KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. ġ L.S.327.210 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.210
REGOLAMENTI TAL-KORS
GĦALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE IN 
EDUCATION - P.G.C.E.
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 279 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Certificate in Education - P.G.C.E.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ Studji" tfisser il-Bord ta’ Studji maħtur mis-Senat
għall-kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-Postgraduate Certificate in Education -
P.G.C.E.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Postgraduate
Certificate in Education - P.G.C.E.
L-Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
L-Eliġibilità ’ għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
ir-rekwiżiti għad-dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 10(1) u jissodisfaw ir-rekwiżiti
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwżżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Il-Bord għandu jħabbar l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni
offruti kif approvati mis-Senat, li normalment ikunu s-suġġetti
mgħallma fil-kurrikulu tal-livell sekondarju, qabel il-bidu ta’ kull
kors. L-oqsma ta’ speċjalizzazjoni jiġu offruti skond ir-riżorsi li
jkun hemm u n-numru ta’ applikanti li jagħżluhom. L-applikanti
għandhom jindikaw il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni li jixtiequ bħala
l-qasam ta’ tagħlim tagħhom meta japplikaw.
(3) Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors, l-
applikanti għandu jkollhom:
(a) jew grad bl-Unuri, jew grad ordinarju b’ta’ l-anqas
Kategorija II, fiż-żewġ każijiet b’minimu ta’ 30 kredtu
2 L.S.327.210 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E.
fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni magħżul bħala l-qasam
ta’ tagħlim; u
(b) ghall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2002 jew wara, il-
European Computer Driving License; jew
(ċ) kwalifiki oħra li l-Bord jikkunsidra ekwivalenti għal
dawk mitluba fil-pargrafi (a) u (b) miksuba mill-
Università , jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-
Senat għal dan il-għan.
(4) L-applikanti għandhom jissodisfaw lill-Bord li għandhom
id-disposizzjoni neċessarja u jistgħu jkunu mitluba jattendu ghal
intervista għal dan il-għan.
(5) Barra mill-kwalifiki mitluba fis-subregolament (3), l-
applikanti li jagħżlu l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni li ġejjin għandu
jkollhom ukoll kredti fl-oqsma ta’ studju indikati jew f’oqsma ta’
studju oħra kif approvat mill-Bord ta’ l-Istudji:
(a) għall-Business Studies: minimu ta’ 15-il kredtu fil-
livell ta’ l-ewwel grad f’kull waħda minn żewġ oqsma
ta’ studju li ġejjin: Accountancy, l-Ekonomija,
Banking and Finance, u Management;
(b) ghall-Computing and Information Technology: minimu
ta’ 30 kredtu fil-livell ta’ l-ewwel grad fil-Computer
Science Information Systems u Computer/
Communications Engineering, li għandhom jinkludu
taqsimiet studju fl-oqsma li ġejjin li huma meħtieġa
biex jgħallmu s-suġġett, fl-iskejjel sekondarji: il-
Programming f’livell għola minn dak introduttorju fil-
Pascal, C jew (C++) jew Java, Computer Logic,
Computer Architecture and Assembly Language
Programming, Database Management Systems,
Systems Analysis and Design, Data Structures and
Algorithms, Compiling Techniques, u Operating
Systems;
(ċ) għall-Personal and Social Education: minimu ta’ 15-il
kredtu fil-livell ta’ l-ewwel grad jew fil-Filosofija jew
fis-Soċjoloġija jew fil-Psikoloġija Soċjali jew fi tnejn
minn dawn l-oqsma;
(d) għas-Science: minimu ta’ 15-il kredtu fil-livell ta’ l-
ewwel grad f’kull waħda miż-żewġ oqsma ta’ studju li
ġejjin: il-Bioloġija, il-Kimika, il-Fiżika, u l-
Matematika;
(e) ghas-Social Studies:
jew (i) l-ewwel grad b’minimu ta’ 30 kredtu
f’wieħed mill-oqsma ta’ studju li ġejjin: l-
International Relations, il-Public Policy, jew is-
Soċjoloġija;
jew (ii) minimu ta’ 30 kredtu fil-livell ta’ l-
ewwel grad jew l-ekwivalenti fi tnejn mill-
oqsma ta’ studju li ġejjin: l-Antropoloġija,
Communication Studies, l-Ekonomija, l-Istorja,
Human Geography, ix-Xjenza Politika, il-
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. ġ L.S.327.210 3
Filosofija Soċjali jew il-Psikoloġija Soċjali jew
f’xi qasam ieħor ikkunsidrat relatat mill-Bord
ta’ l-Istudji; u
(f) għat-Technical Subjects: l-ewwel grad b’minimu ta’
30 kredtu fi tnejn mill-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Electrical Engineering, Electronics, Mechanical
Engineering, jew f’xi qasam ieħor ikkunsidrat relatat
mill-Bord ta’ l-Istudji.
Il-kors ta’ l-istudji.
Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtawwlu ż-żmien ta’ l-istudji
tagħhom b’mhux aktar minn sena oħra.
(2) Il-kors għandu jkun magħmul mill-komponenti li ġejjin li
għalihom huma assenjati 30 kredtu:
(a) taqsimiet studju li għalihom huma assenjati 15-il
kredtu fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Foundation Studies in Education (including
Educational Psychology, Philosophy of
Education, Sociology of Education, and an
Options Programme)
Pedagogy and Curriculum Studies
Resources and Information and Communication
Technology in Education (RICTE);
(b) kredtu ghal kull waħda mill-erba’ karti ta’ l-eżamijiet
fl-Educational Psychology, Philosophy of Education,
Sociologv of Education, u Pedagogy and Curriculum
Studies;
(ċ) l-esperjenza fl-iskola (2 kredti) u l-esperjenza ta’
tagħlim (5 kredti); u
(d) l-essay twil/proġett (4 kredti).
(3) Il-Bord jistipula liema suġġett fil-qasam tal-Pedagogy and
Curriculum Studies u liema taqsimiet studju l-istudenti għandhom
jieħdu sabiex itemmu l-programm tal-kors xieraq. It-taqsimiet
studju li għandhom jittieħdu f’kull każ għandhom ikunu
determinati mill-Bord ta’ l-Istudji qabel il-bidu tal-kors.
L-esperjenza fl-
iskola.
6. (1) L-istudenti għandhom jagħmlu tliet perijodi ta’
esperjenza fl-iskola matul il-kors sabiex isiru midħla mad-dinja ta’
l-iskola u tal-klassi.
(2) L-esperjenza fl-iskola tkun valutata skond l-iskema ta’ l-
iggradar indikata fir-regolament 10(2).
Esperjenza ta’ 
tagħlim.
7. (1) L-istudenti għandhom jagħmlu żewġ perjodi ta’ sitt
ġimghat-il wieħed ta’ esperjenza ta’ tagħlim fi skejjel sekondarji
matul il-kors sabiex jiksbu esperjenza fil-klassi.
(2) L-esperjenza ta’ tagħlim tkun valutata fuq bażi ta’ Għadda/
Weħel.
L-essay twil/
proġett.
8. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil li
għandu jiffoka fuq problema jew issue edukattiva jew fil-qasam tal-
Foundation Studies in Education jew fil-Pedagogy and Curriculum
Studies, jew proġett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti mill-
4 L.S.327.210 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E.
Bord ta’ l-Istudji. L-essay twil għandu jkun ta’ mhux aktar minn
8000 kelma (esklużi l-appendiċi) jew mhux anqas minn 12000
kelma jekk miktub minn aktar minn persuna waħda.
(2) L-essay twil/proġett għandu jkun valutat skond l-iskema
ta’ l-iggradar indikata fir-regolament 10(2). L-istudenti jistgħu
jkunu mitluba jattendu għal eżami viva voce.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew huma meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u
l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-valutazzjoni. 10. (1) L-istudenti jissodisfaw ir-rekviżiti għall-ghoti taċ-
Ċertifikat jekk jiksbu:
(a) 14-il kredtu għal taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju
indikati fir-regolament 5(2)(a), li jinkludu dawk
assenjati għat-taqsimiet studju obbligatorji;
(b) 4 kredti għal erba’ karti ta’ l-eżamijiet (kredtu kull
waħda) fl-oqsma ta’ studju indikati fir-regolament
5(2)(b);
(ċ) iż-2 kredti assenjati għall-esperjenza fl-iskola u l-5
kredti assenjati għat-teaching practice; u
(d) l-4 kredti assenjati għall-essay twil/proġett.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: :A, B, Ċ, D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmunia għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: xogħol matul il-kors, u valutazzjonijiet prattiċi, bil-
miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari darba biss. Il-valutazzjonijiet
supplimentari għandhom isiru bi ftehim mal-lettur ikkonċernat. Fil-
valutazzjonijiet supplimentari, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa
l-grad D.
(4) L-istudenti li jeħlu fl-esperjenza fl-iskola jew fl-esperjenza
ta’ tagħlim ikunu meħtieġa jirrepetuhom darba waħda biss meta
jkun possibbli. L-istudenti li jeħlu fl-essay twil/proġett ikunu
mitluba jerġgħu jissottomettuh darba biss waqt sena addizzjonali
ta’ studji.
(5) L-istudenti li jeħlu f’xi karta ta’ l-eżami għandu jkollhom
eżami supplimentari darba biss. L-eżamijiet supplimentari
għandhom isiru f’Settembru. Fl-eżamijiet supplimentari, l-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(6) L-istudenti li jeħlu mill-kors ma jitħallewx jirreġistraw
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
CERTIFICATE IN EDUCATION - P.G.C.E. ġ L.S.327.210 5
għalih għat-tieni darba.
L-għoti taċ-
Ċertifikat.
11. (1) L-istudenti li jissodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni kif
stipulati fir-regolament 10(1) ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-
Ċertifikat.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu għandhom ikunu
ippubblikati f’lista f’ordni alfabetiku.
