KORS GĦALL-PRE-TERTIARY INSTITUTE 
CERTIFICATE IN BAROQUE ARCHITECTURE ġ L.S.327.202 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.202
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
PRE-TERTIARY INSTITUTE CERTIFICATE IN 
BAROQUE ARCHITECTURE
20 ta’ Lulju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 174 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Pre-Tertiary Institute Certificate in Baroque
Architecture.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-International Institute for Baroque
Studies;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-Pre-Tertiary Institute Certificate in
Baroque Architecture; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Pre-Tertiary
Institute Certificate in Baroque Architecture.
Applikabilità .
f’Ottubru 2001.
L-Eliġibbilità 
għaċ-Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti proviżorji skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti indikati fir-
regolament 6(1) u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Id-dħul fil-kors.
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-applikanti jkunu jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk:
(a) ikollhom sfond tekniku u jew esperjenza teknika; u
(b) jgħaddu test tad-dħul imħejji mill-Bord ta’ l-Istudji.
(3) Id-dħul fil-kors għandu jkun limitat għal dawk l-applikanti
li jissodislaw ir-rekiviżiti tas-subregolament (2), u li jkunu
nominati minn organizzazzjonijiet li jikkommissjonaw il-kors
għall-impjegati tagħhom wara ftehim mal-Bord.
It-tul tal-kors.
fuq bażi part-time.
2 L.S.327.202 ħ
KORS GĦALL-PRE-TERTIARY INSTITUTE 
CERTIFICATE IN BAROQUE ARCHITECTURE
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors jikkonsisti miż-żewġ taqsimiet studju
obbligatorji li ġejjin:
(a) Baroque Buildings (7 kredti); u
(b) Building Practice (8 kredti).
(2) Katalogu ta’ taqsimiel studju, li jindika l-kodiċi, il-titolu,
id-deskrirzjoni, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju u l-
metodu ta’ valulazzjoni (normalment permezz ta’ xogħol matul il-
kors, li jista’ jinkludi assenjamenti bil-miktub, proġetti, u eżami fit-
tmiem tat-taqsima studju) kif ukoll il-piż li jintgħata għal kull
komponent, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-valutazzjoni. 7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi komponent tal-valutazzjoni ta’
taqsima studju għandhom jitħallew jerġgħu jissottomettu l-
assenjament/i, jew jagħmlu l-eżami supplimentari fis-sessjoni ta’
eżamijiet li jkun imiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’jingħata
huwa l-grad D.
(3) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari l-istudenli jkunu
meħtieġa jħallu l-kors.
L-attendenza. 8. L-attendenza regolari għat-taqsimiet studju kollha tal-kors
hija obbligatorja. Fil-każ ta’ assenza għal raġuni li l-Bord ta’ l-
Istudji jikkonsidra valida, il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu
l-kors sakemm isiru arranġamenti apposta biex huma jlaħħqu ma’
dak li tilfu waqt l-assenza tagħhom.
Ir-riżultat finali. 9. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis ix-xogħol ta’ l-istudenti
fit-taqsimiet studju obbligatorji.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
