KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN INTERNATIONAL LAW - M.JUR. ġ L.S.327.207 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.207
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MAGISTER JURIS IN INTERNATIONAL LAW - M.JUR.
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 276 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Magister Juris in International Law - M. Jur.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Magister Juris in International Law -
M Jur.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Magister Juris in International Law - M. Jur.
L-Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
L-Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul fil-kors stipulati fir-
regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 8 u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Il-kwalifiki għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għad-dħul fil-kors għandu jkollhom
waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-grad ta’ Doctor of Laws (LL.D.); jew
(b) il-grad ta’ Bachelor fil-Liġi (B.A.) b’mill-anqas
Kategorija II; jew
(ċ) kwalifiki ekwivalenti minn l-Università  ta’ Malta jew
università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-
għan.
(2) F’ċirkostanzi xierqa, meta l-Bord iħoss li l-kwalifiki ta’ l-
applikanti ma jurux evidenza ta’ għarfien biżżejjed dwar l-
International Law, hu jista’ jimponi rekwiżiti oħra, fosthom jitlob
li l-istudenti jsegwu programm ta’ studju preparatorju u jgħaddu
minn eżami ta’ kwalifika, qabel ma jirreġistraw għall-kors.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
2 L.S.327.207 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN INTERNATIONAL LAW - M.JUR.
(2) Mad-dħul fil-kors mgħallem u bir-riċerka, l-istudenti
għandhom ikunu meħtieġa jirreġistraw għal numru xieraq ta’
taqsimiet studju, kif indikat fir-regolament 8(b).
It-tul tal-kors. 6. Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ studju fuq
bażi full-time jew l-eakwivalenti tiegħu fuq bażi part-time. Il-Bord
jista’ jestendi ż-żmien ta’ l-istudji b’mhux aktar minn sitt xhur jew
l-ekwivalenti tiegħu f’każ ta’ studji fuq bażi part-time.
Studenti fuq bażi 
part-time.
7. L-istudenti li jsegwu l-kors fuq bażi part-time għandhom
jirreġistraw fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
Il-kors ta’ l-istudji. 8. Il-kors ikun offrut f’oqsma ta’ studju fl-International Law,
kif stabbilit mid-Dipartiment ta’ l-International Law. Il-kors jista’
jkun offrut f’waħda jew fiż-żewġ modi ta’ studju li ġejjin, skond ir-
riżorsi li jkun hemm u n-numru ta’ applikanti li jagħżlu l-mod ta’
studju mgħallem u bir-riċerka:
(a) Il-Mod ta’ Studju bir-Riċerka: il-kitba ta’
dissertazzjoni kif stipulat fir-regolament 11, li għaliha
huma assenjati 30 kredtu; jew
(b) Il-Mod ra’ Studju Mgħallem u bir-Riċerka: numru ta’
taqsimiet studju, li ghalihom huma assenjati 10 kredti;
u l-kitba ta’ dissertazzjoni, li għaliha huma assenjati
20 kredtu.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Fil-każ tal-mod ta’ studju mgħallem u bir-riċerka, il-Bord
għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għall-kors. Il-katalogu
għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, u d-deskrizzjoni ta’ kull taqsima
studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, u l-metodi ta’
tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu
għall-kors qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress fil-mod 
ta’ studju 
mgħallem u bir-
riċerka.
10. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard,
assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet
l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma
għandhom jidhru bħala F.
(2) Il-gradi għat-taqsimiet studju għandhom iqisu l-livell ta’ l-
istudenti fix-xogħol matul il-kors u fl-eżamijiet bil-miktub, li jsiru
jew fit-tmiem ta’ taqsima studju jew fit-tmniem tat-tieni semestru.
Biex jingħata l-grad globali għal taqsima studju, ix-xogħol matul
il-kors għandu jingħata l-piż ta’ 25% filwaqt li l-eżami bil-miktub
għandu jingħata l-piż ta’ 75%.
(3) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami bil-miktub ta’
taqsima studju, jew ta’ numru ta’ taqsimiet studju, jitħallew
jagħmlu eżami/eżamijiet riparatorju/i darba biss fis-sessjoni ta’ l-
eżamijiet skedata li jmiss. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
(4) L-istudenti li ma jiksbux minimu ta’ sitt kredti fl-ewwel
sessjoni jitqiesu li definitivament ma għaddewx. L-istudenti li ma
jgħaddux minn xi eżami riparatorju jitqiesu li definitivament ma
għaddewx, sakemm il-Bord, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ma
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN INTERNATIONAL LAW - M.JUR. ġ L.S.327.207 3
jiddeċidix li jirrevedi l-każ.
Id-dissertazzjoni.
(a) Il-Mod ta’Studju bir-Riċerka: mhux itwal minn 50,000
kelma; u
(b) Il-Mod ta’ Studju Mgħallem u bir-Riċerka: mhux itwal
minn 30,000 kelma.
Is-suġġett għandu jkun propost mill-istudenti u approvat
mill-Bord. Id-dissertazzjoni għandha tkun prova ta’ riċerka
indipendenti u li taghti kontribuzzjoni oriġinali għas-suġġett.
(2) L-istudenti għandhom jippreżentaw proposta bil-miktub
għad-dissertazzjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur mill-bidu
tas-sena akkademika li fiha se jtemmu l-kors.
(3) Malli tiġi approvata l-proposta għad-dissertazzjoni, l-
istudenti jiġu assenjati superviżur maħtur mill-Bord, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment ta’ l-International Law.
(4) Id-dissertazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar
tard mit-tieni ġimgha ta’ Settembru. Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni
tiegħu, jagħti lill-istudenti estensjoni taż-żmien ghall-
preżentazzjoni tad-dissertazzjoni tagħhom ta’ mhux aktar minn tliet
xhur.
(5) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(6) L-istudenti għandhom jippreżentaw tmien kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjaraw bil-miktub illi d-dissertazzjoni hija x-
xogħol tagħhom u li hija konformi mar-rekwiżiti mitluba fis-
subregolament (1).
(7) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jiġi msejjaħ miċ-
Chairman tiegħu sabiex jiddiskuti d-dissertazzjoni. L-istudenti
jistgħu wkoll ikunu mitluba jagħmlu eżami viva voce sabiex
jiddefendu d-dissertazzjoni tagħhom.
(8) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Il-Bord jista’ jitlob lill-istudenti jagħmlu xi korrezzjonijiet jew
jerġgħu jiktbu d-dissertazzzjoni mill-ġdid fi żmien stipulat jew
jista’ jirrifjuta d-dissertazzjoni kompletament.
(9) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom tiġi rrifjutata jew li
l-korrezzjonijiet tagħhom jew il-kitba mill-ġdid jitqiesu mhux
tajbin biżżejjed jew li ma ppreżentawx id-dissertazzjoni tagħhom
fiż-żmien mitlub ma jingħatawx il-Grad.
Il-klassifikazzjoni 
u l-għoti tal-Grad.
12. (1) Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-grad
miksub għad-dissertazzjoni jew il-gradi miksuba fit-taqsimiet
studju kollha u għad-dissertazzjoni, skond kif ikun il-każ, li
għandhom jingħataw il-piż skond in-numru ta’ kredti assenjati lil
kull wieħed minnhom.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
4 L.S.327.207 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN INTERNATIONAL LAW - M.JUR.
Għadda.
Gradi konġunti. 13. (1) Fejn l-Università , bl-approvazzjoni tas-Senat,
tikkonkludi ftehim ma’ università  barranija biex jagħtu l-Grad
flimkien, il-kredti meħtieġa biex wieħed jikkwalifika għall-Grad
jistgħu jittieħdu parti fl-Università  u parti fl-università  barranija kif
provdut fi ftehim bħal dan.
(2) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi u l-Bord għall-Klassifikazzjoni
tal-Grad għandhom, f’dawk il-każijiet li hemm referenza għalihom
fis-subregolament (1), jkunu magħmula skond id-deċiżjonijiet
meħuda mill-korpi li jmexxu ż-żewġ istituzzjonijiet.
(3) Fil-każijiet li jaqgħu taħt dan ir-regolament il-Grad għandu
jingħata f’ċertifikat wieħed maħruġ miż-żewġ universitajiet
flimkien u l-konferiment tal-Grad għandu jsir f’waħda mill-
universitajiet kif miftiehem bejniethom.
