KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN BASIC CLINICAL PSYCHIATRY ġ L.S.327.197 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.197
REGOLAMENTI TAL-KORS 
GĦALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE 
IN BASIC CLINICAL PSYCHIATRY
29 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 193 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Certificate in Basic Clinical Psychiatry.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"il-kors" tfisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Certificate;
u
"il-Postgraduate Certificate" tfisser il-Postgraduate Certificate
in Basic Clinical Psychiatry.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibbilità  ghall-
Postgraduate 
Certificate.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate
Certificate, l-istudenti għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ;
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul skond ir-regolament
4;
(ċ) itemmu l-kors ta’ studji, jiksbu mill-anqas 16-il kredtu
(inklużi l-kredti għall-istudji tal-każijiet, għall-log
book u għall-audit project) u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra kif preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(d) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk huma
għandhom jew il-grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery ta’ l-
Università  ta’ Malta jew kwalifika kkonsidrata ekwivalenti mis-
Senat, u huma impjegati bħala Senior House Officers fid-
Dipartiment tal-Psikjatrija tad-Diviżjoni tas-Saħħa tal-Ministeru
tas-Saħħa meta jibda l-kors.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. L-applikanti għandhom japplikaw għall-kors fuq il-formola
preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
It-tul tal-kors.
Il-kors ta’ studji u 
l-valutazzjoni.
7. Il-kors ta’ studji għandu jikkonsisti f’taqsima studju
2 L.S.327.197 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN BASIC CLINICAL PSYCHIATRY
teorika, studji tal-każijet, log book u audit project, u prattika
klinika.
Taqsima studju 
teorika.
8. (1) It-taqsima studju teorika ghandha tikkonsisti
f’konferenzi u studju individwali li jkopru t-temi li ġejjin:
Sciences basic to Psychiatry
Diagnostic and Clinical Syndromes
Therapeutic Skills.
(2) Meta jtemmu din it-taqsima studju, l-istudenti jkunu
meħtieġa joqogħdu ghal żewġ karti ta’ l-eżami bil-miktub. L-
istudenti li jgħaddu fiż-żewġ karti jinghataw 8 kredti.
Studji tal-każijiet. 9. (1) L-istudenti jkunu meħtieġa jiktbu għadd ta’ studji tal-
każijiet u jħejju log book u audit project, taħt id-direzzjoni ta’
superviżur maħtur mill-Bord ta’ l-Istudji. L-istudji tal-każijiet, il-
log book, u l-audit project għandhom ikunu sottomessi sa’ nofs
Ġunju.
(2) L-istudenti jkunu meħtieġa jiddefendu l-istudji tal-każijiet,
il-log book u l-audit project matul eżami viva voce. L-istudenti li
jgħaddu mill-eżami viva voce għandhom jingħataw 4 kredti.
Prattika klinika. 10. Matul il-kors l-istudenti huma meħtieġa jagħmlu prattika
klinika, li tkun eżaminata permezz ta’ eżami kliniku fi tmiem il-
kors. L-istudenti li jgħaddu minn dan l-eżami għandhom jingħataw
4 kredti.
Riżultati tal-
valutazzjoni.
11. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-komponenti tal-kors indikati
fir-regolamenti 8, 9 u 10 ikunu ppubblikati skond l-iskema ta’ l-
iggradar li ġejja, li tibda mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+
u D. F tindika li wieħed weħel.
Eżami riparatorju. 12. L-istudenti li jeħlu fl-eżamijiet tat-taqsima studju teorika
jew fl-eżami kliniku għandhom jitħallew joqogħdu għal eżami
riparatorju darba biss fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
Studenti li l-istudji 
tal-każijiet, eċċ., 
tagħhom ma 
jkunux approvati.
13. L-istudenti li l-istudji tal-każijiet, il-log book u l-audit
project tagħhom ma jkunux approvati jkunu kkonsidrati li weħlu
mill-kors.
Il-katalogu tal-
kors.
14. Katalogu li jagħti tagħrif dwar il-komponenti tal-kors
għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat fuq ir-rakkomaudazzjoni tal-Bord.
Ir-riżultat finali. 15. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors, li għandhom jingħataw piż
skond l-għadd ta’ kredti assenjati lil kull wieħed.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Postgraduate Certificate għandhom ikunu ppubblikati f’lista
f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN BASIC CLINICAL PSYCHIATRY ġ L.S.327.197 3
