KORS GĦAD-DIPLOMA IN PUBLIC 
ADMINISTRATION - D.P.A. ġ L.S.327.199 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.199
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
PUBLIC ADMINISTRATION - D.P.A.
10 ta’ Novembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 234 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviż Legali 180 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Public Administration - D.P.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut dwar l-Amministrazzjoni
Pubblika u l-Management;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Public Administration -
D.P.A.; u
"il-kors" tfsisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma in
Public Administration - D.P.A.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-kors li
beda f’Ottubru 2002.
Eliġibilità .
ikunu:
(a) reġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) temmew il-kors ta’ studji, ikkwalifkaw fl-eżamijiet u
ssoddisfaw ir-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) ssoddisfaw ir-rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti ta’ l-Università.
Dħul u 
reġistrazzjoni.
4. (1) L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk ikunu
eliġibbli biex jidħlu bħala studenti regolari skond ir-Regolamenti
għad-Dħul ta’ l-Università .
(2) L-applikanti għandhom jirreġistraw għall-kors fuq il-
formola preskritta u fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-
Reġistratur.
(3) Id-dħul għall-kors jista’ jkun ristrett għal applikanti li
jkunu nominati jew iffinanzjati permezz ta’ ftehim bejn il-Bord u
organizzazzjoni waħda, jew aktar minn waħda, li kkummissjonaw
il-kors.
(4) Bla hsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (3), il-
Bord jista’ jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’ studenti li jistgħu
jirreġistraw għall-kors, skond ir-riżorsi disponibbli. Jekk issir
rakkomandazzjoni ta’ din ix-xorta u tkun approvata, l-għadd ta’
2 L.S.327.199 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN PUBLIC 
ADMINISTRATION - D.P.A.
postijiet disponibbli għandu jitħabbar meta ssir is-sejħa għall-
applikazzjonijiet.
(5) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli mill-għadd ta’
postijiet disponibbli, l-applikanti għandhom jintgħażlu wara
intervista jew test bil-miktub, jew permezz ta’ intervista u test bil-
miktub, li jitmexxew mill-Bord ta’ l-Istudji.
(6) Meta jasal għall-għażla, il-Bord ta’ l-Istudji għandu jqis il-
kriterji li ġejjin, u jagħtihom il-piż kif indikat:
(a) il-kwalifiki akkademiċi (50%);
(b) il-kapaċità  fl-Ingliż u fil-Malti kemm mitkellma kif
ukoll bil-miktub (30%); u
(ċ) l-esperjenza u l-interess fl-amministrazzjoni pubblika
(20%).
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors jinfirex fuq sentejn studju fuq bażi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtemmu l-kors fi żmien ta’
mhux aktar xninn tliet snin.
Il-kors ta’ studji. 6. (1) Il-kors għandu jittratta l-oqsma ta’ studju li ġejjin:
l-Istituzzjonijiet
is-Soċjetà  Kontemporanja
il-Politika
il-Management tas-Settur Pubbliku.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti fi:
(a) għadd ta’ taqsimiet studju, li għalihom ikunu assenjati
mhux anqas minn 24 kredtu; u
(b) proġett li jsir minn kull student taħt superviżjoni skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 8, li jkun assenjat 6
kredti.
(3) Kull taqsima studju għandha tintemm f’semestru wieħed, u
għandha tkun valutata skond kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-
Istudji.
(4) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol inkomplut ghal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F.
(5) L-istudenti li jeħlu mill-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom ikunu valutati mill-ġdid darba biss. Il-Bord ta’ l-Istudji
jista’ jitlob li l-istudenti jew joqogħdu għall-valutazzjoni
supplimentari sħiħa jew li jerġgħu jagħmlu l-eżami biss. L-ogħla
grad li jista’ jingħata f’valutazzjoni supplimentari huwa l-grad D.
(6) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jirrakkomanda lill-Bord li l-
istudenti jirtiraw mill-kors jekk huma jerġgħu jeħlu mill-
valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju. Il-Bord ma jistax
itemm ir-reġistrazzjoni ta’ l-istudenti qabel ma jitlobhom ifissru l-
KORS GĦAD-DIPLOMA IN PUBLIC 
ADMINISTRATION - D.P.A. ġ L.S.327.199 3
pożizzjoni tagħhom. F’każijiet eċċezzjonali u fejn ikun possibbli,
il-Bord jista’ jagħti lill-istudenti estensjoni tal-perijodu ta’ studju
biex ikunu jistgħu jirrepetu t-taqsima studju u jkunu valutati fiha.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. (1) Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju, li
juri l-livell, il-kodiċi, it-titolu u d-deskrizzjoni ta’ kull taqsima
studju, l-għadd ta’ kredti assenjati lil kull taqsima studju, liema
taqsimiet studju huma obbligatorji, liema jittieħdu flimkien ma’
jew huma rekwiżiti għal oħrajn, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni.
(2) Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel ma jibda kull
kors, wara li jikseb l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-proġett.
Sostitwit:
A.L. 180 ta’ l-
2003.
8. (1) L-istudenti huma meħtieġa jagħmlu riċerka taħt
superviżjoni fuq tema fl-amministrazzjoni pubblika approvata mill-
Bord ta’ l-Istudji, u jiktbu rapport ta’ mhux aktar minn 10,000
kelma dwar ir-riċerka tagħhom.
(2) Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi għall-eżami qabel il-
bidu tas-sessjoni normali ta’ l-eżamijiet wara l-aħħar semestru tal-
kors, sakemm il-Bord ta’ l-Istudji jista’, fuq rakkomandazzjoni tas-
superviżur, jestendi id-data tas-sottomissjoni għall-istudent b’mhux
aktar minn xahrejn, jekk wara talba bil-miktub il-Bord ta’ l-Istudji
jikkonsidra li hemm raġunijiet validi barra mill-kontroll ta’ l-
istudent li jiġġustifikaw l-estensjoni.
(3) Ir-rapporti li ma jiġux sottomessi sad-data stipulata mill-
Bord ta’ l-Istudji skond it-termini tas-subregolament (2) jingħataw
grad ta’ 'F'.
(4) Ir-rapporti għandhom jiġu ppreparati u ppreżentati skond l-
istruzzjonijiet approvati mill-Bord ta’ l-Istudji.
(5) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jitlob li l-istudenti joqogħdu għal eżami orali dwar ir-rapport
tagħhom qabel ma jigi ppubblikat il-grad finali.
(6) L-istudenti li jingħataw 'F' għar-rapport tagħhom jistgħu
jerġgħu jissottomettuh darba għall-valutazzjoni riparatorja,
f’perijodu ta’ sitt xhur.
Ir-riżultat.
tad-Diploma jkunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(2) Il-klassifika ssir skond ir-riżultati miksuba mill-istudenti
fit-taqsimiet studju u fil-proġett, mwieżna skond l-għadd ta’ kredti.
Il-Bord ta’ l-
istudji.
10. Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat il-ħatra ta’ Bord
ta’ l-Istudji ġdid kull darba li jiftah il-kors.
