KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - 
M.A. - IN EDUCATIONAL AND CAREER GUIDANCE ġ L.S.327.212 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.212
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN EDUCATIONAL AND 
CAREER GUIDANCE
6 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 283 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in Educational and
Career Guidance.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfissser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-
Senat għall-kors;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in
Educational and Career Guidance;
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Arts - M.A. - in Educational and Career Guidance;
"is-Senat" tfisser is-Senat ta’ l-Università  ;
"l-Università " tfisser l-Università  ta’ Malta; u
"l-universitajiet parteċipanti" tfisser l-Università  ta’ Calabria u l-
Università ’ ta’ San Pio V li jipparteċipaw fit-tagħlim għal dan il-
kors bi ftehim ma’ l-Università .
L-applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2000, jew wara.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. Il-kors għndu jkun amministrat minn Bord ta’ l-Istudji
maħtur mis-Senat, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord, wara
konsultazżjoni ma’ l-Universitajiet parteċipanti.
L-eliġibilità  għall-
Grad.
4. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u għandhom
il-kwalifiki ghad-dħul stipulati fir-regolament 5;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 9, u jissodifaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Il-kwalifiki għad-
dħul.
5. L-applikanti għad-dħul fil-kors, li għandhom ikollhom
ħakma ta’ l-ilsien Ingliż, għandhom ikollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(a) grad ta’ Bachelor f’qasam ikkunsidrat rilevanti mill-
Bord; jew
2 L.S.327.212 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - 
M.A. - IN EDUCATIONAL AND CAREER GUIDANCE
(b) kwalifika ekwivalenti minn l-Università  ta’ Malta jew
minn xi università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal
dan il-għan.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
6. L-applikanti li jixtiequ jirreġisttaw għall-kors għandhom
japplikaw fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
Reġistrazzjoni għal 
taqsimiet studju.
7. Mad-dħul fil-kors, l-istudenti għandhom jirreġistraw għal
għadd xieraq ta’ taqsimiet studju, kif indikat fir-regolament 9(a).
It-tul tal-kors. 8. Il-kors jinfirex fuq sena akkademika ta’ studju u riċerka
fuq bażi full-time. F’ċirkostanzi speċjali, l-Bord jista’ jħalli lill-
istudenti jtawlu l-perijodu ta’ studju sa sitt xhur oħra.
Il-kors ta’ l-istudji. 9. Il-kors ikun offrut f’oqsma ta’ studju marbuta ma’ l-
Educational and Career Guidance kif stabbilit mill-Bord, u għandu
jkun magħmul minn tliet komponenti mgħallma li jikkonsistu fi:
(a) taqsimiet studju, li għalihom 24 kredtu huma assenjati,
fl-oqsma ta’ studju tal-Metodoloġija u l-Pedagoġija
Edukattiva (Scienza dell’Educazione: Metodologia e
Didattica), ix-Xjenza tal-Komunikazzjoni (Scienza
dell’Informazione e della Communicazione), il-
Marketing u l-Ekonomija (Marketing ed Economia) u
l-Ilsna Ewropej (Lingue Comunitarie), li jsiru f’waħda
mill-universitajiet parteċipanti;
(b) taqsimiet studju, li ghalihom 7 kredti huma assenjati,
fil-qasam ta’ l-Educational and Career Guidance li
jsiru l-Università;
(ċ) essay twil, li ghalih kredtu huwa assenjat; u
(d) taqsimiet studju, li għalihom 7 kredti huma assenjati,
fil-profiċjenza fl-Ingliż, li jsiru l-Univeisità .
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
10. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-kodiċi, t-titolu,
u d-deskrizzjoni ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull
taqsima studju, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord
għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
11. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
ta’ l-Istudji jqis xieraq: assenjamenti u/jew eżamijiet bil-miktub.
Valutazzjoni mill-
ġdid.
12. L-istudenti li jeħlu f’xi taqsitna studju b’marka ta’ mhux
anqas minn erbgħin fil-mija (40%) tal-marki ta’ valutazzjoni f’dak
il-qasam ta’ studju għandhom jerġgħu ikunu valutati mill-ġdid f’xi
wieħed jew fil-komponenti kollha tal-valutazzjoni. Jekk jgħaddu, l-
ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
L-essay twil. 13. (1) L-istudenti għandhom jippreżentaw proposta bil-
miktub għall-essay twil fit-tieni semestru tal-kors.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - 
M.A. - IN EDUCATIONAL AND CAREER GUIDANCE ġ L.S.327.212 3
(2) L-essay twil, li għandu jkun ta’ bejn is6000 u t-8,000
kelma, għandu jkun sottomess sa mhux aktar tard mit-tmiem tat-
tieni semestru.
(3) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lill-istudenti
estensjoni taż-żmien biex jippreżentawh wara dak imsemmi fis-
subregolament (2), bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament
8.
(4) L-istudenti li l-essay twil tagħhom ikun irrifjutat jew li l-
korrezzjonijiet jew il-kitba mill-ġdid ikunu kkunsidrati inadegwati
jew dawk li ma jippreżentawx l-essay twil tagħhom fiż-żmien
speċifikat, ma jingħatawx il-Grad.
Il-klassifikazzjoni 
u l-għoti tal-Grad.
14. Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fit-taqsimiet studju u fl-essay twil.
Klassifikazzjoni.
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
