KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
ARTS IN ISLANDS AND SMALL STATES STUDIES ġ L.S.327.194 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.194
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN ISLANDS AND SMALL STATES 
STUDIES
15 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 175 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 197 ta’ l-
2002 u 172 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Islands and Small States
Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar fil-
Foundation for International Studies ta’ l-Università  ta’ Malta;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Islands and Small
States Studies; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal ghall-Grad ta’
Master of Arts in Islands and Small States Studies.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) L-applikanti għad-dħul fil-kors għandhom ikollhom
grad ta’ Bachelor b’mill-anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri ta’ l-
Università  ta’ Malta jew grad ieħor rikonoxxut mis-Senat bħala
ekwivalenti għall-grad ta’ Bachelor ta’ l-Università  ta’ Malta
b’mill-anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri.
(2) Id-dħul ta’ l-applikanti li l-grad tagħhom ma jkunx fil-
qasam ewlieni ta’ studju magħżul minnhom għandu jsir wara
intervista biex ikun stabbilit jekk għandhomx l-abbiltà  biex itemmu
l-kors b’suċċess.
Kors preparatorju.
Miżjud:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
4. (1) L-applikanti li ma jissodisfawx ir-rekviżiti msemmija
fir-regolament 3(1) iżda li għandhom grad ta’ Bachelor għallinqas
b’Kategorija II minn l-Università  ta’ Malta jew kwalifika
ekwivalenti minn università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal dan
il-għan jistgħu jiġu aċċettati fil-kors jekk jgħaddu mill-kors
preparatorju.
(2) Matul il-kors preparatorju, l-istudenti huma meħtieġa li
jġibu mhux anqas minn 20 kredtu għal taqsimiet studju fil-livell bl-
Unuri, kif speċifikat mill-Bord.
It-tul tal-kors.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
5. Il-kors għandu normalment jinfirex fuq tnax-il xahar ta’
studju fuq bażi full-time jew sentejn akkademiċi ta’ studju fuq bażi
part-time.
2 L.S.327.194 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
ARTS IN ISLANDS AND SMALL STATES STUDIES
Ċirkostanzi 
eċċezzjonali.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
6. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istudenti jistgħu jitħallew
mill-Bord itemmu l-kors f’perijodu massimu ta’ tmintax-il xahar
ta’ studju fuq bażi full-time jew tliet sniu akkademiċi ta’ studju fuq
bażi part-time wara li jirreġistraw.
L-istruttura tal-
kors.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
7. Il-kors għandu żewġ komponenti kif ġej:
(a) komponent mgħallem, li jikkonsisti f’għadd ta’
taqsimiet studju, li għalihom minimu ta’ 16-il kredtu
huma assenjati; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jwassal għall-preżentazzjoni
ta’ dissertazzjoni, miktuba taħt superviżjoni, li għalih
14-il kredtu huma assenjati.
Oqsma ta’ studju.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
8. Matul il-komponent mgħallem tal-kors, l-istudenti
għandhom isegwu taqsimiet studju li għalihom mill-anqas 16-il
kredtu huma assenjati fl-oqsma ta’ studju li ġejjin: l-Ekonomija, il-
Management, l-Edukazzjoni, L-Istudji Ambjentali, il-Public Policy
u oqsma oħra stipulati mill-Bord, iżda l-Bord jista’ jillimita l-
oqsma ta’ studju offruti. Dawn it-taqsimiet studju għandhom ikunu
mfassla biex jiffokaw fuq kwistjonijiet relatati ma’ gżejjer u stati
żgħar.
Qasam ewlieni ta’ 
studju.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
9. L-istudenti għandhom jagħżlu qasam ewlieni ta’ studju u
jsegwu taqsimiet studju li għalihom mill-anqas 12-il kredtu huma
assenjati f’dak il-qasam ta’ studju.
"Tagħlim fuq il-
Kampus" u 
"Tagħlim mill-
Bogħod".
Miżjud:
A.L. 197 ta’ l-
2002.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
10. (1) Il-komponent mgħallem tal-kors jista’ jsir permezz ta’
"Tagħlim fuq il-Kampus" u "Tagħlim mill-Bogħod".
(2) It-"Tagħlim fuq il-Kampus" isir permezz ta’ konferenzi,
seminarji u sessjonijiet tutorjali li l-istudenti huma mistennija
jattendu regolarment.
(3) It-"Tagħlim mill-Bogħod" isir permezz ta’ dokumenti
mibgħuta bil-posta, b’komunikazzjoni elettronika u b’mezzi oħra
ta’ komunikazzjoni. Studenti li normalment joqogħdu Malta ma
jistgħux isegwu l-kors b’dan il-mod.
(4) Tutur ikun assenjat għal kull student li jsegwi l-kors
permezz ta’ "Tagħlim mill-Bogħod" u l-istudent ikkonċernat huwa
mistenni li jżomm kuntatt regolari mat-tutur tiegħu. Ir-rwol tat-
tutur ikun li jgħin lil-letturi fl-għoti tat-tagħlim, jiggwida lill-
istudent taħt il-kariga tiegħu u jsegwi l-progress ta’ l-istudent.
(5) L-istudenti li jsegwu l-kors permezz ta’ "Tagħlim mill-
Bogħod" jistgħu jingħataw il-faċilità  li joqogħdu għall-eżamijiet
f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta, barra t-territorju Malti, jekk
l-Uffiċċju tar-Reġistratur jagħmel l-arranġamenti meħtieġa.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
11. Il-Bord għandu jħejji katalogu tat-taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu fl-istess waqt jew huma
meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
ARTS IN ISLANDS AND SMALL STATES STUDIES ġ L.S.327.194 3
Valutazzjoni u 
progress.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
12. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti (li għalihom jista’ jingħata perċentaġġ
mill-grad finali għat-taqsima studju) u eżamijiet bil-miktub u/jew
orali.
Eżami riparatorju.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
13. L-istudenti li jeħlu f’xi eżami bil-miktub jew f’xi
assenjament jew fit-tnejn ta’ xi taqsima studju għandhom jitħallew
joqogħdu għal eżami riparatorju, jew jerġgħu jissottomettu l-
assenjament jew t-tnejn. L-istudent.i jistgħu jitħallew jirrepetu
eżami u jerġgħu jissottomettu assenjament għal taqsima studju
partikolari darba biss.
Kwalifiki għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
14. Biex jikkwalifikaw għall-Grad, l-istudenti għandhom
jiksbu mill-anqas 16-il kredtu fil-komponent mgħallem tal-kors, li
minnhom 12-il kredtu għandhom jinkisbu fil-qasatn ewlieni ta’
studju.
Attendenza.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
15. L-istudenti li, wara twissija dovuta mogħtija bil-miktub,
jibqgħu ma jattendux għal konferenzi u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali jew b’xi mod ieħor ma jaqdux id-dmirijiet akkademiċi
tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jistghu jinżammu mis-
Senat, wara rakkomandazzjoni tal-Bord, milli jkomplu l-kors.
Id-dissertazzjoni.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
16. Id-dissertazzjoni, li għandha tkun sottomessa sat-tmien tal-
kors, għandha tkun ta’ madwar 30,000 kelma dwar suġġett
approvat. Id-dissertazzjoni għandha tkun xogħol oriġinali fis-sens
li tkun jew rekord ta’ riċerka oriġinali jew espressjoni ordinata u
kritika ta’ data eżistenti dwar suġġett partikolari, relatat ma’ l-
istudji tal-gżejjer u stati żgħar, u approvat mill-Bord. Għandha
tinkiteb, tkun ittajpjata u llegata skond il-kritetji stabbiliti mill-
Bord għal dan il-għan. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce dwar id-
dissertazzjoni.
Studenti meħtieġa 
jgħaddu.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
17. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu mid-dissertazzjoni
biex jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad.
Eżami viva voce.
Miżjud:
A.L. 197 ta’ l-
2002.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2003.
18. L-istudenti li jsegwu l-kors permezz ta’ "Tagħlim mill-
Bogħod" għandhom ikunu meħtieġa joqogħdu għall-eżami viva
voce dwar id-dissertazzjoni tagħhom fl-Università  ta’ Malta.
Ir-riżultat finali.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
19. Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u tar-riċerka
tal-kors, li għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti
assenjati għal kull wieħed.
4 L.S.327.194 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
ARTS IN ISLANDS AND SMALL STATES STUDIES
Klassifikazzjoni.
Emendat:
A.L. 197 ta’ l-
2002;
A.L. 172 ta’ l-
2003.
20. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassitikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
