ĊERTIFIKAZZJONI TA’ TAQSIMIET STUDJU ġ L.S.327.219 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.219
REGOLAMENTI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI
TA’ TAQSIMIET STUDJU
26 ta’ Lulju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 217 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
iċ-Ċertifikazzjoni ta’ Taqsimiet Studju.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-istitut jew taċ-
ċentru li joffri t-taqsimiet studju;
"kredtu ECTS" tfisser kredti mogħtija skond il-linji ta’ gwida tal-
European Credit Transfer System; u
"il-Fakultà " tfisser il-fakultà  jew l-istitut jew iċ-ċentru li joffri t-
taqsimiet studju.
Applikabilità .
2002 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni għal 
taqsimiet studju.
3. (1) L-Università  tista’, fid-diskrezzjoni tal-Fakultà
kkonċernata, toffri l-possibiltà  lil persuni li mhumiex irreġistrati
f’kors ta’ studju li jwassal għal waħda mill-għotjiet tagħha li
jirreġistraw bħala studenti viżitaturi għal:
(a) taqsimiet studju indipendenti offruti fi ħdan korsijiet
universitarji undergraduate u postgraduate; jew
(b) taqsimiet studju mfassla ad hoc biex jaqdu ħtiġiet
partikolari, u approvati mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
(2) Matul sena akkademika, studenti viżitaturi jistgħu jitħallew
jirreġistraw għal taqsimiet studju li għalihom total ta’ mhux aktar
minn sitt kredti (tnax-il kredtu ECTS) huwa assenjat.
(3) Wara li jtemmu taqsima studju b’suċċess, studenti
viżitaturi jkunu intitolati għal traskritt li jindika t-titolu, il-livell u
l-għadd ta’ kredti assenjati għat-taqsima studju u l-grad miksub.
(4) Il-kredti għal dawn it-taqsimiet studju normalment ma
jkunux trasferibbli għal korsijiet undergraduate u postgraduate. Il-
Bord ta' Fakultà  li joffri kors li jwassal għal ċertifikat, diploma jew
grad jista’, madankollu, jippermetti t-trasferiment ta’ kredti għal
wieħed mill-korsijiet tiegħu jekk il-kontenut u l-livell ikunu
komparabbli u jekk it-taqsimiet studju kkonċernati kienu
kompletati mhux aktar minn sentejn qabel.
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għandhom ikollhom dawk il-kwalifiki
meħtieġa biex isegwu t-taqsimiet studju b’suċċess. Dawn il-
kwalifiki għandhom ikunu approvati mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
2 L.S.327.219 ħ ĊERTIFIKAZZJONI TA’ TAQSIMIET STUDJU
(2) Ir-reġistrazzjoni ta’ studenti viżitaturi għandha ssir fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
Applikazzjonijiet. 5. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għat-taqsimiet studju fuq il-formola preskritta u fiż-żmien
speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Il-Bord għandu jħabbar liema taqsimiet studju studenti
viżitatuti jistgħu jieħdu u r-rekwiżiti għad-dħul għalihom qabel il-
bidu ta' kull taqsima studju, normalment fil-bidu ta' kull sena
akkademika. It-taqismiet studju jkunu offruti skond ir-riżorsi
disponibbli u l-għadd ta' applikanti li jagħżluhom.
Attendenza. 6. L-attendenza għal konferenzi, seminars, sessjonijiet
tutorjali u esperjenzi ta’ tagħlim oħra hija obbligatorja u studenti
viżitaturi jistgħu ma jitħallewx joqogħdu għall-valutazzjoni ta’
taqsima studju jekk l-attendenza ma’ tkunx regolari.
Valutazzjoni. 7. Il-valutazzjonijiet għandhom isiru skond l-istess
regolamenti u prassi fis-seħħ meta t-taqsima studju tkun offruta.
Ċertifikazzjoni ta’ 
taqsimiet studju.
8. L-istudenti viżitaturi jkunu eliġibbli għal ċertifikazzjoni
jekk huma:
(a) jtemmu t-taqsima studju, jkunu mogħtija l-kredti
assenjati lilha u jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(b) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
