KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN TECHNOLOGY EDUCATION ġ L.S.327.211 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.211
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN TECHNOLOGY EDUCATION
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 282 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Technology Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji’ tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur ghall-
kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser is-Certificate in Technology Education; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għas-Certificate in
Technology Education.
Applikabilità .
jibdew f ‘Ottubru 2001 jew wara.
Eliġibilità  għaċ-
Certifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-ghoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji u jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 6(1); u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti,
regolamenti u ordinatnenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Id-dħul għall-kors.
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti
regolari kif stipulat fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ;
(b) qed isetvu jew servew bħala għalliema/instructor fuq
l-istaff ta’ xi skola;
(ċ) ghandhom minimu ta’ sena esperjenza fit-tagħlim;
(d) jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Istudji li għandhom l-isfond
u d-disposizzjoni neċessarji sabiex isegwv l-kors
b’suċċess; u
(e) jkunu nominati mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u
jkunu aċċettati mill-Università  sabiex jirreġistraw
ghall-kors skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
It-tul tal-kors.
F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors
f’mhux aktar minn sentejn.
2 L.S.327.211 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN TECHNOLOGY EDUCATION
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors jikkonsisti mit-taqsimiet studju obbligatorji li
ġejjin, għal liema total ta’ 15-il kredtu huwa assenjat:
Proġett Kurrikulari 4 kredti
Metodi ta’ Produzzjoni 4 kredti
Teknoloġija ta’ l-Ikel 3 kredti
Design and Make in Teams 4 kredti.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, t-titolu, d-
deskrizzjoni, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju u l-metodu
ta’ valutazzjoni (normalment permezz ta’ xogħol matul il-kors, li
jista’ jinkludi assenjamenti bil-miktub, assenjamenti design and
make, u/jew eżami fi tmiem it-taqsima studju), għandu jiġi
ppubblikat mill-Bord qabel il-bidu tal-kors, wara l-approvazzjoni
tas-Senat.
Il-valutazzjoni. 7. (1) Matul il-kors, l-istudenti jiġu valutati għat-taqsimiet
studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ u D. F tindika li wieħed weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi komponent tal-valutazzjoni ta’
taqsima studju għandhom jitħallew jerġgħu jissottomettu l-
assenjament/i tagħhom, jew joqoghdu għal eżami supplimentari fis-
sessjoni ta’ eżamijiet li jkun imiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li
jistgħu jingħataw huwa l-grad D. Jekk jerġgħu jeħlu, l-istudenti
jiġu mitluba jirtiraw mill-kors.
L-attendenza. 9. L-attendenza regolari għat-taqsimiet studju kollha tal-kors
hija obbligatorja. Fil-każ ta’ assenza għal raġuni li l-Bord tal-
Istudji jikkonsidra valida, il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli lill-
istudenti jkomplu l-kors sakemm isiru arranġamenti alternattivi
sabiex huma jpattu għal konferenzi li tilfu.
Ir-riżultat finali. 10. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fl-erba’ taqsimiet studju, li jingħataw piż skond in-numru
ta’ kredti assenjati għal kull waħda.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
