KORS GĦALL-POSTQUALIFICATION 
CERTIFICATE IN SOCIAL CARE ġ L.S.327.215 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.215
REGOLAMENTI TAL-KORS
GĦALL-POSTQUALIFICATION CERTIFICATE 
IN SOCIAL CARE
25 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 16 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postqualification Certificate in Social Care.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy,
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-
Senat għall-kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-Postqualification Certificate in Social
Care; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-
Postqualification Certificate in Social Care.
L-Applikabilità .
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
L-Eliġibilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati fil-kors ta’ studji, u temmew
b’suċċess il-kors ta’ studji kollu skond dawn ir-
regolamenti;
(b) itemmu t-taqsimiet studju xierqa u kisbu l-kredti
assenjati għal kull waħda minnhom; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti jkunu eliġibbli biex jidħlu fil-kors jekk
huma jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ikollhom grad fis-Social Work, fil-Psikoloġija jew fil-
Youth and Community Studies, jew ikollhom il-
Postgraduate Diploma in Social Work, flimkien ma’
minimu ta’ sena prattika fuq bażi full-time, jew l-
ekwivalenti tagħha, f’istituzzjoni rikonoxxuta mill-
Bord għal dan il-għan; jew
(b) ikollhom Diploma in Social Work jew Diploma in
Applied Social Studies (Social Work) jew kwalifika
professjonali ekwivalenti fix-xogħol soċjali, flimkien
ma’ minimu ta’ sena prattika fuq bażi full-time, jew l-
ekwivalenti tagħha, f’istituzzjoni rikonoxxuta mill-
Bord għal dan il-għan; u
2 L.S.327.215 ħ
KORS GĦALL-POSTQUALIFICATION 
CERTIFICATE IN SOCIAL CARE
(ċ) preżentement ikunu qed jipprattikaw il-professjoni.
(2) L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu studji
addizzjonali bħala pre-rekwiżiti, kif il-Bord ta’ l-Istudji jista’
jiddeċiedi f’kull każ, biex huma jkunu jistgħu jsegwu l-kors bi
profitt.
Il-kors ta’ studji. 5. (1) Il-kors ta’ studji jkun imfassal b’mod li jista’ jintemm
fi tliet semestri ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) Il-kors jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux
anqas minn ħmistax-il kredtu huma assenjati.
(3) It-taqsimiet studju jkunu offruti fl-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
(a) Xogħol mat-Tfal u l-Familji; u
(b) xi qasam speċjalizzat ieħor approvat mill-Bord għal
dan il-għan.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
6. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet
studju. Il-katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni
u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima
studju, liema taqsimiet studju huma obbligatorji, fakultattivi, jew li
għandhom jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’
tagħlim u valutazzjoni. Il-katalogu għall-kors għandu jkun
ippubblikat qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-
Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
7. (1) F’kull semestru tal-kors, l-istudenti jkunu valutati fit-
taqsimiet studju li saru matul dak is-semestru, skond il-kriterji
stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha, ir-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jistgħu jitħallew
ikunu valutati mill-ġdid f’dik it-taqsima studju darba biss. F’dawn
il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) F’ċirkostanzi speċjali, sakemm tkun ingħatat twissija
xierqa, il-Bord jista’ jirrakkomanda lis-Senat, fuq il-parir tal-Bord
ta’ l-Istudji, li student ma jitħalliex ikompli l-kors, jekk, fuq bażi
ta’ rapporti mil-letturi kkonċernati, il-Bord mhux sodisfatt li l-
istudent qed jagħmel il-progress mistenni.
L-għoti taċ-
Ċertifikat.
8. (1) L-istudenti jingħataw iċ-Ċertifikat jekk huma jiksbu
minimu ta’ ħmistax-il kredtu.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jtemmu l-kors b’suċċess ikunu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati bħala Għaddew.
