KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) IN SOCIAL ADMINISTRATION
OR IN SOCIAL WORK - B.A. (HONS) ġ L.S.327.216 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.216
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS (HONOURS) IN SOCIAL 
ADMINISTRATION OR IN SOCIAL WORK - 
B.A. (HONS)
25 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 19 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) in Social
Administration or in Social Work - B.A. (Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) in Social
Administration or in Social Work - B.A. (Hons); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad bis-Social
Administration jew bis-Social Work bħala qasam ewlieni ta’ studju,
l-istudenti għandhom:
(a) jirreġistraw għal, u jtemmu b’suċċess, il-kors ta’ studji
kollu skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
(b) jgħaddu mill-eżamijiet finali għall-Grad; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għar-
reġistrazzjoni.
4. (1) L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk huma
eliġibbli għad-dħul fl-Università  bħala studenti regolari skond id-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
(2) L-applikanti li jkollhom id-Diploma in Social Work ta’ l-
Università,  ta’ Malta jew kwalifika komparabbli f’qasam relatat
mas-Social Administration, jew mas-Social Work, jew li kisbu
kredti għal taqsimiet studju kkonsidrati mill-Bord bħala
ekwivalenti għal dawk fil-kors,jistgħu jitħallew mill-Bord
jittrasferixxu dawn il-kredti għall-Kors. Fi kwalunkwe każ, l-għadd
ta’ kredti ttrasferiti m’għandux jaqbeż terz mill-għadd ta’ kredti
speċifikat fir-regolament 8.
L-istruttura tal-
kors.
5. (1) Il-kors jikkonsisti f’żewġ partijiet.
(2) L-Ewwel Parti normalment tinfirex fuq perijodu ta’ sena.
Hija tkopri t-taqsimiet studju bażiċi fix-Xjenzi Soċjali, li
2 L.S.327.216 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) IN SOCIAL ADMINISTRATION
OR IN SOCIAL WORK - B.A. (HONS)
għandhom jittieħdu mill-istudenti kollha.
(3) It-Tieni Parti normalment tinfirex fuq perijodu ta’ tliet
snin. Fit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti l-istudenti huma meħtieġa jagħżlu
bejn is-Social Administration u s-Social Work.
(4) Biex ikunu jistgħu jagħżlu s-Social Work, l-istudenti
għandhom:
(a) jippreżentaw ċertifikat minn aġenzija tas-Social
Welfare approvata mill-Bord li jikkonferma li huma
għamlu mill-anqas 50 siegħa ta’ xogħol volontarju ma’
dik l-aġenzija, li għalih ikun assenjat kredtu wieħed; u
(b) jissodisfaw lil bord, maħtur għal dan il-għan mill-
Bord, li huma għandhom id-disposizzjoni li jsegwu
kors fis-Social Work.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’ studju fuq
bażi full-time. Il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors f’mhux
aktar minn ħames snin mid-dħul, taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu
jista’ jimponi.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jippermetti estensjoni
oħra ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli
studenti, għal raġuni tajba u valida, jissospendu l-istudji tagħhom
għal mhux aktar minn tnax-il xahar.
(4) L-istudenti li jidħlu skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 4(2) jistgħu jtemmu il-kors ta’ studji fi żmien perijodu
ta’ tliet snin ta’ studju fuq bażi full-time.
(5) Il-Bord jista’ jħalli studenti jagħmlu l-kors fuq bażi part-
time, taħt dawk il-kondizzjonijiet (inkluż it-tul) li hu jista’ jimponi.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors u għat-
taqsimiet studju.
7. (1) L-istudenti għandhom jirreġistraw għall-kors qabel il-
bidu ta’ kull sena akkademika u jirreġistraw għat-taqsimiet studju
qabel il-bidu ta’ kull semestru, fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-
Reġistratur.
(2) L-istudenti jingħataw grad għal taqsima studju biss jekk
huma jkunu rreġistraw għaliha fuq il-Formola ta’ Reġistrazzjoni
għat-Taqsimiet Studju. Fil-bidu ta’ kull semestru, l-istudenti
jistgħu jżidu jew inaqqsu xi taqsima studju fuq il-formola preskritta
u fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(3) L-istudenti huma mistennija jinfurmaw lir-Reġistratur bil-
miktub jekk huma jirriżenjaw mill-kors, u jagħtu d-data tar-riżenja
tagħhom.
Il-kors ta’ studji. 8. (1) L-Ewwel Parti tikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom 30 kredtu huma assenjati. L-istudenti għandhom
jirreġistraw għal 30 kredtu u jiksbu mill-anqas 26 kredtu biex
jitħallew ikomplu għat-Tieni Parti.
(2) It-Tieni Parti tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom 90
kredtu huma assenjati. Dawn jinkludu l-kitba ta’ dissertazzjoni ta’
madwar 15,000 kelma li għaliha 6 kredti huma assenjati. Id-
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) IN SOCIAL ADMINISTRATION
OR IN SOCIAL WORK - B.A. (HONS) ġ L.S.327.216 3
dissertazzjoni għandha tinkiteb skond il-kriterji stabbiliti mill-
Bord. Biex itemmu t-Tieni Parti, l-istudenti għandhom jirreġistraw
għal 90 kredtu u jiksbu mill-anqas 82 kredtu, inklużi l-kredti għad-
dissertazzjoni.
(3) F’kull sena tat-Tieni Parti tal-kors, l-istudenti huma
meħtieġa jiksbu mill-anqas 26 kredtu.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimict studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew għandhom
jittieħdu qabel taqsimiet studju ohra, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
10. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D u D. F
tindika li wieħed weħel. Xogħol inkomplut għal raġunijiet
ġustifikati (mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-
ittra I. Fil-każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju
inkompluti għandhom jidhru bħala F.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni għandu jintuża għal valutazzjoni supplimentari.
Valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju għandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-każ.
Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir
bi ftehim mal-lettur konċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-
ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(3) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti
jistgħu jerġgħu jieħdu t-taqsima studju darba oħra biss. Meta l-
istudenti jeħlu f’taqsima studju li ttieħdet mill-ġdid, huma
għandhom ikollhom valutazzjoni supplimentari finali. Fil-każ ta’
taqsimiet studju li jerġgħu jittieħdu, l-ogħla grad li jista’ jingħata
fil-valutazzjoni u fil-valutazzjoni supplimentari finali huwa l-grad
D.
(4) Jekk il-kredtu għal taqsima studju jkun ġie mogħti, l-
istudenti ma għandhomx jerġgħu jiġu valutati mill-ġdid għaliha.
(5) It-taqsimiet studju huma offruti f’livelli differenti. It-
taqsimiet studju bażiċi jingħataw fil-Livell 1, waqt li t-taqsimiet
studju aktar avanzati jingħataw fil-Livell 2 jew ogħla.
(6) Il-Bord jista’ jħalli studenti jittrasferixxu kredti miksuba
għal taqsimiet studju f’kors ta’ studji ta’ l-Università  ta’ Malta jew
ta’ università  rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat, sakemm
dawn it-taqsimiet studju huma komparabbli fil-kontenut u fil-livell
ma’ dawk offruti fil-kors.
L-eżamijiet finali.
eżamijiet finali jekk, sat-tmiem tat-Tieni Parti, huma jkunu
rreġistraw għal, u temmew, taqsimiet studju li għalihom mill-anqas
108 kredtu huma assenjati u kisbu mill-anqas 100 kredtu.
4 L.S.327.216 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) IN SOCIAL ADMINISTRATION
OR IN SOCIAL WORK - B.A. (HONS)
(2) L-eżamijiet finali għandhom normalment isiru f’Ġunju u
għandhom jikkonsistu f’sitt karti bil-miktub ta’ tliet sigħat-il
waħda.
(3) Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
Is-sessjoni 
supplimentari ta’ l-
eżamijiet finali.
12. (1) L-istudenti li jeħlu f’xi karta ta’ l-eżamijiet finali
għandhom jagħmlu l-karta jew il-karti li weħlu minnha jew
minnhom fis-sessjoni supplimentari ta’ l-eżamijiet finali ta’
Settembru. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-
grad D.
(2) Fil-każ li jeħlu fis-sessjoni supplimentari ta’ l-eżamijiet
finali, l-istudenti jkunu meħtieġa jerġgħu jagħmlu l-karti kollha
f’Ġunju tas-sena ta’ wara. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu
jingħataw fil-karta/i li weħlu fiha/fihom qabel huwa l-grad D.
Ir-riżultati finali. 13. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju, fid-dissertazzjoni u fl-eżamijiet
finali.
(2) L-eżamijiet finali għandhom ħamsin fil-mija tal-piż għar-
riżultat fmali. It-taqsimiet studju ta’ matul l-erba’ snin tal-kors
għandhom il-ħamsin fil-mija li jibqa’, irrispettivament mill-għadd
ta’ taqsimiet studju meħuda aktar mill-għadd minimu meħtieġ.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’listi separati għas-Social
Administration u għas-Social Work, f’ordni alfabetiku, kif ġej:
L-Ewwel Klassi (bl-Unuri)
It-Tieni Klassi (bl-Unuri) (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi (bl-Unuri) (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi (bl-Unuri)
Għadda.
