KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
OPERATIONAL ISLAND HYDROLOGY ġ L.S.327.200 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.200
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
OPERATIONAL ISLAND HYDROLOGY
12 ta’ Diċembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 253 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviż Legali 82 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Operational Island Hydrology.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Inġinerija;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur ghall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Operational Island
Hyrlrology; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal ghad-Diploma in
Operational Island Hydrology.
Appllkabilità .
Emendat:
A.L. 82 ta’ l-2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew fi Frar 2001 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu reġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ;
(b) itemmu b’suċċess l-kors ta’ studji, li ghalih huma
assenjati 25 kredtu, inklużi dawk għall-ħidma fuq il-
post u għall-essay twil/proġett, jgħaddu mill-eżami
finali u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’dawn
ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiiiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’
l-Università .
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
4. L-applikanti għandhom jirreġistraw għall-kors fuq il-
formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-
Reġistratur.
It-tul tal-kors.
ekwivalenti tagħha fi studju fuq bażi part-time. F’ċirkostanzi
speċjali, il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors f’mhux aktar
minn tliet snin ta’ studju fuq bażi part-time.
Il-kors ta’ studji.
(a) taqsimiet studju, li għalihom total ta’ 19-il kredtu
huma assenjati, maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:
L-Ewwel Parti: Il-Bażi
2 L.S.327.200 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
OPERATIONAL ISLAND HYDROLOGY
It-Tieni Parti: L-Intermedja
It-Tielet Parti: Il-Finali.
(b) Ħidma fuq il-Post (4 kredti); u
(ċ) Essay Twil/Proġett (2 kredti).
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, it-titolu,
id-deskrizzjoni, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, xi
taqsimiet studju li għandhom jittieħdu qabel oħrajn u l-metodi ta’
tagħlim u valutazzjoni għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-
kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord. It-taqsimiet studju jistgħu jinkludu konferenzi, seminars,
sessjonijiet prattiċi fil-laboratorju, ħarġiet fuq il-post jew taħlita ta’
aktar minn waħda minn dawn, kif indikat fil-katalogu.
Il-valutazzjoni u l-
eżamijiet.
7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard,
nuqqas ta’ attendenza approvata, eċċ.) ikunu ndikati bl-ittra I. Fil-
każijiet l-oħra kollha, ir-riżultat ta’ taqsimiet studju mhux
mitmuma jkun indikat bħala F.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jithħllew jerġgħu
jissottomettu l-assenjament/i tagħhom, jew jerġgħu joqogħdu għat-
test darba fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla
grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni mill-ġdid ikunu
meħtieġa jieqfu mill-kors.
Il-ħidma fuq il-
post.
8. (1) L-istudenti jkunu meħtieġa jaħdmu fuq il-post taħt
superviżjoni kif determinat mill-Bord ta’ l-Istudji. Matul dan il-
perijodu, l-istudenti huma mħeġġa japplikaw it-teorija għall-
prattika.
(2) Il-Bord ta’ l-Istudji, wara li jqis ir-rapporti tdl-kapijiet tas-
sezzjonijiet fejn l-istudenti ħadmu u tas-superviżuri, għandu
jevalwa l-ħidma fuq il-post fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. L-istudenti
jistgħu jkunu meħtieġa jattendu għal intervista. L-istudenti li jeħlu
mill-ħidma fuq il-post ikunu meħtieġa jieqfu mill-kors.
L-essay twil/
proġett.
Emendat:
A.L. 82 ta’ l-2001.
9. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil ta’
mhux anqas minn 8000 kelma u mhux aktar minn 10,000 kelma,
jew proġett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti mill-Bord ta’
l-Istudji, sad-data stabbilita mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-proposta għall-essay twil/proġett għandha tkun
sottomessa għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux aktar
tard minn ġimgħa wara li l-istudenti jkunu mgħarrfa li temmew il-
ħidma fuq il-post b’suċċess.
(3) L-essay twil/proġett għandu jkun valutat minn superviżur u
eżaminatur maħtura mill-Bord ta’ l-Istudji.
(4) L-istudenti li jeħlu fl-essay twil/proġett għandhom
jitħallew jerġgħu jissottomettuh darba fi żmien perijodu ta’ sitt
xhur. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
L-attendenza. 10. L-attendenza regolari għall-komponenti kollha tal-kors hija
obbligatorja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ attendenza għal raġuni li l-Bord
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
OPERATIONAL ISLAND HYDROLOGY ġ L.S.327.200 3
ta’ l-Istudji jqis valida, huwa jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu l-
kors, sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex jagħmlu tajjeb
għall-konferenzi li ntilfu jew għall-ħidma fuq il-post li ma saritx.
L-eżami finali.
dawk għall-ħidma fuq il-post, jitħallew joqogħdu għall-eżami
finali, li jikkonsisti f’tliet karti bil-miktub.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi karta ta’ l-eżami finali għandhom
jitħallew jerġgħu joqogħdu għall-karta/i li weħlu fihom darba biss
fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tar-riżultati finali. L-ogħla
grad li jista’ jingħata fl-eżami riparatorju jkun grad D.
Ir-riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju u fl-essay twil/proġett, fil-ħidma fuq
il-post, u fl-eżami finali, li jingħataw piż kif ġej:
it-taqsimiet studju kollha u l-essay twil/proġett 40%
il-ħidma fuq il-post 30%
l-eżami finali 30%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma jkunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati
kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
