BIBLJOTEKA ġ L.S.327.205 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.205
REGOLAMENTI TAL-BIBLJOTEKA
4 ta’ Settembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 199 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Bibljoteka.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"ktieb" tfisser ġurnali, dissertazzjonijiet, gazzetti, mapep,
microforms, video jew audio cassettes, disketti, computer files jew
kull oġġett ieħor tal-bibljoteka li fih informazzjoni;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi Bibljotekarji u tinkludi
kull uffiċjal li jkun inkarigat mil-Bibljoteka f’isem id-Direttur;
"Bibljoteka" tfisser kull bini ta’ l-Università  taħt il-kontroll
immedjat tad-Direttur tas-Servizzi Bibljotekarji; u
"membru tal-Bibljoteka" tfisser kull persuna li tuża l-Bibljoteka
bis-saħħa ta’ l-eliġibbilità  tagħha skond ir-regolament 3.
Applikabilità .
’il quddiem.
Il-membri tal-
Bibljoteka.
3. Il-Bibljoteka tkun miftuħa għal għanijiet ta’ studju u
riċerka għal:
(a) membri ta’ l-Università  ta’ Malta, kif ġej:
(i) membri tal-Kunsill u tas-Senat;
(ii) professuri, letturi, u għalliema oħra rikonoxxuti;
(iii) eżaminaturi għal dak iż-żmien;
(iv) membri ta’ l-istaff amministrattiv;
(v) studenti reġistrati fl-Università ;
(b) persuni li jkun inħarġilhom permess kif preskritt fir-
regolament 4(1); u
(ċ) viżitaturi tal-ġurnata, li jitħallew jidħlu fid-
diskrezzjoni tad-Direttur, imma li ma jistgħux jissellfu
kotba.
Permessi.
(a) studenti reġistrati ma’ universitajiet rikonoxxuti oħra
jew ma istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, residenti
f’Malta;
(b) persuni li jkunu qegħdin jagħmlu studju jew riċerka u
li jkollhom bżonn jużaw kotba li ma jinstabux
f’bibljoteki oħra pubbliċi Maltin; u
(ċ) viżitaturi membri ta’ universitajiet rikonoxxuti
barranin, imma li ma jkunux jistgħu jissellfu kotba.
(2) Id-Direttur għandu jitlob ħlas anmvali ta’ għoxrin lira
2 L.S.327.205 ħ BIBLJOTEKA
(Lm20) għal kull permess li jinħareġ imma jista’ jirrinunzja għal
dan il-ħlas, fil-każ ta’ donaturi, jew persuni li jużaw il-Bibljoteka
okkażjonalment.
(3) Applikazzjonijiet għal permessi għall-użu tal-Bibljoteka
għandhom isiru fuq formola apposta li tinkiseb minn għand id-
Direttur.
(4) Applikazzjonijiet taħt is-subregolament (1)(b) jenħtieġu r-
rakkomandazzjoni ta’ persuna msemmija fir-regolament 3(a)(i), (ii)
jew (iv), għalkemm id-Direttur, fid-diskrezzjoni tiegħu, jista’
jaċċetta r-rakkomandazzjoni ta’ persuna professjonali residenti
f’Malta.
(5) Applikazzjonjiet taħt is-subregolament (1)(a) u (ċ)
jenħtieġu r-rakkomandazzjoni bil-miktub ta’ istituzzjoni
rikonoxxuta barranija.
(6) Kull persuna illi tixtieq tagħmel użu mill-Bibljoteka tista’
tkun mitluba timla u tiffirma formola ta’ reġistrazzjoni li torbotha li
tosserva dawn ir-regolamenti.
Self ta’ kotba. 5. (1) Membru tal-Bibljoteka jista’ jżomm għandu f’daqqa
mhux iżjed min-numru ta’ kotba kif speċifikat hawn taħt:
(a) membru ta’ l-istaff ta’ l-għalliema ta’ l-Università :
tletin;
(b) student ta’ l-Università  li qed jagħmel riċerka għal
grad ogħla: ghaxra;
(ċ) membri oħrajn tal-Bibljoteka: sitta.
Id-Direttur għandu d-dritt li jvarja dawn l-ammonti fid-
diskrezzjoni tiegħu.
(2) Bla ħsara għal dawk il-kotba li jtnħarġu biss għal perijodu
ta’ żmien qasir jew għal kwalsijasi perijodu ta’ inqas minn tliet
ġimgħat, il-perijodu ta’ self ta’ kull ktieb għandu jkun kif stipulat
hawn taħt:
(a) għal kategoriji (a) u (b) tal-paragrafu (1): tliet xhur; u
(b) għal kategorija (ċ) tal-paragrafu (1): tliet ġimgħat.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (14),
kull self jista’ jiġi mġedded għal perijodu jew perijodi oħra
sussegwenti; iżda l-ktieb għandu jinġieb fil-Bibljoteka għal dan il-
għan. Id-Direttur jista’ jiċħad dan it-tiġdid ta’ self.
(4) ld-Direttur għandu d-dritt, fid-diskrezzjoni tiegħu, li
jillimita s-self ta’ kotba għal perijodu ta’ żmien qasir jew għal tul
biss ta’ ġimgħa. Il-perijodu ta’ self għal żmien qasir ikun speċifikat
mid-Direttur.
(5) Il-kotba kollha li jinħarġu b’self għandhom ikunu l-ewwel
ippreżentati fis-circulation desk, flimkien mal-biljett ta’ sħubija
tal-Bibljoteka tal-membru.
(6) Fil-każ ta’ dawk il-kotba li jkunu għadhom ma ddaħħlux
fis-sistema kompjuterizzata tal-Bibljoteka, il-membru tal-
Bibljoteka għandu jiffirma u jiddata loan card li tinsab mal-qoxra
ġewwenija tal-ktieb. Għandu wkoll jimla u jiffirma loan-slip għa1
BIBLJOTEKA ġ L.S.327.205 3
kull ktieb billi jikkopja l-loan card.
(7) Loan-slips u loan cards li ma jinqrawx jew li b’xi mod
ieħor ikunu mtlew ħażin ma jknnux aċċettati.
(8) Il-loan-slip u t-tikketta tad-dati fil-ktieb għandhom ikunu
ttimbrati minn membru ta’ l-istaff tal-Bibljoteka biex jindikaw id-
data meta ktieb huwa dovut lura.
(9) Membru tal-Bibljoteka li jirritorna ktieb għandu jistenna
fis-circulation desk biex jingħata lura l-loan-slip jew ir-riċewta ta’
ritorn kompjuterizzata.
(10) Il-loan-slip jew ir-riċevuta ta’ ritorn kompjuterizzata huma
meqjusa mill-Kumitat tal-Bibljoteka bħala riċevuta ta’ ritorn tal-
kotba. ll-pussess jew in-nuqqas ra’ pussess tagħhom għandu
jittieħed bħala l-element deċisiv li jsolvi kull dubju fi kwistjonijiet
dwar jekk ktieb ġiex ritornat jew le.
(11) Membru tal-Bibljoteka għandu jitqies li għad għandu l-
ktieb f’idejh sakemm il-loan-slip jew l-informazzjoni
kompjuterizzata ta’ self ikunu għadhom ma tneħħewx mill-file tal-
Bibljoteka.
(12) Ebda ktieb ma għandu jkun trasferit lil membru ieħor tal-
Bibljoteka jekk mhux wara li jkuu ġie ritornat u misluf mill-ġdid
bil-manjiera preskritta f’dawn ir-regolamenti.
(13) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (16),
jekk ktieb jiġi miżmum iżjed mill-perijorlu ta’ self uffiċjali
mingħajr ma jkun ġie mġedded, tiġi allura mposta penali ta’
għoxrin ċenteżmu (20ċ) għal kull ġimgħa, jew parti minn ġimgħa li
għaliha l-ktieb ikun ġie hekk miżmum, irrispettivament minn jekk
avviż biex ikun rritornat ikunx intbagħat.
(14) Kull ktieb li jkun misluf għal aktar minn tliet ġimgħat
għandu jkun ritornat fi żmien ġimgħa minn meta l-Bibljoteka
tibgħat tavża li l-ktieb huwa mitlub minn memhru ieħor.
(15) Għandu jkun hemm penali ta’ ħamsin ċenteżmu (50ċ) fil-
ġimgħa jew għal parti minn ġimgħa li jibdew jingħaddu minn
ġimgħa wara d-data li fiha jkun intbagħat dak l-avviż.
(16) Meta ktieb ikun ġie misluf għal perijodu ta’ żmien qasir,
jew għal kwalsijasi perijodu iqsar minn tliet ġimgħat, għandu jkun
hemm penali ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu (25ċ) kuljum kull meta
s-self jeċċedi l-perijodu ta’ żmien permess. Din il-penali tibda
tingħadd ma’ l-għeluq tal-perijodu tas-self u indipendentement
minn jekk ikunx intbagħat avviż f’dan ir-rigward.
(17) Ħlasijiet li huma dovuti minn membri tal-Bibljoteka skond
is-subregolamenti (13), (l5) u (16) m’għandhomx jeċċedu s-somma
ta’ ħmistax-il lira (Lm15) għal kull ktieb.
(18) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (20),
kull ktieb aċċessibbli fuq l-ixkafef tal-Bibljoteka jista’ jkun misluf
wara talba lis-circulation desk, sakemm il-ktieb ikun ġa ġie
katalogat, klassifikat u proċessat kif meħtieġ qabel ma jkun maħruġ
b’self.
(19) Kull ktieb li jkun misluf għand membru tal-Bibljoteka
4 ħ BIBLJOTEKA
(20) Id-Direttur għandu d-dritt, fid-diskrezzjoni tiegħu, li
jistgħux jiġu mislufa.
(21) à  għandhom l-obbligu li
l-istudji tagħhom. L-Università
jiggradwa lil kull min ma jħarisx dan ir-regolament.
Ħarsien tal-kotba. (1) Membru tal-Bibljoteka li jissellef jew jikkonsulta ktieb
mutilazzjoni tal-ktieb hija strettament ipprojbita.
(2)
xi marka fi ktieb tal-Bibljoteka, jieħu tracings
(3) Membru tal-Bibljoteka ma jistax juża inka waqt li jkun qed
mid-Direttur.
(4)
manjiera, hija soġġetta għad-disposizzjonijiet tal-liġi tal-copyright
(5) Membru tal-Bibljoteka jkun meħtieġ jagħmel tajjeb ghas-
xi ktieb jew ħaġa oħra ta’ proprjetà
ikunu mislufa għandu jew ikunu qed jiġu kkonsultati jew użati
minnu.
Membru tal-Bibljoteka huwa miżmum responsabbli għal
kull ħsara kawżata minnu b’użu ħażin ta’ kompjuters jew ta’ xi
Imġieba fil-
Bibljoteka.
(1) F’kull ħin fil-Bibljoteka għandu jinżamm is-skiet. L-
(2) Tipjip, ikel u xorb huma assolutament ipprojbiti fil-
(3) L-i  tal-Bibljoteka ma jistax jaċċetta affarijiet għal
ħarsien tagħhom.
Basktijiet, bagalji u pakki ma jistgħux jiddaħħlu fl-
Bibljoteka. Kull ma jinħareġ mill-Bibljoteka huwa soġġett għal
(5) Bla ħsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
nterna tal-Bibljoteka, u huwa awtorizzat li jeskludi temporanjament
mill-Bibljoteka u mid-drittijiet u l-privileġġi ta’ sħubija kull
(6) Eżklużjonijiet bħal dawn għandhom jiġu rrapportati fl-
Ħinijiet tal-ftuħ. 8.
tax-xogħol f’ħinijiet preskritti minn żmien għal żmien mill-Kumitat
tal-Bibljoteka.
ġ L.S.327.205
Depożitu ta’ 
dissertazzjonijiet u 
9. Il-fakultajiet u l-istituti kollha għandhom jiddepożitaw fil-
mill-istudenti tagħhom. Fl-użu ta’ dawn id-dissertazzjonijiet u
teżijiet għandhom jitħarsu d-disposizzjonijiet tal-liġi fuq il-
 u embargoes
Komunikazzjoni-
jiet.
Il-komunikazzjonjiet kollha dwar l-użu tal-Bibljoteka
għandhom ikunu ndirizzati lid-Direttur.
