KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN LINGUISTICS ġ L.S.327.198 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.198
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN LINGUISTICS
10 ta’ Novembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 232 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in Linguistics.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat biex
imexxi l-kors għan-nom tal-Fakultà  ta’ l-Arti. Il-Bord għandu jkun
magħmul mir-Rettur bħala Chairman, tliet membri maħtura mill-
Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arti u tliet membri maħtura mill-Bord ta’ l-
Istitut tal-Lingwistika;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in
Linguistics; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Arts - M.A. -in Linguistics.
Applikabitità .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
dħul.
3. L-applikanti jistgħu jidħlu fil-kors jekk ikollhom waħda
mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) bl-Ewwel jew it-
Tieni Klassi fil-Lingwistika jew l-ekwivalenti tiegħu
minn l-Università  ta’ Malta jew minn università  oħra
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-ghan; jew
(b) grad ta’ Bachelor bl-Ewwel jew it-Tieni Klassi bl-
Unuri jew l-ekwivalenti tiegħu minn l-Università  ta’
Malta jew minn università  oħra rikonoxxuta mis-Senat
għal dan il-għan f’qasam ta’ studju li jinkludi għadd
sostanzjali ta’ kredti għal taqsimiet studju relatati mill-
qrib u rilevanti għal Lingwistika, iżda l-Bord jista’
jeħtieġ li dawn l-applikanti jsegwu l-kors preparatorju,
jgħaddu mill-eżami finali sinottiku u jissodisfaw xi
rekwiżiti addizzjonali li l-Bord jista’ jimponi; jew
(ċ) grad ta’ Bachelor b’Kategorija I jew II jew l-
ekwivalenti tiegħu minn l-Università  ta’ Malta jew
minn università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal dan
il-għan f’qasam ta’ studju li jinkludi għadd sostanzjali
ta’ kredti għal taqsimiet studju relatati mill-qrib u
rilevanti għal Lingwistika, iżda l-Bord jista’ jeħtieġ li
dawn l-applikanti jsegwu l-kors preparatorju, jgħaddu
mill-eżami finali sinottiku u jissodisfaw xi rekwiżiti
addizzjonali li l-Bord jista’ jimponi.
Il-kors 
preparatorju.
4. (1) Matul il-kors preparatorju ta’ sena fuq bażi full-time
(jew l-ekwivalenti tiegħu fi studju fuq bażi part-time), l-istudenti
2 L.S.327.198 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN LINGUISTICS
jkunu meħtieġa jirreġistraw għal għadd ta’ taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn għoxrin u mhux aktar minn ħamsa u
għoxrin kredtu huma assenjati. Il-Bord jista’ jitlob li l-kredti
jinkludu dissertazzjoni li għaliha jkunu assenjati ħames kredti. Il-
Bord jista’ jeżenta lill-istudenti minn xi wħud mit-taqsimiet studju
li huma jkunu diġà  temmew b’suċċess jew l-ekwivalenti tagħhom.
(2) Fit-tmiem tal-kors preparatorju, għandu jkun hemm eżami
finali sinottiku li jikkonsisti f’żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda
(normalment simili għall-eżami kollu tal-Bachelor of Arts
(Honours) fil-Lingwistika jew għall-parti minnu, bil-livell
għallinqas tat-Tieni Klassi bl-Unuri). Waħda mill-karti tista’
tingħażel għar-rilevanza tagħha għall-qasam ta’ studju ta’ l-
istudent.
(3) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-istudent
fl-eżami finali sinottiku kif ukoll il-kredti u l-gradi miksuba matul
il-kors preparatorju. L-eżami finali sinottiku għandu ħamsin fil-
mija tal-piż għall-iggradar tar-riżultat finali, filwaqt li l-ħamsin fil-
mija l-oħra jkunu kkalkolati fuq il-bażi tal-medja globali tal-kredti
miksuba matul il-kors preparatorju.
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti jkunu ppubblikati f’lista f’ordni
alfabetiku f’żewġ kategoriji:
Għadda u Kkwalifika biex jidħol għal Master of Arts -
M.A. - in Linguistics
Weħel.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. (1) Qabel ma jidħlu fil-kors, l-applikanti għandhom ikunu
approvati mill-Bord li għandhom it-taħriġ, it-tagħlim u l-
kapaċitajiet meħtieġa għal-linja ta’ studju u riċerka proposta.
(2) L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu t-titolu provviżorju
tad-dissertazzjoni, u proposta komprensiva ta’ riċerka ta’ madwar
500 kelma.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jinfirex fuq mhux anqas minn ħmistax u mhux
aktar minn tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time wara r-
reġistrazzjoni,
iżda l-Bord jista’ jispeċifika perijodu ta’ studju itwal jekk in-
natura tar-riċerka li tkun se ssir teħtieġ dan. Il-Bord jista’, qabel il-
preżentażzjoni tad-dissertażżjoni, jestendi dan il-perijodu
b’perijodu ieħor li ma jaqbiżx it-tnax-il xahar.
(2) L-istudenti jistgħu, bil-permess tal-Bord, jirreġistraw fuq
bażi part-time. Kwalunkwe perijodu ta’ studju jew riċerka fuq bażi
part-time għandu jkun ikkonsidrat ekwivalenti ghal nofs l-istess
perijodu ta’ studju jew riċerka fuq bażi full-time.
(3) L-istudenti, kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi
part-time, għandhom jerġgħu jirreġistraw għall-kors fil-bidu ta’
kull sena akkademika.
Il-programm tal-
kors.
7. (1) Il-Bord jista’ jeħtieġ li l-istudenti jsegwu u jtemmu
b’suċċess taqsimiet studju li għalihom mhux aktar minn ħames
kredti jkunu assenjati. Il-kontenut ta’ kull taqsima studju għandu
jkun determinat mill-Bord.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN LINGUISTICS ġ L.S.327.198 3
(2) L-istudenti jkunu meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
dwar suġġett approvat, normalment ta’ mhux aktar minn 50,000
kelma. Id-dissertazzjoni għandha tkun jew rekord ta’ xogħol
oriġinali jew espressjoni ordinata u kritika ta’ data eżistenti dwar
suġġett partikolari. Hija għandha tissodisfa lill-Bord f’dak li huma
lingwa u preżentazzjoni letterarja kif ukoll tissodisfa l-
ispeċifikazzjonijiet kollha mniżżla fir-regolament 9.
(3) L-ebda dissertazzjoni ma tkun milqugħa jekk tkun identika
fis-sustanza għal dissertazzjoni diġà  sottomessa għal grad ta’ l-
Università  ta’ Malta jew ta’ università  oħra. L-istudenti, iżda, ma
jinżammux milli jinkorporaw xogħol għal dissertazzjoni li sar
qabel jekk ikun meħtieġ għall-preżentazzjoni u għall-ftehim isħeħ
ta’ l-espożizzjoni tagħhom, basta li x-xeħta u l-medda tax-xogħol
inkorporat ikunu ndikati ċar fid-dissertazzjoni nnifisha.
Is-superviżjoni tad-
dissertazzjoni.
8. Il-Bord ghandu jaħtar superviżur għal kull student. Is-
superviżur għandu jeħtieġ lill-istudent jirrapporta għandu mill-
anqas darba kull tliet xhur, jew aktar spiss kif huwa jidhirlu xieraq.
Huwa jista’ jirreferi lill-Bord student li jqis li x-xogħol tiegħu
mhuwiex sodisfaċenti u għandu jirreferi xi tibdil sostanzjali fit-
titolu jew fil-kontenut tad-dissertazzjoni ppjanata għall-
approvazzjoni tal-Bord. L-ebda dissertazzjoni ma għandha tkun
sottomessa lill-eżaminaturi mingħajr ċertifikat, iffirmat mis-
superviżur, li hija tikkonforma ma’ dawn ir-regolamenti.
Il-preżentazzjoni 
tad-dissertazzjoni.
9. (1) Id-dissertazzjoni għandha tissodisfa l-
ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) id-daqs tal-karta: id-daqs standard internazzjonali A4
(113/4" x 81/4");
(b) l-ittajpjar: Font qies 12. Spazju doppju għat-test
ewlieni. Spazju singlu għan-noti f’qiegħ il-paġna. L-
ispazju singlu jista’ jintuża wkoll, għal kwotazzjonijiet
twal fit-test ewlieni. Marġni fuq ix-xellug ta’ 40 mm.
Marġni ta’ fuq, u fuq il-lemin ta’ 20 mm. Marġni ta’
fuq ta’ 80 mm għandu jitħalla fuq l-ewwel paġna ta’
kull diviżjoni, jiġifieri kapitoli, bibljografija, eċċ. In-
noti għandhom jidhru fil-qiegħ tal-paġna rilevanti jew
ta’ kull kapitolu;
(ċ) il-paġinar: it-test ewlieni, inklużi d-daħla (jekk ikun
hemm) u xi appendiċi tad-dissertazzjoni, għandhom
ikunu b’numri Għarab. Il-paġna tat-titolu, id-dedika
(jekk ikun hemm), il-prefazju, ir-rikonoxximenti, il-
werrej, eċċ., li jiġu qabel it-test ewlieni għandhom
ikunu b’numri Rumani;
(d) il-legatura: għandhom ikunu ppreżentati tliet kopji tad-
dissertazzjoni mhux illegati. Wara li d-dissertazzjoni
tkun difiża b’suċċess, żewġ kopji tad-dissertazzjoni kif
approvata mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandhom
ikunu meħjuta u llegati bid-drapp (jekk jista’ jkun
iswed) b’qoxra iebsa u bil-karti tat-tarf ta’ kwalità
tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun bid-deheb) fuq il-qoxra u
d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
4 L.S.327.198 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN LINGUISTICS
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni ġiet
sottomessa; u
(iv) is-sena meta ġiet sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk
dan ma jkunx possibbli għandhom ikunu ppreżentati
għalihom f’folders jew f’volumi speċjali u nnumerati.
Kopja llegata għandha titqiegħed fil-Librerija ta’ l-
Università  u ż-żewġ kopji l-oħra għandhom jinżammu
mill-Fakultà  ta’ l-Arti u mill-Istitut tal-Lingwistika; u
(e) it-tifsila tal-paġna tat-titolu: it-titolu tad-dissertazzjoni
u s-sotto-titolu (jekk ikun hemm) u warajh l-isem ta’ l-
istudent, eż. "Dissertazzjoni ppreżentata lill-Fakultà
ta’ l-Arti fl-Università  ta’ Malta għall-grad ta’ Master
of Arts - M.A. - in Linguistics", imbagħad ix-xahar u s-
sena ta’ meta ġiet sottomessa.
(2) Id-dissertazzjoni għandha tinkludi dikjarażżjoni ffirmata
mill-istudent li din hija x-xogħol oriġinali tiegħu.
L-eżami tad-
dissertazzjoni.
10. (1) Kull dissertazzjoni tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti
għall-Eżamijiet ta’ l-Università. W ieħed mill-eżaminaturi għandu
normalment ikun eżaminatur barrani minn università  oħra.
(2) L-istudenti għandhom normalment ikunu meħtieġa
joqogħdu għal eżami viva voce biex jiddefendu d-disssertazzjoni
tagħhom.
Is-sottomissjoni 
mill-ġdid tad-
dissertazzjoni.
11. L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom tinstab mhux
sodisfaċenti jistgħu jitħallew mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jerġgħu jissottomettuha f’forma
riveduta fi żmien mhux anqas minn sitt xhur u mhux aktar minn
tmintax-il xahar mid-data ta’ meta tkun riferuta lura lilhom.
Ir-riżultat finali. 12. (1) Ir-riżultat finali ta’ l-istudenti għandu jqis il-merti tad-
dissertazzjoni tagħhom u tad-difiża orali tagħha.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
