KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN EUROPEAN AND COMPARATIVE LAW - M.JUR. ġ L.S.327.208 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.208
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MAGISTER JURIS IN EUROPEAN AND 
COMPARATIVE LAW - M.JUR.
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 277 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Magister Juris in European and Comparative
Law - M. Jur.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xorta oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Magister Juris in European and
Comparative Law - M. Jur.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Magister Juris in European and Comparative Law - M. Jur.
L-Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
L-Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul fil-kors stipulati fir-
regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 8 u jissodifaw xi rekwiżiti oħra
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Il-kwalifiki għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għad-dħul fil-kors għandu jkollhom
waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-grad ta’ Doctor of Laws (LL.D.); jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Arts in Legal and Humanistic
Studies b’mill-anqas Kategorija II; jew
(ċ) kwalifiki ekwivalenti minn l-Università  ta’ Malta jew
minn università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal dan
il-għan.
(2) Id-dħul ta’ l-applikanti li l-ewvel grad tagħhom mhux l-
LL.D. jista’ jkun jiddependi fuq ir-riżultat ta’ intervista. Il-Bord
jista’ jimponi rekwiżiti oħra, fosthom jitlob li l-istudenti jsegwu
programm ta’ studju preparatotju u jgħaddu minn eżami ta’
kwalifika, qabel ma jirreġistraw għall-kors.
2 L.S.327.208 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN EUROPEAN AND COMPARATIVE LAW - M.JUR.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Mad-dħul fil-kors, l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa
jirreġistraw għal numru xieraq ta’ taqsimiet studju, kif indikat fir-
regolament 8(a).
It-tul tal-kors. 6. Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ studju fuq
bażi full-time jew l-ekwivalenti tiegħu fuq bażi part-time. Il-Bord
jista’ jestendi ż-żmien ta’ l-istudji b’mhux aktar minn sitt xhur jew
l-ekwivalenti tiegħu f’każ ta’ studji fuq bażi part-time.
Studenti fuq bażi 
part-time.
7. L-istudenti li jsegwu l-kors fuq bażi part-time għandhom
jirreġistraw fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
Il-kors ta’ l-istudji. 8. Il-kors ikun offrut f’oqsma ta’ studju marbuta mal-
European and Comparative Law, kif stabbilit mill-Bord u l-
istudenti għandhom jiksbu l-kredti għaż-żewġ komponenti li ġejjin:
(a) il-komponent mgħallem, magħmul minn taqsimiet
studju fil-European and Comparative Law li għalihom
għoxrin kredtu huma assenjati; u
(b) il-komponent ta’ riċerka li jwassal ghall-
preżentazzjoni ta’ dissertazzjoni, kif stabbilit mir-
regolament 11, li għalih huma assenjati għaxar kredti.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju ghall-
kors. Il-kataolgu għandu jindika l-kodiċi, t-titolu, u d-deskrizzjoni
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
10. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: : A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel.
(2) Il-gradi għat-taqsimiet studju għandhom iqisu l-livell ta’ l-
istudenti fis-xogħol matul il-kors u fl-eżamijiet bil-miktub, li jsiru
jew fit-tmiem ta’ taqsima studju jew fit-tmiem tat-tieni semestru.
Biex jingħata l-grad globali għal taqsima studju, ix-xogħol matul
il-kors għandu jingħata l-piż ta’ 40% filwaqt li l-eżami bil-miktub
jingħata l-piż ta’ 60%.
(3) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami bil-miktub ta’
taqsima studju, jew ta’ numru ta’ taqsimiet studju jitħallew jagħmlu
eżami/eżamijiet riparatorju/i darba biss fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet
skedata li jmiss. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad D.
(4) L-istudenti li ma jiksbux minimu ta’ tnax-il kredtu fl-
ewwel sessjoni jitqiesu li definitivament ma għaddewx. L-istudenti
li ma jgħaddux minn xi eżami riparatorju jitqiesu li definitivament
ma għaddewx, sakemm il-Bord, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ma
jiddeċidix li jirrevedi l-każ.
Id-dissertazzjoni. 11. (1) Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’ mhux aktar minn
25,000 kelma dwar suġġett propost mill-istudenti u approvat mill-
Bord. Din għandha tkun prova ta’ riċerka indipendenti li tagħti
kontribuzzjoni oriġinali għas-suġġett.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN EUROPEAN AND COMPARATIVE LAW - M.JUR. ġ L.S.327.208 3
(2) L-istudenti għandhom jippreżentaw proposta għad-
dissertazzjoni bil-miktub sa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-
bidu tas-sena akkademika li fiha se jtemmu l-kors.
(3) Malli tiġi approvata l-proposta għad-dissertazzjoni, l-
istudenti jiġu assenjati superviżur maħtur mill-Bord, fuq
rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tal-European and
Comparative Law.
(4) Id-dissertazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar
tard mit-tieni ġimgħa ta’ Settembru. Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni
tiegħu, iħalli lill-istudenti jestendu t-tul tai-żmien tal-
preżentazzjoni tad-dissertazzjoni tagħħom b’mhux aktar minn tliet
xhur.
(5) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord.
(6) L-istudenti għandhom jippreżentaw tmien kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjaraw bil-miktub illi d-dissertazzjoni hija x-
xogħol oriġinali tagħhom u li hija konformi mar-rekwiżiti mitluba
fis-subregolament (1).
(7) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jiġi msejjaħ miċ-
Chairman tiegħu sabiex jiddiskuti d-dissertazzjoni. L-istudenti
jistgħu wkoll ikunu mitluba jagħmlu eżami viva voce sabiex
jiddefendu d-dissertazzjoni tagħhom.
(8) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Il-Bord jista’ jitlob lill-istudenti jagħmlu xi korrezzjonijiet jew
jerġgħu jiktbu d-dissertazzjoni mill-ġdid fi żmien stipulat jew jista’
jirrifjuta d-dissertazzjoni kompletament.
(9) L-istudenti illi d-dissertazzjoni tagħhom tiġi rrifjutata jew
li l-korrezzjonijiet tagħhom jew il-kitba mill-ġdid jitqiesu mhux
tajbin biżżejjed jew li ma ppreżentawx id-dissertazzjoni tagħhom
fiż-żmien mitlub ma jingħatawx il-Grad.
Il-klassifikazzjoni 
u l-għoti tal-Grad.
12. (1) Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi
miksuba fit-taqsimiet studju kollha u fid-dissertazzjoni, li
għandhom jingħataw piż skond in-numru ta’ kredti assenjati
lilhom.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Gradi konġunti.
tikkonkludi ftehim ma’ università  barranija biex jagħtu l-Grad
flimkien, il-kredti meħtieġa biex wieħed jikkwalifika għall-Grad
jistgħu jittieħdu parti fl-Università  u parti fl-università  barranija kif
provdut fi ftehim bħal dan.
(2) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi u l-Bord għall-Klassifikazzjoni
tal-Grad għandhom, f’dawk il-każijiet li hemm referenza għalihom
fis-subregolament (1), jkunu magħmula skond id-deċiżjonijiet
meħuda mill-korpi li jmexxu ż-żewġ istituzzjonijiet.
4 L.S.327.208 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MAGISTER JURIS 
IN EUROPEAN AND COMPARATIVE LAW - M.JUR.
(3) Fil-każijiet li jaqgħu taħt dan ir-regolament il-Grad għandu
jingħata f’ċertifikat wieħed maħruġ miż-żewġ universitajiet
flimkien u l-konferiment tal-Grad għandu jsir f’waħda mill-
universitajiet kif miftiehem bejniethom.
