KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN FOUNDATION STUDIES ġ L.S.327.196 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.196
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-
CERTIFICATE IN FOUNDATION STUDIES
29 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 192 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 275 ta’ l-
2001 u 50 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Foundation Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser is-Certificate in Foundation Studies; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għas-Certificate in
Foundation Studies.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 275 ta’ l-
2001;
A.L. 50 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti fil-kors skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ studji, jikkwalifikaw fil-
valutazzjonijiet u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
Sostitwit:
A.L. 275 ta’ l-
2001;
A.L. 50 ta’ l-2003.
4. Il-kors huwa miftuh biss għall-applikanti barranin li:
(a) jkunu temmew l-edukazzjoni sekondarja u/jew l-iskola
għolja barra; u
(b) jkollhom waħda mill-kwalifiki fl-Ingliż li ġejjin fil-
livell meħtieġ:
(i) Test of English as a Foreign Language (TOEFL)
500 jew 173 CB;
(ii) International English Language Testing System
5.5;
(iii) Cambridge First Certificate bi grad Ċ jew aħjar;
jew xi kwalifika ekwivalenti oħra approvata mill-
Bord; u
(ċ) jkollhom kwalifiki li jaghtu aċċess għal edukazzjoni
għolja fil-pajjiż fejn inkisbu dawn il-kwalifiki; iżda
(d) huma meqjusa li għandhom bżonn aktar studju qabel
2 L.S.327.196 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN FOUNDATION STUDIES
ma jidħlu f’korsijiet li jwasslu għal grad fl-Università
ta’ Malta.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ sena akkademika ta’ studju
fuq bażi full-time.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
6. Il-Bord ta’ l-Istudji, approvat mis-Senat, huwa
responsabbli għall-amministrazzjoni ġenerali tal-kors.
Il-kors ta’ studji. 7. (1) Il-kors għandu l-għan li jnaqqas id-differenzi bejn is-
sistema edukattiva Maltija u sistemi oħrajn. Għandu jikkonsisti
f’għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom huma assenjati għadd ta’
kredti. It-taqsimiet studju huma maqsuma f żewġ oqsma ta’ studju:
il-qasam ta’ profiċjenza fl-ilsien Ingliż; u
il-qasam tas-suġġett speċjali u fakultattiv. It-taqsimiet
studju f’dan il-qasam għandhom ikunu deċiżi fuq ir-
rekwiżiti speċjali tal-kors għall-grad li l-istudenti bi
hsiebhom japplikaw għalih.
(2) L-istudenti jistgħu jirreġistraw għal taqsimiet studju li
għalihom total ta’ mhux anqas minn 24 kredtu u mhux aktar minn
30 kredtu huma assenjati.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew għandhom
jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
L-attendenza u l-
valutazzjoni.
9. (1) L-istudenti għandhom jattendu mill-anqas 75% tal-
konferenzi/seminars jew sessjonijiet prattiċi ta’ taqsima studju
qabel ma jitħallew joqogħdu għall-valutazzjoni ta’ taqsima studju.
L-assenza mill-bqija tal-25% tal-konferenzi, seminars jew
sessjonijiet prattiċi għandha tkun iġġustifikata u approvata mill-
Bord.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti f’wieħed jew aktar mill-elemeriti li ġejjin, kif il-Bord iqis
xieraq: xogħol matul il-kors, valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/
jew orali.
(3) F’kull wieħed mill-oqsma ta’ studju, l-istudenti jistgħu
jkunu valutati mill-ġdid f’taqsimiet studju li għalihom mhux aktar
minn erba’ kredti huma assenjati.
L-għoti taċ-
Ċertifikat.
10. (1) Iċ-Ċertifikat ikun moghti lill-istuderiti li jtemmu l-
kors u jiksbu mill-anqas erbgħa u għoxrin kredtu, li tnax minnhom
għandhom ikunu fil-qasam ta’ studju ta’ l-ilsien Ingliż, u tnax oħra
fil-qasam ta’ studju tas-suġġett speċjali u fakultattiv, sakemm li,
jekk l-istudenti jiksbu kredtu wieħed anqas mill-erbgħa u għoxrin
KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN FOUNDATION STUDIES ġ L.S.327.196 3
meħtieġa, dan jista’ jkun ikkompensat bi grad globali ta’ mhux
anqas minn B.
(2) Iċ-Ċertifikat għandu juri grad A, B, Ċ jew D (grad A huwa
l-ogħla u D l-anqas wieħed) li jindika l-livell milħuq mill-istudenti,
u għandu jqis l-aħjar gradi miksuba fit-taqsimiet studju ndikati fis-
subregolament (1) li għalihom 24 kredtu huma assenjati.
Aċċess u dħul 
f’korsijiet 
undergraduate ta’ 
l-Università.
11. (1) L-istudenti li jiksbu ċ-Ċertifikat bi grad globali ta’ Ċ
jew aħjar ikunu kisbu r-rekwiżiti ġenerali għad-dħul f’korsijiet
undergraduate ta’ l-Università  ta’ Malta.
(2) Biex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali tal-kors tal-korsijiet
għal gradi undergraduate partikolari, l-istudenti għandhom
ikollhom iċ-Ċertifikat bi grad globali ta’ Ċ jew aħjar u għandhom
ikunu kisbu l-kredti assenjati għat-taqsimiet studju fil-qasam ta’
studju tas-suġġett speċjali u bil-grad indikat mill-Bord fil-bidu tal-
kors għall-Foundation Studies.
