KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN HUMAN 
RIGHTS AND DEMOCRATIZATION - M.A. ġ L.S.327.195 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.195
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN HUMAN RIGHTS AND 
DEMOCRATIZATION - M.A.
15 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 177 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Human Rights and
Democratization - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-
Senat għall-kors;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Human Rigħts and
Democratization - M.A.;
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Arts in Human Rigħts and Democratization - M.A.;
"is-Senat" tfisser is-Senat ta’ l-Università ;
"l-Università " tfisser l-Università  ta’ Malta; u
"l-universitajiet parteċipanti" tfisser l-universitajiet u l-
istituzzjonijiet li jipparteċipaw fit-tagħlim għal dan il-Grad bi
ftehim ma’ l-Università .
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. Il-kors għandu jkun amministrat minn Bord ta’ l-Istudji
maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, wara
konsultazzjoni ma’ l-universitajiet parteċipanti.
L-eliġibbilità  
għall-Grad.
4. Biex ikunu eliġibbli għall-Grad, l-istudenti għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul fl-Università  u jissodisfaw il-
kwalifiki għad-dħul imniżżla fir-regolament 5;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jikkwalifikaw fl-eżamijiet,
jgħaddu mid-dissertazzjoni u jissodisfaw kull rekwiżit
ieħor preskritt f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Kwalifiki għad-
dħul.
5. L-applikanti għad-dħul fil-kors, li għandhom ikunu jafu
sewwa bl-ilsien Ingliż, għandhom ikollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(a) grad ta’ Bachelor jew fil-liġi, jew fix-xjenzi soċjali,
jew fix-xjenzi politiċi, jew fir-relazzjonijiet
internazzjonali jew fl-istudji umanistiċi, b’mill-anqas
2 L.S.327.195 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN HUMAN 
RIGHTS AND DEMOCRATIZATION - M.A.
it-Tieni Klassi bl-Unuri, u preferibilment b’xi
esperjenza f’qasam relatat mal-qasam tad-drittijiet tal-
bniedem; jew
(b) kwalifika ekwivalenti minn l-Università  ta’ Malta jew
minn xi università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal
dan il-għan.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
6. L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors għandhom
japplikaw fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
Reġistrazzjoni ta’ 
taqsimiet studju.
7. Meta jidħlu fil-kors, l-istudenti jkunu meħtieġa jirreġistraw
għall-għadd xieraq ta’ taqsimiet studju, kif indikat fir-regolament
9(a).
It-tul tal-kors. 8. Il-kors għandu jinfirex fuq sena akkademika ta’ studju u
riċerka fuq bażi full-time. F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’
jestendi l-perijodu ta’ studju b’sa sitt xhur.
Il-kors ta’ l-istudji. 9. Il-kors ikun offrut f’oqsma ta’ studju relatati mad-Drittijiet
tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni kif determinat mill-Bord, u
għandu jikkonsisti f’żewġ komponenti:
(a) komponent mgħallem, li jestendi fuq l-ewwel semestru
tal-kors, u li jikkonsisti f’għadd ta’ taqsimiet studju, li
għalihom mill-anqas 16-il kredtu huma assenjati, li jsir
fl-Università ; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jestendi fuq it-tieni semestru
tal-kors, u li jwassal għall-preżentazzjoni ta’
dissertazzjoni, li għalih 14-il kredtu huma assenjati, li
jista’jsir f’waħda mill-universitajiet parteċipanti.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
10. Il-Bord għandu jħejji katalogu tat-taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu,
u d-deskrizzjoni ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull
taqsima studju, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord
għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat.
Valutazzjoni u 
progress.
11. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti u/jew eżamijiet bil-miktub.
Valutazzjoni mill-
ġdid.
12. L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju b’marka ta’ mhux
anqas minn erbgħin fil-mija (40%) tal-marki tal-valutazzjoni f’dak
il-qasam ta’ studju għandhom ikunu valutati mill-ġdid f’xi
komponent jew fil-komponenti kollha tal-valutazzjoni. F’dawn il-
każijiet l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
Id-dissertazzjoni. 13. (1) L-istudenti għandhom jippreżentaw proposta għad-
dissertazzjoni bil-miktub sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mill-
bidu tal-kors.
(2) Wara l-approvazzjoni tal-proposta għad-dissertazzjoni
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN HUMAN 
RIGHTS AND DEMOCRATIZATION - M.A. ġ L.S.327.195 3
mill-Bord ta’ l-Istudji, il-Bord ta’ l-Istudji għandu jaħtar superviżur
għal kull student.
(3) Id-dissertazzjoni, li m’għandhiex taqbeż il-25,000 kelma,
għandha tkun sottomessa sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tieni
semestru.
(4) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lill-istudenti
estensjoni tad-data ta’ sottomissjoni li hemm riferiment għaliha fis-
subregolament (3), bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament
8.
(5) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(6) L-istudenti għandhom jissottomettu tmien kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjaraw bil-miktub li d-dissertazzjoni hija x-
xogħol tagħhom u tikkonforma mar-rekwiżiti li hemm riferenza
għalihom fis-subregolament (10).
(7) Iċ-Chairman tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jlaqqa’ lill-
Bord biex jiddiskutu d-dissertazzjonijiet. L-istudenti jistgħu jkunu
mitluba joqogħdu għal eżami viva voce biex jiddefendu d-
dissertazzjoni tagħhom.
(8) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Huwa jista’jitlob lill-istudenti jagħmlu xi korrezzjonijiet jew jiktbu
d-dissertazzjoni mill-ġdid fiż-żmien indikat, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 8, jew jista’ ma jaċċettax id-
dissertazzjoni għal kollox.
(9) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom tkun irrifjutata jew
li l-korrezzjonijiet tagħhom jew il-kitba mill-ġdid ikunu
kkonsidrati mhux tajbin biżżejjed jew li ma jissottomettux id-
dissertazzjoni fiż-żmien preskritt, ma jingħatawx il-Grad.
(10) Id-dissertazzjoni għandha tkun sottomcssa skond il-gwida
li l-Bord ta’ l-Istudji għandu jippubblika minn żmien għal żmien.
Għoti tal-Grad.
miksuba għat-taqsimiet studju u għad-dissertazzjoni, li għandhom
jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal kull waħda.
Klassifikazzjoni.
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
