KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
INCLUSION AND SPECIAL EDUCATIONAL NEEDS ġ L.S.327.218 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.218
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN INCLUSION AND 
SPECIAL EDUCATIONAL NEEDS
16 ta’ Lulju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 202 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Diploma in Inclusion and Special
Educational Needs.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Inclusion and
Special Educational Needs; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma.
L-applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
L-eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors b’suċċess u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti 
speċjali tal-kors u 
l-għażla ta’ l-
applikanti.
4. (1) L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk huma:
(a) għandhom il-grad ta’ Bachelor of Education
(Honours) jew il-Postgraduate Certificate in
Education jew xi kwalifika ta’ għalliem ekwivalenti
rikonoxxuta mill-Bord; u
(b) qed jaqdu d-dmirijiet ta’ għalliema fi skola primarja u/
jew sekondarja rikonoxxuta u ilhom jagħmlu dan għal
mill-anqas sena; u
(ċ) permezz ta’ intervista, jissodisfaw lill-Bord li huma
għandhom ir-rekwiżiti meħtieġa biex isegwu l-kors,
inkluż:
(i) xejra u disposizzjoni professjonali;
(ii) tagħrif dwar l-inklużjoni u l-ħtiġiet edukattivi
speċjali; u 
(iii) esperjenza ta’ xogħol ma’ tfal u żgħażagħ
b’diżabilità .
2 L.S.327.218 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
INCLUSION AND SPECIAL EDUCATIONAL NEEDS
(2) Il-Bord jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’ applikanti li
jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors u jekk dawn ikunux mis-
settur primarju u/jew mis-settur sekondarju, skond ir-riżorsi
disponibbli. L-għadd ta’ postijiet disponibbli għandu jitħabbar fiż-
żmien meta toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli mill-għadd ta’
postijiet disponibbli, l-applikanti jingħażlu fuq il-bażi tal-livell
milħuq minnhom fl-intervista.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn studju
fuq bażi part-time.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti
jtemmu l-kors f’massimu ta’ tliet snin.
Il-kors ta’ studji. 6. (1) Il-komponenti tal-kors ta’ studji huma dawn li ġejjin:
(a) taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
L-Ewwel Sena:
Inclusion principles and attitudes
Life skills
Access to the curriculum
Support coordination; u
It-Tieni Sena:
Organising support networks
Understanding and catering for students’
individual educational needs
Research skills; u
(b) perijodi ta’ pjazzament prattiku, li jkunu assenjati 2
kredti fl-Ewwel Sena u 3 kredti fit-Tieni Sena.
(2) Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
tal-kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
7. (1) L-istudenti jkunu kkonsidrati li ssodisfaw il-kriterji tal-
valutazzjoni tal-kors jekk huma jiksbu:
(a) 25 kredtu assenjati għat-taqsimiet studju; u
(b) 5 kredti assenjati għall-pjazzamenti prattiċi.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D. Jekk
wieħed jeħel, dan ikun indikat bl-ittra F. Xogħol mhux komplut
għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza approvata, eċċ.) għandu
jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’
taqsimiet studju mhux mitmuma jkunu ndikati bl-ittra F. L-
istudenti għandhom jattendu regolarment għat-taqsimiet studju li
rreġistraw għalihom. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ attendenza għal raġuni
li l-Bord iqis valida, huwa jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu l-kors
sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex ipattu għal konferenzi
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
INCLUSION AND SPECIAL EDUCATIONAL NEEDS ġ L.S.327.218 3
li ntilfu.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom ikollhom valutazzjoni mill-ġdid darba biss, skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 5(2). Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li
jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(4) Jekk wara valutazzjoni mill-ġdid, l-istudenti ma jiksbux il-
kredti meħtieġa, huma jkunu meħtieġa jieqfu mill-kors.
(5) Biex ikomplu għat-tieni sena tal-kors, l-istudenti
għandhom jiksbu 15-il kredtu, li għandhom jinkludu ż-żewġ kredti
assenjati għall-pjazzament prattiku.
(6) L-istudenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subregolament (5)
iżda li jagħżlu li ma jkomplux għat-tieni sena tal-kors għandhom
jingħataw il-Postgraduate Certificate in Inclusion and Special
Educational Needs.
Il-pjazzamenti 
prattiċi.
8. (1) Il-pjazzamenti prattiċi jinfirxu fuq erba’ ġimgħat fl-
Ewwel Sena u fuq sitt ġimgħat fit-Tieni Sena u għandhom isiru fl-
iskola fejn l-istudenti jgħallmu.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi pjazzament prattiku jitħallew
jirrepetuh darba, skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2).
Dan isir matul l-ewwel tliet xhur tas-sena akkademika li jmiss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
L-iggradar finali.
għandhom jiksbu 30 kredtu, li għandhom jinkludu l-5 kredti
assenjati għall-pjazzamenti prattiċi.
(2) Biex tinħadem il-klassifikazzjoni finali, kull komponent ta’
valutazzjoni (it-taqsimiet studju u l-pjazzamenti prattiċi) għandu
jingħata l-piż fil-proporzjon ta’ l-għadd ta’ kredti assenjati lilu.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kif
ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
