ĊERTIFIKAT FL-ISTUDJI DIPLOMATIĊI ġ L.S.327.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.21
REGOLAMENTI GĦAĊ-ĊERTIFIKAT
FL-ISTUDJI DIPLOMATIĊI
17 ta’ Settembru, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 141 ta’ l-1991.
Titolu.
Ċertifikat fl-Istudji Diplomatiċi.
Kondizzjonijiet 
għad-dħul.
1. Biex ikunu mdaħħla fil-kors, kandidati jridu jissodisfaw
lill-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà  li għandhom l-isfond akkademiku
neċessarju biex isegwu bi profitt il-kors ta’ l-istudji.
Tul u struttura tal-
kors.
2.1 Il-Kors għaċ-Ċertifikat fl-Istudji Diplomatiċi jdum tletin
ġimgħa mqassma fuq żewġ semestri.
2.2 L-istudji jkunu jikkonsistu fi tliet sessjonijiet ta’ filgħaxija
ta’ sagħtejn il-waħda fil-ġimgħa, li jkopru rispettivament l-oqsma
ta’ studju li ġejjin:
Liġi Internazzjonali
Ekonomija Internazzjonali
Relazzjonijiet Internazzjonali u Diplomazija
Valutazzjoni ta’ l-
istudenti.
3.1 Il-ħidma ta’ l-istudent tkun valutata mix-xogħol tal-kors,
eżamijiet u essay.
3.2 Studenti jkollhom jiktbu essay ta’ mhux iktar minn ħamest
elef (5000) kelma fuq suġġett li jaqa’ taħt wieħed mit-tliet oqsma
ta’ studju tal-kors, u jkollhom joqogħdu għal eżami ta’ tmiem is-
sena f’kull wieħed minn dawn it-tliet oqsma ta’ studju.
3.3 Il-karta ta’ l-eżami tgħodd għal ħamsin fil-mija (50%) tal-
marki finali f’kull qasam ta’ studju, u l-ħamsin fil-mija (50%) l-
oħra jkunu jikkonsistu fil-marki għax-xogħol tal-kors. Il-marki
jestendu minn A sa E, fejn A hija l-ogħla marka. Biex jingħataw iċ-
Ċertifikat, il-kandidati għandhom jiksbu għallinqas marka D li
għaddew f’kull wieħed mit-tliet oqsma ta’ studju u fl-essay.
3.4 L-eżamijiet ta’ tmiem is-sena jinżammu matul it-tieni nofs
ta’ Ġunju. L-essay irid ikun sottomess fil-31 ta’ Lulju jew qabel.
3.5 Kandidat li ma jirnexxilux igħaddi fl-oqsma ta’ studju
kollha u fl-essay ma jiġix mogħti Ċertifikat.
Publikazzjoni ta’ 
riżultati.
4. L-ismijiet tal-kandidati li għaddew jiġu ppubblikati f’ordni
alfabetiku fuq il-bord ta’ l-awiżi ta’ l-Università .
Applikabilità .
f’Ottubru 1990 jew wara.
