KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN ECONOMICS - M.A. (ECON.) ġ L.S.327.193 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.193
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN ECONOMICS - M.A. (ECON.)
15 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 174 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Economics - M.A. (Econ.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-
Management u l-Accountancy;
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’
Master of Arts in Economics - M.A. (Econ.); u
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Economics - M.A.
(Econ.).
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. L-applikanti għad-dħul fil-kors għandhom ikollhom:
(a) grad ta’ l-Università  bl-Ewwel jew bit-Tieni Klassi fl-
Ekonomija jew f’suġġett relatat approvat mill-Bord
għal dan il-għan; jew
(b) kwalifiki oħra kkonsidrati mill-Bord bħala ekwivalenti
għal grad ta’ l-Università  bl-Ewwel jew bit-Tieni
Klassi bl-Unuri fl-Ekonomija.
It-tul tal-kors.
studju fuq bażi full-time jew sentejn akkademiċi ta’ studju fuq bażi
part-time.
Ċirkostanzi 
eċċezzjonali.
5. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istudenti jistgħu jitħallew
mill-Bord itemmu l-programm tal-kors f’perijodu massimu ta’
tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time jew tliet snin
akkademiċi ta’ studju fuq bażi part-time wara li jirreġistraw.
L-istruttura tal-
kors.
6. Il-kors għandu żewġ komponenti, kif ġej:
(a) komponcnt mgħallem, li jikkonsisti f’għadd ta’
taqsimiet studju obbligatorji u mhux obbligatorji, li
għalihom minimu ta’ 16-il kredtu huma assenjati; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jwassal għall-preżentazzjoni
ta’ dissertazzjoni, miktuba taħt superviżjoni, li għalih
14-il kredtu huma assenjati.
Taqsimiet studju 
obbligatorji.
7. It-taqsimiet studju obbligatorji, li għalihom 12-il kredtu
huma assenjati, għandhom ikunu fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Microeconomics, Macroeconomics u Econometrics.
Il-katalou ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji katalogu tat-taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
2 L.S.327.193 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN ECONOMICS - M.A. (ECON.)
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu fl-istess waqt jew huma
meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
ta’ kull kors, wara l-approvazrjoni tas-Senat.
Valutazzjoni u 
progress.
9. Il-kredti ghandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-oghla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-grarli mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti (li għalihom jista’ jingħata perċentaġġ
mill-grad finali għat-taqsima studju) u eżamijiet bil-miktub u/jew
orali.
Studenti li jeħlu 
f’xi eżami.
10. L-istudenti li jeħlu f’xi eżami bil-miktub jew f’xi
assenjament jew fit-tnejn għandhom jitħallew joqogħdu għal eżami
riparatorju, jew jerġgħu jissottomettu l-assenjament jew it-tnejn. L-
istudenti jistgħu jitħallew jirrepetu eżami u jerġgħu jissottomettu
assenjament għal taqsima studju partikolari darba biss.
Kwalifika għall-
Grad.
11. Biex jikkwaliflkaw għall-Grad, l-istudenti għandhom
jiksbu mill-anqas 16-il kredtu fil-komponent mgħallem tal-kors, li
minnhom 12-il kredtu għandhom jinkishu għat-tliet taqsimiet
studju obbligatorji, u mill-anqas 4 kredti għat-taqsimiet studju
mhux obbligatorji.
Attendenza. 12. L-istudenti li, wara twissija dovuta mogħtija bil-miktub,
jibqgħu ma jattendux għal konferenzi u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali jew b’xi mod ieħor ma jaqdux id-dmirijiet akkademiċi
tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jistgħu jinżammu mis-
Senat, wara rakkomandazzjoni tal-Bord, milli jkomplu l-kors.
Id-Dissertazzjoni. 13. Id-dissertazzjoni, li għandha tkun sottomessa sat-tmien tal-
kors, għandha tkun ta’ madwar 30,000 kelma dwar suġġett
approvat. Id-dissertazzjoni għandha tkun xogħol oriġinali fis-sens
li tkun jew rekord ta’ riċerka oriġinali jew espressjoni ordinata u
kritika ta’ data eżistenti dwar suġġett partikolari approvat mill-
Bord. Għandha tinkiteb, tkun ittajpjata u llegata skond il-kriterji
stabbiliti mill-Bord għal dan il-għan. Jista’ jsir ukoll eżami viva
voce.
Studenti huma 
meħtieġa jgħaddu.
14. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu mid-dissertazzjoni
biex jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad.
Ir-riżultat finali. 15. Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u tar-riċerka
tal-kors, li għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti
assenjati għal kull wieħed.
Klassifikazzjoni. 16. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN ECONOMICS - M.A. (ECON.) ġ L.S.327.193 3
Għadda.
