KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B. ġ L.S.327.203 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.203
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B.
20 ta’ Lulju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 175 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Sacred Theology - S.Th.B.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tat-Teoloġija;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Sacred Theology -
S.Th.B.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Sacred Theology - S.Th.B.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ studju, jiksbu l-kredti kollha
meħtieġa, jgħaddu mill-eżamijiet sinottiċi u
jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-
regolamcnti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw għall-kors fuq il-
formola preskritta u fiż-żmien speċiċikat mill-Uffiċċju tar-
Reġistratur.
(2) L-applikanti jistgħu japplikaw għall-kors jekk jissodisfaw
ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti regolari skond ir-Regolamenti
għad-Dħul ta’ l-Uuiversità .
Reġistrazzjoni 
għall-kors u għat-
taqsimiet studju.
5. (1) L-istudenti meħtieġa jirreġistraw qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika u jirreġistraw għat-taqsimiet studju qabel il-bidu
ta’ kull semestru fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-istudenti jingħataw grad għal taqsima studju biss jekk
huma jkunu rreġistraw għaliha fuq il-Formola ta’ Reġistrazzjoni
għat-taqsimiet studju. Fil-bidu ta’ kull semestru, l-istudenti jistgħu
jżidu jew inaqqsu xi taqsima studju fuq il-formola preskritta u fiż-
żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(3) L-istudenti huma mistennija jinfurmaw bil-miktub lir-
Reġistratur jekk huma jirriżenjaw mill-kors, u jagħtu d-data tar-
riżenja tagħhom.
2 L.S.327.203 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ ħames snin ta’ studju
fuq bażi full-time. Il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors
f’mhux aktar minn sitt snin minn meta jidħlu l-ewwel darba fil-
kors, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huwa jista’ jimponi.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jagħti estensjoni oħra
ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli
studenti, għal raġuni tajba u valida, jissospendu l-istudji tagħhom
għal mhux aktar minn tnax-il xahar.
L-oqsma ta’ studju. 7. (1) Il-kors ikopri d-dixxiplini teoloġiċi bażiċi, jiġifieri, l-
iskrittura mqaddsa, il-patroloġija, l-istorja tal-knisja (inkluża l-
arkeoloġija palacokristjana), it-teoloġija fundamentali u dommatika
(inkluż l-ekumeniżmu), it-teoloġija morali u spiritwali, it-teoloġija
pastorali, il-liturġija u l-liġi kanonika, u jkun strutturat b’mod tali li
jwassal progressivament għal għarfien aktar sħiħ tat-temi teoloġiċi
prinċipali u tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom.
(2) L-oqsma differenti tal-filosofija flimkien ma’ l-oqsma
rilevanti tas-soċjoloġija, u tal-psikoloġija u ta’ l-istudji tal-
komunikazzjoni, l-Ebrajk, il-Grieg Bibliku u l-Latin, kif meħtieġ
għat-tagħlim xieraq tat-teoloġija, għandhom ikunu mgħallma matul
l-ewwel tliet snin tal-kors.
(3) Il-programm ta’ l-studji teoloġiċi nnifsu għandu jibda fl-
ewwel sena b’introduzzjoni ġenerali tal-prinċipji fundamentali tat-
teoloġija, konsiderazzjoni storika tal-ħsieb u l-prattika Kristjani u
riflessjoni bażika dwar il-misteru tas-salvazzjoni li jistgħu jservu
bħala sfond u punt ta’ referenza għat-teoloġija kollha; dan
jitkompla fit-tieni u fit-tielet sena b’rabta mill-qrib ma’ l-istudju
tal-filosofija u għandu jintemm permezz ta’ aktar studji teoloġiċi
fir-raba’ u l-ħames sena.
ll-kors ta’ studju. 8. (1) Sabiex itemmu l-programm ta’ studju, l-istudenti huma
meħtieġa jiksbu total ta’ 150 kredtu li minnhom mill-anqas 54
kredtu għandhom ikunu fl-oqsma ta’ studju mniżżla fir-regolament
7(2) u 96 kredtu għandhom ikunu fl-istudji teoloġiċi kif speċifikat
fir-regolament 7(3).
(2) Il-programm ta’ studju matul l-ewwel tliet snin tal-kors
għandu jkun magħmul minn:
(a) 36 kredtu fit-Teoloġija u l-Istudji Rcliġjużi; u
(b) 54 kredtu fil-Filosofija u f’oqsma ta’ studju relatati, li
minnhom 4 krcdti għandhom jingħataw jekk l-istudenti
jgħaddu mill-eżami sinottiku fil-Filosofija.
(3) Il-programm ta’ studju matul ir-raba’ u l-ħames sena tal-
kors għandu jkun magħmul minn 60 kredtu għal studju aktar
avanzat fid-dixxiplini teoloġiċi bażiċi kollha, li minnhom 6 kredti
għandhom jingħataw jekk l-istudenti jgħaddu mill-eżami sinottiku
fit-Teoloġija.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam fl-istudji teoloġiċi. Il-katalogu għandu jindika l-kodiċi,
it-titolu, u d-deskrizzjoni ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati
għal kull taqsima studju, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B. ġ L.S.327.203 3
Bord għandu jippublika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara
l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
10. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard,
assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Il-gradi
mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-istudenti f’wieħed
jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord iqis xieraq: xogħol
matul il-kors, ħidma fuq il-post, riċerka, u valutazzjonijiet prattiċi,
bil-miktub u/jew orali.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni bħal ta’ l-ewwel valutazzjoni għandu jintuża għal
valutazzjoni supplimenlari. Il-valutazzjonijiet supplimentari ta’
taqsimiet studju għandhom isiru fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss
(Mejju jew Settembru) skond il-każ. Fil-każ ta’ assenjamenti, il-
valutazzjoni supplimentari għandha ssir bi ftehim mal-lettur
ikkonċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari ta’
taqsima jew taqsimiet studju li għalihom, b’kollox, huma assenjati
tliet kredti jew anqas f’semestru wieħed, jistgħu jerġgħu
jirreġistraw għat-taqsima jew taqsimiet studju li jkunu weħlu fihom
u jerġgħu joqogħdu għal valutazzjoni supplimentari. F’dan il-każ,
it-taqsima jew taqsimiet studju għandhom isiru bil-mod stabbilit
mil-lettur/i kkonċernat/i wara konsultazzjoni mad-Dekan. Din il-
konċessjoni tista’ tingħata darba biss matul il-kors.
(4) L-istudenti ma jistgħux jirreġistraw għal taqsima studju
jekk ma jkollhomx il-prerekwiżiti meħtieġa jew jekk ma
jirreġistrawx ukoll għat-taqsima/taqsimiet studju li għandhom
jittieħdu flimkien, ħlief bil-permess tal-Bord.
(5) Il-Bord jista’ jħalli studenti jittrasferixxu kredti miksuba
għal taqsimiet studju f’kors ta’ studju fl-Università  ta’ Malta jew
f’università  rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat, sakemm dawn
it-taqsimiet studju jkunu komparabbli fil-kontenut u fil-livell ma’
dawk offruti fil-kors. Mhux aktar minn terz ta’ l-għadd minimu ta’
kredti meħtieġa għall-għoti tal-Grad jistgġu jkunu ttrasferiti.
L-eżamijiet 
sinottiċi.
11. (1) Għandu jkun hemm eżami sinottiku fil-Filosofija fi
tmiem it-tielet sena u eżami sinottiku fit-Teoloġija fi tmiem il-
ħames sena.
(2) L-istudenti jkunu eliġibbli biex jagħmlu l-eżami sinottiku
fil-Filosofija jekk huma:
(a) jkunu rreġistraw għal, u temmew, it-taqsimiet studju
fl-oqsma ta’ studju mniżżla fir-regolament 7(2), li
għalihom mill-anqas 50 kredtu huma assenjati u jkunu
kisbu mill-anqas 45 kredtu sa tmiem it-tielet sena; u
(b) jipparteċipaw f’seminarji integrattivi, kif mitluba mill-
Bord.
(3) L-eżami sinottiku fil-Filosofija meta magħżula bħala
qasam ewlieni ta’ studju fil-kors li jwassal għall-Bachelor of Arts
4 L.S.327.203 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B.
in Theology and Human Studies jitqies ekwivalenti għall-eżami
sinottiku fil-Filosofija preskritt taħt dawn ir-regolamenti.
(4) L-istudenti jkunu eliġibbli biex jagħmlu l-eżami sinottiku
fit-Teoloġija jekk huma:
(a) jkunu rreġistraw għal, u temmew, it-taqsimiet studju
fl-oqsma ta’ studju mniżżla fir-regolament 7(3), li
għalihom mill-anqas 90 kredtu huma assenjati u jkunu
kisbu mill-anqas 85 kredtu sa tmiem il-ħames sena; u
(b) jipparteċipaw f’seminarji integrattivi, kif mitluba mill-
Bord.
(5) L-eżamijiet sinottiċi għandhom normalment isiru f’Ġunju u
għandhom jikkonsistu f’żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda fil-
Filosofija u tliet karti ta’ tliet sigħat-il waħda fit-Teoloġija. Jista’
jsir ukoll eżami viva voce.
Is-sessjoni 
supplimentari ta’ l-
eżamijiet.
12. (1) L-istudenti li jeħlu minn xi karta ta’ l-eżamijiet
sinottiċi f’xi wieħed mill-oqsma ta’ studju jkunu meħtieġa
joqogħdu għall-karta/karti li weħlu fiha/fihom fis-sessjoni
supplimentari ta’ l-eżamijiet ta’ Settembru. Jekk jgħaddu, l-għola
grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(2) Fil-każ li jeħlu fis-sessjoni supplementari ta’ l-eżamijiet, l-
istudenti jkunu meħtieġa jerġgħu jagħmlu l-karti kollha ta’ l-eżami
sinottiku fil-qasam ta’ studju, jew fl-oqsma ta’ studju li weħlu
fihom f’Ġunju tas-sena ta’ wara, bil-possibilità  li jerġgħu jagħmlu
l-karta jew il-karti li jeħlu fihom fis-sessjoni supplimentari ta’ l-
eżamijiet ta’ Settembru. Jekk jgħaddu, l-għola grad li jistgħu
jingħataw huwa l-grad D. Jekk jeħlu, l-istudenti jkunu kkonsidrati
li weħlu mill-kors.
Ir-riżultat finali. 13. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell ta’ l-istudenti fit-
taqsimiet studju u fl-eżamijiet sinottiċi skond il-piż kif ġej:
it-taqsimiet studju 60%
l-eżamijiet sinottiċi fi tmiem it-tielet sena 10%
l-eżamijiet sinottiċi fi tmiem il-ħames sena 30%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ippubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikali kif ġej:
Kategorija I (Summa cum laude)
Kategorija IIA (Magna cum laude)
Kategorija IIB (Cum laude
Kategorija III (Bene Probatus)
Għadda  (Probatus).
Dħul mill-ġdid fil-
kors.
14. L-istudenti li jieqfu mill-istudji tagħhom jistgħu jitħallew
jerġgħu jidħlu fil-kors taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jidhirlu
xieraq f’kull każ.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SACRED THEOLOGY - S.TH.B. ġ L.S.327.203 5
L-eliġibbilità  
għall-għoti tal-
Grad ta’ Bachelor 
of Arts in Theology 
and Human 
Studies.
l5. (1) L-istudenti li jtemmu l-ewwel tliet snin tal-kors għall-
Bachelor of Sacred Theology ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad
tal-Bachelor of Arts in Theology and Human Studies, sakemm
huma:
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-programm ta’ studju
rispettiv; u
(b) jirreġistraw għal, u jgħaddu, mill-eżamijiet sinottiċi
tal-kors għall-Bachelor of Arts in Theology and
Human Studies.
(2) Il-klassifikazzjoni finali tal-grad issir skond il-kriterji
stabbiliti għall-għoti tal-Bachelor of Arts in Theology and Human
Studies.
Klawsola 
transitorja.
16. L-istudenti li jtemmu l-ewwel sena tal-kors għall-Bachelor
of Sacred Theology sa Settemhru 2001 jistgħu jkomplu l-kors taħt
dawn ir-regolamenti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’
jimponi.
