KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN JOURNALISM - DIP. JOURNALISM ġ L.S.327.217 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.217
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
JOURNALISM - DIP. JOURNALISM
16 ta’ Lulju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 198 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Journalism - Dip. Journalism.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord taċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"iċ-Ċentru" tfisser iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Journalism - Dip.
Journalism;
"ECTS" tfisser kredti mogħtija skond il-European Credit
Transfer System; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma.
L-Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
L-Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-ghoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ studji kif speċifikat fir-
regolament 6 u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-Reġistrazzjoni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jekk huma eliġibbli għad-
dħul fl-Università  bħala studenti regolari skond ir-Regolamenti
għad-Dħul ta’ l-Università .
(2) L-applikanti li japplikaw biex jidħlu skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 2(2)(a)(iii) tar-Regolamenti għad-
Dġul huma meħtieġa jkollhom mill-anqas sena esperjenza
ġurnalistika u jkunu korrentement jaħdmu ma’ aġenzija tal-
pubblikazzjoni. Dawn l-applikanti jkunu meħtieġa jattendu għal
intervista biex ikun aċċertat li huma jistgħu jsegwu l-kors bi profitt.
It-tul tal-kors.
2 L.S.327.217 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN JOURNALISM - DIP. JOURNALISM
part-time. Il-Bord jista’ jħalli student itemm il-kors f’sena żejda ta’
studju fuq bażi part-time.
Il-programm ta’ 
studji.
6. (1) Il-kors huwa magħmul mit-taqsimiet studju li ġejjin, li
għalihom mhux anqas minn tletin (sittin ECTS) kredtu huma
assenjati:
Journalism Studies
Media Studies
Complementary study-units
Long Essay, Placement, and Synoptic Study-Units.
(2) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet
studju. Il-katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni
u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima
studju, liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom
jittieħdu flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju
oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu
jippubblika l-katalogu qabel il-bidu tal-kors, wara l-approvazzjoni
tas-Senat.
(3) Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom jiksbu mill-anqas tletin kredtu (sittin ECTS), inklużi l-
kredti kollha għat-taqsimiet studju obbligatorji.
Il-valutazzjoni. 7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D. "F"
tindika li wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet
ġustifikati (mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-
ittra "I". Fil-każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju
mhux mitmuma għandhom jidhru bħala "F".
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju jistgħu jitħallew
joqoghdu għal valutazzjoni supplimentari f’dik it-taqsima studju
darba biss. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad "D".
L-essay twil. 8. (1) L-istudenti huma meħtieġa jissouomettu essay twil ta’
mhux anqas minn ħamest elef kelma u mhux aktar minn sebat elef
kelma, sa mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tal-klassijiet fl-aħħar
semestru tal-kors.
(2) L-istudenti li jeħlu mill-essay twil jistgħu jitħallew jerġgħu
jissottomettuh darba fi żmien perijodu ta’ sitt xhur.
Il-pjazzament. 9. (1) Il-pjazzament għandu jestendi fuq għadd ta’ ġimgħat
miftiehem bejn il-Bord ta’ l-Istudji u l-aġenzija tal-pubblikazzjoni.
Il-pjazzamenti għandhom ikunu valutati fuq bażi ta’ Għadda/
Weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzament jitħallew jirrepetuh
darba fi żmien perijodu ta’ sitt xhur.
It-taqsimiet studju 
sinottiċi.
10. It-taqsimiet studju sinottiċi għandhom normalment isiru
permezz ta’ seminars matul l-aħħar semestru tal-kors. Matul dawn
is-seminars l-istudenti jkunu ggwidati dwar kif jintegraw il-
komponenti varji tal-programm ta’ studju kif relatati ma’ l-
esperjenzi ta’ kuljum fil-professjoni. Kull taqsima studju sinottika
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN JOURNALISM - DIP. JOURNALISM ġ L.S.327.217 3
tkun valutata permezz ta’ eżami sinottiku.
Ir-riżultat finali.
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors. Ir-riżultat finali jkun
ibbażat fuq il-piżijiet li ġejjin:
taqsimiet studju mgħallma, il-pjazzament u l-essay
twil - 60%
it-taqsimiet studju sinottiċi - 40%.
(2) Fir-riżultati finali tad-Diploma l-ismijiet ta’ l-istudenti li
jtemmu l-kors b’suċċess għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni
alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
