
eliġibbli għall-għoti ta’ kredtu, l-istudenti għandhom ukoll jattendu
regolarment għall-konferenzi ta’ kull taqsima studju.
(4) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom ikollhom valutazzjoni mill-ġdid darba biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(5) Jekk wara l-valutazzjoni mill-ġdid, l-istudenti ma
jikkwalifikawx biex ikomplu għat-Tieni Parti, huma jkunu
meħtieġa jħallu l-kors.
Il-pjazzamenti 
prattici.
10. (1) Il-pjazzamenti prattiċi ta’ l-Ewwel u tat-Tieni Parti
għandhom jestendu fuq sitt ġimgħat il-wieħed u għandhom isiru fl-
iskola fejn l-istudenti qed iservu.
(2) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzament prattiku ta’ l-Ewwel
Parti għandhom jitħallew jirrepetuh darba, fl-ewwel tliet xhur tas-
sena akkademika li jmiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu
jingħataw huwa l-grad D. F’dawn il-każijiet, l-istudenti għandhom
jitħallew ikomplu għat-Tieni Parti tal-kors bil-kondizzjoni li
jgħaddu minn dan il-komponent fiż-żmien stipulat.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzament prattiku tat-Tieni Parti
għandhom jitħallew jirrepetuh darba, fl-ewwel tliet xhur tas-sena
akkademika li jmiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw
huwa l-grad D.
L-essay twil/
proġett.
11. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil ta’ bejn
is-6000 u t-8000 kelma, jew proġett meqjus ta’ livell akkademiku
ekwivalenti mill-Bord ta’ l-Istudji, sa mhux aktar tard minn xahrejn
qabel it-tmiem tat-Tieni Parti tal-kors.
(2) Il-proposta għall-essay twil/proġett għandha tkun
4 L.S.327.192 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMPUTER 
STUDIES EDUCATION - DIP. C.S. ED.
sottomessa għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sat-tmiem ta’
l-Ewwel Parti tal-kors.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-essay twil/proġett għandhom
jitħallew jerġgħu jissottomettuh darba fl-ewwel tliet xhur tas-sena
akkademika li jmiss.
L-iggradar finali.
Emendat:
A.L. 300 ta’ l-
2002.
12. (1) Biex jikkwalifikaw għad-Diploma, l-istudenti
għandhom itemmu b’suċċess iż-żewġ partijiet tal-kors, jiksbu mill-
anqas 26 kredtu fiż-żewġ partijiet, li għandhom jinkludu l-kredti
assenjati għaz-żewġ pjazzamenti prattiċi u għall-essay twil/proġett.
(2) Biex tinħadem il-klassifikazzjoni finali, kull komponent
(it-taqsimiet studju, l-essay twil/proġett u l-pjazzamenti prattiċi)
għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal
kull wieħed.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifrkaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
