KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN AGRICULTURE ġ L.S.327.206 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.206
REGOLAMENTI TAL-KORS
GĦAS-CERTIFICATE IN AGRICULTURE
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 274 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Agriculture.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"iċ-Ċertifikat" tfisser is-Certificate in Agriculture;
"l-Istitut" tfisser l-Istitut ta’ l-Agrikoltura; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għas-Certificate in
Agriculture.
Applikabilità .
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eliġibilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti fl-Istitut għal sena;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji fl-Agrikoltura, jiksbu l-
kredti meħtieġa u jgħaddu mill-eżamijiet li jsiru fit-
tmiem ta’ kull semestru; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti, f’regolamenti u f’ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Dħul fil-kors.
jekk huma jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti
regolari skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti għad-Dħul ta’
l-Università .
Tul tal-kors.
bażi part-time.
Kors ta’ l-istudji.
għalihom 15-il kredtu huma assenjati, kif ġej:
Crop Agricultural Science 4 kredti
Animal Agricultural Science 4 kredti
Agricultural Economics and Business Studies 3 kredti
Soil Science and Agricultural Biotechnology 3 kredti
Agricultural Practice kredtu
(2) L-Agricultural Practice għandu jsir matul ġurnata fil-
ġimgfia fi stabbiliment approvat u dan jinvolvi valutazzjoni
kontinwa.
2 L.S.327.206 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN AGRICULTURE
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, it-titolu,
id-deskrizzjoni, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju u l-
metodu ta’ valutazzjoni għandu jkun ippubblikat mill-Bord qabel
il-bidu tal-kors, wara l- approvazzjoni tas-Senat.
Valutazzjoni. 7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D jew F, fejn F tindika li
wieħed weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni mill-ġdid darba biss; fil-valutazzjoni mill-ġdid, l-
għola grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
Riżultat finali. 8. (1) Ir-riżultat finali ta’ l-istudenti għandu jqis il-livell
milħuq minnhom fit-taqsimiet studju.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku u
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
