KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
M.B.A. - EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
EXECUTIVE M.B.A.- U EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE M.B.A. (E-BUSINESS) ġ L.S.327.213 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.213
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - M.B.A. - 
EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION - EXECUTIVE M.B.A.- U 
EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE 
M.B.A. (E-BUSINESS)
18 ta’ Diċembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 304 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviż Legali 55 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Business Administration - M.B.A. -
Executive Master of Business Administration - Executive M.B.A. - u
Executive Master of Business Administration (e-Business) -
Executive M.B.A. (e-Business).
(2) F’dawn ir-regolamenti kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xorx’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Economics,
Management u Accountancy;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Business Administration -
Dip. B.A. - jew id-Diploma in Business Administration (e-Business)
- Dip. B.A. (e-Business); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’
Master of Business Administration - M.B.A. - għal-grad ta’
Executive Master of Business Administration - Executive M.B.A. -
jew għall-grad ta’ Executive Master of Business Administration (e-
Business) - Executive M.B.A. (e-Business), kif xieraq.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2001.
3. (1) L-applikanti li jridu jidħlu fil-kors li jwassal għall-grad
ta’ Master of Business Administration għandu jkollhom:
(a) grad ta’ Bachelor fil-Commerce jew fl-Accountancy
b’mill-anqas it-tieni klassi bl-unuri minn l-Università
ta’ Malta jew kwalifika ekwivalenti; jew
(b) grad ta’ Bachelor minn università  rikonoxxuta għal
dan il-għan mis-Senat, sakemm l-applikanti:
(i) fl-opinjoni tal-Kumitat għad-Dħul tal-Fakultà
jistgħu jsegwu l-kors bi profitt; u
(ii) jkunu temmew b’suċċess kors ta’ tranSizzjoni li
jinfirex fuq sena qabel jidħlu fil-kors.
(2) L-applikanti li jridu jidħlu fil-kors li jwassal għall-grad ta’
Master of Business Administration ma jistgħux ikunu impjegati fuq
bażi full-time matul l-Ewwel Parti tal-kors.
2 L.S.327.213 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
M.B.A. - EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
EXECUTIVE M.B.A.- U EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE M.B.A. (E-BUSINESS)
Kors li jwassal 
għall-grad ta’ 
Executive Master 
of Business 
Administration jew 
Executive Master 
of Business 
Administration (e-
Business).
4. (1) L-applikanti li jridu jidħlu fil-kors li jwassal għall-grad
ta’ Executive Master of Business Administration jew Executive
Master of Business Administration (e-Business) għandu jkollhom:
(a) grad ta’ Bachelor f’qasam relatat b’mill-anqas
Kategorija II minn l-Università  ta’ Malta jew minn
università  rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat; jew
(b) grad ta’ Bachelor fil-Business and Computing b’mill-
anqas Kategorija II jew grad ta’ Bachelor of
Engineering (Honours) b’mill-anqas it-tieni klassi
minn l-Università  ta’ Malta; jew
(ċ) grad jew kwalifika professjonali rikonoxxuti għal dan
il-għan mis-Senat, flimkien ma’ mill-anqas erba’ snin
esperjenza ta’ xogħol f’pożizzjoni maniġerjali; jew
(d) ’il fuq minn tmienja u għoxrin sena, b’mill-anqas erba’
snin esperjenza ta’ xogħol f’pożizzjoni maniġerjali,
sakemm ikunu kkunsidrati mill-Bord għad-Dħul ta’ l-
Università , fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għad-
Dħul tal-Fakultà  u tal-Bord, li għandhom il-kwalifiki
akkademiċi, it-taħriġ, it-tagħrif, il-kapaċitajiet u l-
esperjenza meħtieġa biex isegwu l-kors bi profitt.
(2) L-applikanti li jkunu aċċettati għall-kors skond ir-
regolament 4(a),(ċ) u (d) u jixtiequ jispeċjalizzaw fl-e-Business
għandhom jissodisfaw lill-Bord li għandhom il-kwalifiki u l-
esperjenza meħtieġa biex isegwu l-kors bi profitt.
Il-kors ta’ 
transizzjoni.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2001.
5. (1) L-applikanti li jridu jidħlu skond ir-regolament 3(1)(b),
u skond ir-regolament 4, jkunu meġtieġa jtemmu b’suċċess kors ta’
transizzjoni qabel jidħlu f’xi wieħed mill-korsijiet, ħlief jekk mhux
stipulat mod ieħor mill-Bord f’dawk il-każijiet meta l-applikanti
jkunu segwew korsijiet simili fil-kontenut għall-kors ta’
transizzjoni.
(2) Il-kors ta’ transizzjoni, li jinfirex fuq sena ta’ studju fuq
bażi full-time, għandu jkun maħsub biex jiżgura li l-istudenti jilħqu
l-livell meħtieġ għad-dħul f’wieħed mill-korsijiet.
(3) Fil-każ tal-kors ta’ transizzjoni, il-Bord jista’ japprova t-
trasferiment ta’ taqsimiet studju mitmuma b’suċċess f’kors ieħor,
sakemm dawn ikunu simili fil-kontenut u fil-livell.
(4) Studenti li jeħlu wara valutazzjoni mill-ġdid f’taqsima ta’
studju fil-kors tat-transizzjoni jistgħu jitħallew jgħaddu
proviżorjament għall-Ewwel Parti tal-kors u jerġgħu jsegwu u
jkunu valutati fih darb’oħra biss. Jekk ma jgħaddux, dawn l-
istudenti ma jitħallewx ikomplu l-kors.
(5) Studenti li wara valutazzjoni mill-ġdid jeħlu f’żewġ oqsma
ta’ studju jew aktar tal-kors ta’ transizzjoni ma jitħallewx ikomplu
l-kors.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi
full-time jew l-ekwivalenti tagħhom fi studju fuq bażi part-time.
(2) Il-kors għall-Executive Master of Business Administration
u għall-Executive Master of Business Administration (e-Business)
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
M.B.A. - EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
EXECUTIVE M.B.A.- U EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE M.B.A. (E-BUSINESS) ġ L.S.327.213 3
ikun offrut biss fuq bażi part-time.
(3) Kwalunkwe perijodu ta’ studju fuq bażi part-time għandu
normalment ikun ekwivalenti għal nofs il-perijodu meħtieġ għal
studju fuq bażi full-time.
(4) L-istudenti jistgħu jitħallew mill-Bord itemmu l-kors fi
żmien 30 xahar ta’ studju fuq bażi full-time jew 48 xahar ta’ studju
fuq bażi part-time wara li jirreġistraw.
Disposizzjonijiet 
speċjali għall-
korsijiet offruti fil-
Link Campus ta’ l-
Università  ta’ 
Malta, stabbilita 
f’Ruma, l-Italja.
7. Il-Bord jista’ japprova li studenti li jsegwu l-kors tal-
Master of Business Administration fil-Link Campus, Ruma, l-Italja
jtemmu l-kors f’perijodu iqsar minn dak indikat fir-regolament 6(1)
u (3), sakemm isiru provvedimenti adekwati biex l-istudenti
jagħmlu l-kors ta’ studju kollu fil-perijodu iqsar.
Il-kors ta’ l-istudji.
Parti u t-Tieni Parti. Għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju, li
għalihom huma assenjati mhux anqas minn 25 kredtu, u
dissertazzjoni, li għaliha huma assenjati 6 kredti.
(2) Katalogu tat-taqsimiet studju offruti matul il-kors, li juri t-
taqsimiet studju obbligatorji u dawk li għandhom jittieħdu qabel
oħrajn, il-kredti assenjati għal kull waħda u l-ordni li fih għandhom
jittieħdu, għandu jkun approvat mis-Senat, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord, u ghandu jkun ippubblikat qabel il-
bidu ta’ kull kors.
L-Ewwel Parti tal-
kors.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2001.
9. (1) L-Ewwel Parti tal-kors tinftrex fuq żewġ semestri, li
matulhom l-istudenti għandhom isegwu taqsimiet studju magħżula
mill-oqsma ta’ studju li ġejjin, kif mitlub mill-Bord:
L-Ewwel Stadju:
(a) Accounting and Finance
(b) Organisational Behaviour
(ċ) Management Information Systems
(d) Operations Management
(e) Human Resource Management
(f) Marketing Management
(g) Information Systems Management
(h) e-Commerce and e-Programming
(i) Service Management
It-Tieni Stadju:
(a) Managing Strategy
(b) Research Methods (Qualitative and Quantitative)
(ċ) (i) għall-MBA u ghall-Executive MBA: Tliet
taqsimiet studju magħżula minn dawn li ġejjin:
Advanced Marketing Management, Advanced
Human Resource Management, Project
Management and Tourism Management jew xi
taqsimiet studju oħra li l-Bord jista’ jindika
minn żmien ghall-żmien;
4 L.S.327.213 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
M.B.A. - EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
EXECUTIVE M.B.A.- U EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE M.B.A. (E-BUSINESS)
(ii) għall-Executivc MBA (e-Busincss): Tliet
taqsimiet studji fil-qasam ta’ l-e-Business.
(2) Sabiex itemmu l-Ewwel Parti tal-kors u jkomplu għat-Tieni
Parti, l-istudenti għandhom:
(a) jiksbu minimu ta’ 24 kredtu, li jinkludu l-kredti għat-
taqsimiet studju obbligatorji u għal dawk li għandhom
jittieħdu qabel taqsimiet studju oħrajn f’kull waħda
mill-oqsma ta’ studju speċifikati fis-subregolament
(1); u
(b) jgħaddu mill-eżami bil-miktub li jsir fl-aħħar ta’ l-
Ewwel Parti kif speċifikat fir-regolament 11.
It-Tieni Parti tal-
kors.
10. (1) It-Tieni Parti tinfirex fuq it-tielet semestru li matulu l-
istudenti jkunu meħtieġa jissottomettu dissertazzjoni ta’ mhux
anqas minn 15,000 kelma u mhux aktar minn 25,000 kelma. 6
kredti huma assenjati għad-dissertazzjoni. Fil-każ ta’ l-M.B.A. (e-
Business), id-dissertazzjoni normalment tinkludi komponent
prattiku.
(2) L-istudenti għandhom jissottomettu s-suġġett tad-
dissertazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-anqas
xahrejn qabel it-tmiem ta’ l-Ewwel Parti tal-kors.
(3) Wara l-approvazzjoni tas-suġġett tad-dissertazzjoni, il-
Bord għandu:
(a) jaħtar tutur sabiex imexxi u jagħmel superviżjoni tax-
xogħol ta’ l-istudenti; u
(b) jirrakkomanda lis-Senat il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi,
magħmula minn tliet membri, biex jeżaminaw id-
dissertazzjonijiet.
(4) Id-dissertazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi għall-
eżami sa l-aħħar tat-tielet semestru tal-kors, sakemm l-istudenti ma
jinghatawx permess biex jissottomettuhom aktar tard kif permess
mid-disposizzjonijiet tar-regolament 6(4).
L-eżami. 11. (1) L-istudenti li jiksbu l-għadd ta’ kredti indikat fir-
regolament 9(2)(a) ikunu eliġibbli biex jagħmlu l-eżami bil-miktub
li jsir fl-aħħar ta’ l-Ewwel Parti tal-kors.
(2) L-eżami bil-miktub jikkonsisti f’ħames karti.
(3) Studenti li jeħlu f’mhux aktar minn żewġ karti ta’ l-eżami
bil-miktub jitħallew jersqu għas-sessjoni riparatorja ta’ l-eżamijiet
fil-karta/i li fihom weħlu. Logħla grad li jista’ jingħata fis-sessjoni
riparatorja huwa grad D. L-istudenti li jeħlu fi tliet karti jew aktar
fl-ewwel sessjoni jew jeħlu f’xi karta fis-sessjoni riparatorja ma
jitħallewx ikomplu għat-Tieni Parti tal-kors.
Diploma. 12. L-istudenti li mhumiex eliġibbli biex ikomplu għat-Tieni
Parti tal-kors jistgħu jingħataw id-Diploma jekk huma jkunu kisbu
minimu ta’ 20 kredtu (inklużi dawk għal xi taqsimiet studju
obbligatorji jew li għandhom jittieħdu qabel xi taqsimiet studju
minnhom) u jekk huma jgħaddu minn eżami viva voce.
Progress. 13. (1) It-taqsimict studju, il-karti ta’ l-eżami u d-
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
M.B.A. - EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS ADMINISTRATION - 
EXECUTIVE M.B.A.- U EXECUTIVE MASTER OF BUSINESS 
ADMINISTRATION (E-BUSINESS) - EXECUTIVE M.B.A. (E-BUSINESS) ġ L.S.327.213 5
dissertazzjoni jingħataw il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla grad:
A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li wieħed weħel.
(2) L-istudenti li ma jiksbux kredtu għal taqsima studju jistgħu
jitħallew ikunu valutati mill-ġdid darba biss. L-ogħla grad li jista’
jingħata fil-valutazzjoni mill-ġdid huwa grad D.
(3) L-istudenti għandhom jgħaddu mill-eżami bil-miktub li jsir
fl-aħħar ta’ l-Ewvel Parti u għandhom jgħaddu mid-dissertazzjoni
fl-aħħar tat-Tieni Parti sabiex jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad.
Ir-riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, fl-eżami u fid-dissertazzjoni.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Master of Business Administration jew tal-grad ta’
Executive Master of Business Administration jew tal-grad ta’
Executive Master of Business Administration (e-Business)
għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
