GRAD TA’ MASTER 
FID-DIPLOMAZIJA (M. DIP.) ġ L.S.327.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.20
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD
TA’ MASTER FID-DIPLOMAZIJA (M. DIP.)
23 ta’ Awissu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 128 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviż Legali 226 ta’ l-
1998.
Titolu.
Grad ta’ Master fid-Diplomazija (M.Dip.).
Kondizzjonijiet 
għad-dħul.
Emendat:
A.L. 226 ta’ l-
1998.
1. Biex jiġu mdaħħla fil-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master
fid-Diplomazija (M.Dip.) kandidati għandhom jkunu:
(a) fil-pussess ta’ grad ta’ Baċillier mill-Università  ta’
Malta jew grad ieħor rikonoxxut mill-Università  ta’
Malta bħala ekwivalenti għall-grad ta’ Baċillier;
(b) ikunu jafu bl-Ingliż b’mod li jkunu jistgħu jifhmu l-
konferenzi, jaqraw u jiktbu saġġi, kif ukoll ir-risposti
għal karti ta’ l-eżamijiet;
(ċ) impjegati mal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-
pajjiżi tagħhom jew f’aġenzija governattiva oħra attiva
fl-affarijiet barranin u kienu hekk impjegati għallanqas
ghal sena u li l-kandidatura tagħhom tkun ippreżentata
jew ikkonfermata mill-awtorità  governattiva
kkonċernata.
Tul tal-kors.
akkademika fl-Università  ta’ Malta.
Struttura tal-kors.
Emendat:
A.L. 226 ta’ l-
1998.
3.1 Il-kors għall-grad għandu jinfirex fuq żewġ semestri. Il-
kandidati għandhom jiksbu għoxrin kredtu u jiktbu karta ta’
riċerka. Minħabba n-natura pluridisciplinary tal-kors il-kandidati
għandhom ikunu meħtieġa jsegwu total ta’ għaxar taqsimiet studju,
li għal kull waħda huma assenjati żewġ kredti, fl-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
- Liġi Internazzjonali
- Ekonomija Internazzjonali
- Relazzjonijiet Internazzjonali
- Storja Internazzjonali
- Diplomazija.
3.2 Matul l-ewwel semestru l-kandidati li ma jkollhomx
esperjenza akkademika f’qasam partikolari għandhom jattendu kors
bażiku f’dak il-qasam.
3.3 Matul it tieni semestru l-kandidati kollha għandhom
jattendu korsijiet fl-oqsma kollha li jixħtu l-enfasi tagħhom fuq ir-
reġjun tal-Mediterran.
3.4 Kandidati li ma jkunux jafu biżżejjed bl-Ingliż għandhom
matul is-sena jattendu klassijiet f’din il-lingwa. Kandidati oħra
2 L.S.327.20 ħ
GRAD TA’ MASTER 
FID-DIPLOMAZIJA (M. DIP.)
għandhom jattendu klassijiet f’lingwa internazzjonali mgħallma fl-
Università  ta’ Malta.
3.5 Il-kandidati kollha għandhom jiktbu karta ta’ riċerka matul
it-tieni semestru fuq suġġett li jaqa’ f’wiehed mill-oqsma elenkati
fir-regolament 3.1 u approvat mid-Direttur. Din il-karta għandha
titressaq qabel l-eżamijiet ta’ l-aħħar tas-sena.
Valutazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 226 ta’ l-
1998.
4.1 Il-valutazzjonijiet isiru fuq il-bażi ta’ valutazzjoni
kontinwa tal-kandidat matul il-kors u ta’ eżami fl-aħħar tas-sena
f’kull qasam ta’ studju, inkluża l-lingwa li jkun studja, kif ukoll
b’valutazzjoni tal-karta ta’ riċerka rikjesta fir-regolament 3.5.
4.2 Il-valutazzjoni kontinwa għandha tikkontribwixxi 50% tal-
marka globali għal kull qasam, il-marki ta’ kull wieħed miż-żewġ
korsijiet ta’ semestru il-wieħed għandhom jikkontribwixxu ndaqs
għal din il-marka. Il-marka ta’ l-eżami tikkontribwixxi r-rimanenti
50% tal-marka globali.
4.3 It-taqsimiet studju għandhom ikunu valutati u mogħtija l-
kredti skond il-gradi li ġejjin: A, B, Ċ, u D, fejn A huwa l-ogħla
grad, jew F li jindika li Weħel.
4.4 Kandidat li ma jgħaddix ma’ l-ewwel f’mhux aktar minn
żewġ taqsimiet studju (erba’ kredti) matul il-kors għandu jkun
valutat mill-ġdid. Fil-valutazzjoni mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
4.5 Il-kandidati li jiksbu għoxrin kredtu jkunu eliġibbli biex
jersqu għall-Eżamijiet Finali, li jikkonsistu f’sitt karti: karta waħda
f’kull wieħed mill-ħames moduli msemmija fir-regolament 3.1 u
karta fil-lingwa msemmija fir-regolament 3.4.
4.6 Il-karti ta’ l-eżami jkunu mogħtija l-gradi A, B, Ċ, u D,
fejn A huwa l-ogħla grad, jew F li jindika li Weħel.
4.7 Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn tnejn mill-karti bil-
miktub għandu jitħalla joqgħod għall-karta jew karti li weħel fihom
f’sessjoni riparatorja, normalment f’Settembru.
4.8 Kandidat li jeħel f’aktar minn tnejn mill-karti bil-miktub,
jew jeħel f’waħda mill-karti fis-sessjoni riparatorja ma għandux
jingħata l-Grad.
4.9 Il-karta ta’ riċerka għandha tkun mogħtija l-gradi A, B, Ċ,
u D, fejn A huwa l-ogħla grad, jew F li jindika li Weħel.
4.10 Kandidat li jeħel fil-karta ta’ riċerka jista’ jitħalla jikteb
mill-ġdid il-karta ta’ riċerka fi żmien tlett xhur mill-pubblikazzjoni
tar-riżultati ta’ l-eżamijiet ta’ tmiem is-sena. Kandidat li jeħel wara
li jkun kiteb mill-ġdid il-karta ta’ riċerka ma għandux jingħata l-
Grad.
Publikazzjoni tar-
riżultati.
Sostitwit:
A.L. 226 ta’ l-
1998.
5. L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu għandhom ikunu
ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni 
Għadda.
GRAD TA’ MASTER 
FID-DIPLOMAZIJA (M. DIP.) ġ L.S.327.20 3
Applikabilità .
Sostitwit:
A.L. 226 ta’ l-
1998.
6. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 1996 jew wara.
