KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR IN CONSERVA-
TION AND RESTORATION STUDIES (HONOURS) - 
B.CONS. (HONS) ġ L.S.327.214 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.214
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR IN CONSERVATION AND RESTORATION 
STUDIES (HONOURS) - B.CONS. (HONS)
18 ta’ Diċembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 305 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor in Conservation and Restoration
Studies (Honours) - B.Cons. (Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord Akkademiku" tfisser il-Bord Akkademiku ta’ l-Institute
for Conservation and Restoration Studies tal-Malta Centre for
Restoration;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-kors
maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Akkademiku;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor in Conservation and
Restoration Studies (Honours) - B.Cons. (Hons);
"l-Institute" ifisser l-Institute for Conservation and Restoration
Studies tal-Malta Centre for Restoration;
"il-kors" tfisscr il-kors ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor in Conservation and Restoration Studies (Honours) -
B.Cons. (Hons); u
"is-Senat" tfisser is-Senat ta’ l-Università  ta’ Malta.
Applikabilità .
2001 ’il quddiem, sakemm l-istudenti li ddaħħlu fil-kors mill-
Institute minn Ottubru 1999 jiddaħħlu fil-kors skond ir-regolamenti
8.1 u 8.1.1 tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u
jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors stipulati fir-
regolament 5;
(b) itemmu l-kors ta’ studju xieraq, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 11, jgħaddu mill-eżami
sinottiku u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Dħul u rekwiżiti 
speċjali għall-kors.
4. L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw għall-
kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju
2 L.S.327.214 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR IN CONSERVA-
TION AND RESTORATION STUDIES (HONOURS) - 
B.CONS. (HONS)
tar-Reġistratur. L-applikanti għandhom jindikaw l-għażla tagħhom
ta’ waħda mill-oqsma ta’ studju indikati fir-regolament 8.
Rekwiżiti għad-
dħul.
5. (a) Minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti Ġenerali għad-dħul
fl-Università , l-applikanti jridu jkunu:
(i) fis-sena 2002: għaddew mill-eżami ta’ l-
edukazzjoni sekondarja bi grad 5 jew aħjar
f’wieħed mis-suġġetti li ġejjin: l-Arti, il-Kimika,
l-Environmental Studies, l-Istorja;
(ii) mis-sena 2003 ’il quddiem: għaddew fil-Livell
Avanzat ta’ l-eżami għaċ-Ċertifikat tal-
Matrikola fil-Kimika bi grad D jew aħjar; u
(b) għaddew minn eżami għad-dħul organizzat mill-
Institute, li jkun maħsub sabiex iqis id-disposizzjoni
manwali w intellettwali ta’ l-applikanti u, b’mod
partikolari, il-kapaċità  tagħhom biex isegwu l-qasam
ta’ studju li għażlu bi profitt.
Għadd ta’ 
applikanti u 
postijiet.
6. (1) Il-Bord Akkademiku għandu jirrakkomanda lis-Senat
il-qasam/l-oqsma ta’ studju li għandhom ikunu offruti kull sena u l-
għadd ta’ applikanti li jistgħu jirreġistraw għal kull qasam ta’
studju fil-kors, skond ir-riżorsi disponibbli. L-għadd ta’ postijiet
disponibbli għandu jitħabbar meta toħroġ is-sejħa għall-
applikazzjonijiet.
(2) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli mill-għadd ta’
postijiet offruti, l-applikanti jkunu magħżula skond il-livell milħuq
minnhom fl-eżami għad-dħul. L-Institute ma huwiex marbut li
jimla l-postijiet offruti kollha, jekk, wara r-riżultati ta’ l-eżami
ghad-dħul, ma jkunx hemm applikanti eliġibbli biżżejjed biex
jimtlew il-postijiet kollha.
Eżami għad-dħul. 7. (1) L-applikanti kollha huma meħtieġa joqogħdu għall-
eżami għad-dħul li għandu jsir kull sena jew fid-dati determinati
mill-Bord Akkademiku fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji.
(2) L-eżami għad-dħul għandu normalment jikkonsisti minn
test ta’ line drawing, u test tal-kapaċità  manwali u test tad-
disposizzjoni akkademika li jikkonsistu minn eżamijiet bil-miktub
u orali. Sabiex jgħaddu, l-applikanti huma meħtieġa jgħaddu mill-
komponenti kollha ta’ l-eżami għad-dħul, li jingħatalhom l-istess
piż. Il-mistoqsijiet isiru u għandhom jitwieġbu bl-Ingliż.
(3) Il-karti ta’ l-eżami għad-dħul għandhom isiru minn
eżaminaturi maħtura mill-Bord ta’ l-Istudji.
Oqsma ta’ studju. 8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 6, l-
oqsma ta’ studju offruti fil-kors normalment ikunu dawn li ġejjin:
Qasam ta’ Studju A - Paintings and Polychrome
Sculpture
Qasam ta’ Studju B - Ċeramika, Ħġieġ, Metall u Ġebel
Qasam ta’ Studju Ċ - Tessuti
Qasam ta’ Studju D -Kotba u Karta
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR IN CONSERVA-
TION AND RESTORATION STUDIES (HONOURS) - 
B.CONS. (HONS) ġ L.S.327.214 3
(2) L-istudenti meħtieġa jagħżlu wieħed minn dawn l-oqsma
ta’ studju.
(3) Dawn l-oqsma ta’ studju jkunu offruti skond ir-riżorsi
disponibbli u sakemm ikun hemm numru biżżejjed ta’ applikanti
kwalifikati.
Tul tal-kors.
bażi full-time. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli studenti jtemmu l-
kors f’sena żejda taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu jista’ jimponi.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jagħti lill-istudenti
estensjoni ta’ sena oħra, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-
Istudji.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji, jista’
jħalli studenti, għal raġuni tajba u valida, jissospendu l-istudji
tagħhom għal mhux aktar minn tnax-il xahar.
Reġistrazzjoni 
għall-kors.
10. (1) L-istudenti huma meħtieġa jirreġistraw qabel il-bidu
ta’ kull sena fil-perijodu stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-istudenti għandhom jinfurmaw bil-miktub lir-Reġistratur
jekk jirriżenjaw mill-kors, u jindikaw id-data tar-riżenja tagħhom.
Kors ta’ studju.
ġejjin, li għalihom total ta’ 120 kredtu huma assenjati:
(a) taqsimiet studju, li għalihom huma assenjati 113-il
kredtu; u 
(b) dissertazzjoni, li għaliha huma assenjati 7 kredti.
Dissertazzjoni.
jissottomettu dissertazzjoni, li għandha tinkludi parti prattika, ta’
bejn l-10,000 u t-12,000 kelma dwar suġġett approvat mill-Bord ta’
l-Istudji.
(2) Id-dissertazzjoni tkun immarkata skond l-iskema ta’ l-
iggradar indikata fir-regolament 14.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
13. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet
studju ghal kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-
livell, il-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima
studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet
studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew
meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’
tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jippubblika l-
katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Progress u 
valutazzjoni.
14. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D. F tindika li
wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati
(mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-
każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma
għandhom jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell
milħuq mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif
il-Bord ta’ l-Istudji jqis xieraq: xogħol matul il-kors, fieldwork, u
valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
4 L.S.327.214 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR IN CONSERVA-
TION AND RESTORATION STUDIES (HONOURS) - 
B.CONS. (HONS)
Taqsimiet studju 
obbligatorji.
15. (1) Sabiex ikomplu għas-sena li jmiss tal-kors, l-istudenti
għandhom jiksbu 30 kredtu, inklużi dawk għat-taqsimiet studju li
huma indikati bħala obbligatorji mill-Bord ta’ l-Istudji. It-taqsimiet
studju prattiċi kollha huma obbligatorji.
(2) L-istudenti li ma jiksbux it-30 kredtu meħtieġa biex
ikomplu għas-sena li jmiss tal-kors ikunu meħtieġa jirrepetu s-sena
ta’ studju meta terġa’ tkun offruta.
(3) Matul sena ripetuta, l-istudenti għandhom isegwu t-
taqsimiet studju indikati mill-Bord ta’ l-Istudji. Meta l-Bord ta’ l-
Istudji jeħtieġ lill-istudenti li jerġgħu jagħmlu taqsimiet studju li
għalihom ikunu diġà  kisbu kredtu matul is-sena li fiha weħlu, il-
grad miksub matul is-sena ripetuta għandu jkun użat għall-
klassifikazzjoni finali.
(4) Jekk ma jgħaddux wara sena ripetuta, dawn l-istudenti ma
jitħallewx ikomplu bil-kors.
Fieldwork. 16. Fit-Tieni u t-Tielet Sena l-istudenti jkunu meħtieġa
jagħmlu fieldwork fil-qasam ta’ studju tagħhom matul Lulju u
Settembru. Ħames kredti jkunu assenjati għal kull sessjoni ta’
fieldwork.
Eżamijiet 
riparatorji.
17. (1) L-eżamijiet riparatorji tat-taqsimiet studju normalment
isiru f’Settembru, ħlief li l-eżamijiet riparatorji tat-taqsimiet studju
li jsiru fl-ewwel semestru jistgħu jsiru fl-aħħar tat-tieni semestru.
Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni riparatorja ssir
b’arranġament mal-lettur ikkonċernat. F’kull valutazzjoni
riparatorja, l-ogħla grad li jista’jingħata huwa l-grad D.
(2) Ma għandhomx isiru valutazzjonijiet riparatorji għat-
taqsimiet studju prattiċi. L-istudenti li jeħlu fit-taqsimiet studju
prattiċi jkunu meħtieġa jirrepetu s-sena taħt dawk il-kondizzjonijiet
li l-Bord ta’ l-Istudji jista’ jimponi, u sakemm dan hu permess mid-
disposizzjonijiet tar-regolament 9.
(3) L-istudenti ma jitħallewx ikunu valutati mill-ġdid għall-
taqsima studju jekk ikunu diġà  ngħataw kredtu għaliha, sakemm ma
jkunux meħtieġa jerġgħu jagħmlu taqsima studju matul sena
ripetuta.
Trasferiment ta’ 
kredti.
18. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli studenti jittrasferixxu
kredti miksuba għal taqsimiet studju f’kors ta’ studju fl-Università
ta’ Malta jew f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta għal dan il-għan
mis-Senat, sakemm dawn it-taqsimiet studju jkunu jixbħu fil-
kontenut u fil-livell lil dawk offruti fil-kors. Mhux aktar minn nofs
l-għadd ta’ kredti meħtieġa għall-għoti tal-Grad jistgħu jkunu
trasferiti.
Eżami sinottiku. 19. L-istudenti jkunu eliġibbli biex joqogħdu għall-eżami
sinottiku jekk ikunu temmew it-taqsimiet studju u d-dissertazzjoni
li għalihom huma assenjati 120 kredtu, inklużi t-taqsimiet studju
obbligatorji kollha, sakemm it-taqsimiet studju magħżula matul l-
aħħar semestru ta’ l-aħħar sena jkunu meqjusa li tlestew jekk l-
istudenti jkunu rreġistraw għalihom, għandhom livell sodisfaċenti
ta’ attendenza, u għamlu l-valutazzjonijiet kollha assoċjati
magħhom.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR IN CONSERVA-
TION AND RESTORATION STUDIES (HONOURS) - 
B.CONS. (HONS) ġ L.S.327.214 5
L-eżami jsir 
f’Ġunju.
20. L-eżami sinottiku għandu jsir f’Ġunju ta’ l-aħħar sena u
għandu jikkonsisti fi tliet karti bil-miktub ta’ tliet siegħat-il waħda.
Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
Sessjoni riparatorja 
ta’ l-eżami 
sinottiku.
21. (1) L-istudenti li jeħlu fl-eżami sinottiku jkunu meħtieġa
jerġgħu jagħmlu l-karti kollha ta’ l-eżami sinottiku fis-sessjoni
riparatorja ta’ Settembru. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
(2) Jekk ma jgħaddux fis-sessjoni riparatorja ta’ l-eżami
sinottiku, l-istudenti jkunu meħtieġa jirrepetu s-sena taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Bord ta’ l-Istudji jista’ jimponi.
(3) Jekk, wara li jirrepetu l-aħħar sena tal-kors, l-istudenti
jibqgħu ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-għoti tal-Grad kif
stipulat fir-regolament 3, huma jkunu meqjusa li weħlu mill-kors
sakemm il-Bord ta’ l-Istudji, fid-diskrezzjoni tiegħu u wara li jqis
il-livell globali ta’ l-istudenti, ma jaqbilx li jagħti l-grad li Għadda
(mingħajr Unuri).
Riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, li jinkludu d-dissertazzjoni, u fl-
eżami sinottiku, li jingħataw il-piż kif ġej:
Taqsimiet Studju li jinkludu d-dissertazzjoni 80%
L-Eżami Sinottiku 20%.
(2) Għall-għan tas-subregolament (1) il-piż għat-taqsimiet
studju għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-medja globali tal-
kredti miksuba.
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kif ġej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri
Għadda (mingħajr Unuri).
