GRAD TA’ DUTTUR TAL-FILOSOFIJA (PH.D.) ġ L.S.327.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.22
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’
DUTTUR TAL-FILOSOFIJA (PH.D.)
3 ta’ April, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 36 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviżi Legali 28 ta’ l-
1998 u 85 ta’ l-2001.
Titolu.
Grad ta’ Duttur tal-Filosofija (Ph.D.).
Grad.
kandidat li huwa student immatrikolat ta’ l-Università  ta’ Malta u li
jagħmel kontribut oriġinali u distint f’waħda mid-dixxiplini li huma
studjati fl-Università  u li, fil-fehma tal-bord ta’ l-eżaminaturi
maħtur skond ir-regolament 9, ikun jistħoqqlu li jiġi ppubblikat.
Teżi.
teżi li jkun fiha dan il-kontribut oriġinali u eżami orali dwar il-
qasam ta’ riċerka tal-kandidat.
Applikazzjonijiet 
għar-
reġistrazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 28 ta’ l-1998.
3. Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għal dan il-grad
għandhom jiġu sottomessi lil Kumitat maħtur kull tliet snin mis-
Senat għal dan l-iskop, u li jkun magħmul mir-Rettur (jew id-
delegat tiegħu) bħala Chairman, tliet membri eletti mis-Senat fost
il-membri tiegħu, u r-Reġistratur, bħala Segretarju. Id-Dekan tal-
Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut konċernati jkunu kkooptjati fuq
il-Kumitat.
Konsiderazzjoni 
ta’ 
applikazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-1998.
4.1 Il-Kumitat jikkonsidra applikazzjonijiet minn studenti li:
(a) huma gradwati ta’ l-Università  ta’ Malta jew xi
università  oħra rikonoxxuta għal dan l-iskop mis-
Senat; u
(b) għandhom dawk il-kwalifiki u jissodisfaw dawk il-
kondizzjonijiet oħra li l-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-
Istitut konċernati jistgħu jistabbilixxu għal dan il-għan
minn żmien ghal żmien u li jkunu approvati mis-Senat
bħala ordinamenti:
Sakemm il-kandidati li m’għandhomx grad ta’ Master
ikunu normalment mistennija jirreġistraw l-ewwel għall-grad ta’
M.Phil.
4.2 L-applikazzjonijiet jeħtiegu l-appoġġ tal-Bord tal-Fakultà
jew ta’ l-Istitut li fihom ix-xogħol se jsir, u jinkludu:
(a) it-titolu propost ghat-teżi;
(b) il-proposta ta’ riċerka tal-kandidat;
(ċ) l-isem tal-membru ta’ l-istaff ta’ l-Università  li aċċetta
li jagħmilha ta’ superviżur, u f’każijiet speċjali, l-isem
tal-membru ta’ l-istaff ta’ xi Università  ohra, li jkun
aċċetta li jaġixxi bħala superviżur aġġunt;
(d) rakkomandazzjoni mill-Kap tad-Dipartiment jew mill-
2 L.S.327.22 ħ GRAD TA’ DUTTUR TAL-FILOSOFIJA (PH.D.)
Koordinatur tad-Diviżjoni konċernati li s-suġġett tar-
riċerka għandu jkun aċċettat; u
(e) il-perijodu li fih hu maħsub li t-teżi tkun sottomessa,
liema perijodu m’għandux jeċċedi sitt snin.
Sottomissjoni lis-
Senat.
5. Il-Kumitat għandu jissottometti lis-Senat għall-
konsiderazzjoni tiegħu l-applikazzjonijiet kollha li jissodisfaw ir-
rekwiżiti mitluba mir-regolament 4.
Aċċettazzjoni ta’ 
applikazzjonijiet.
6. Is-Senat jista’ jaċċetta applikazzjonijiet, imma b’dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Applikazzjoni lill-
Bord tal-Fakultà .
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-1998.
7.1 Mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tas-sottomissjoni
tat-teżi, il-kandidat għandu japplika lill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-
Istitut għall-permess biex jippreżenta t-teżi u jagħti t-titolu eżatt
tagħha. Qabel ma jagħti l-permess, il-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-
Istitut għandu jikkonsulta lis-superviżur ta’ l-istudent. Il-Bord tal-
Fakultà  jew ta’ l-Istitut ma jagħtix dan il-permess qabel ma jkunu
għaddew l-ekwivalenti ta’ tliet snin ta’ studju full time mid-data ta’
l-ewwel reġistrazzjoni għall-grad.
7.2 Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut, jista’ jagħti
permess għas-sottomissjoni tat-teżi wara li jkunu għaddew l-
ekwivalenti ta’ sentejn studju full time mid-data ta’ l-ewwel
reġistrazzjoni.
7.3 Kandidat jista’, bil-kunsens tal-Kap tad-Dipartiment jew
tal-Koordinatur tad-Diviżjoni konċernati u bil-permess tal-Bord
tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut, japplika lill-Kumitat biex jieħu l-grad
bi studju part-time. Meta s-Senat jilqa’ applikazzjoni bħal din, il-
kandidat normalment ikun jeħtieġlu jgħaddi sena waħda fi studju
full time. Fil-każ ta’ kandidat bħal dan, il-perijodu minimu ta’ erba’
snin b’kollox ikun mitlub imma l-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut
jista’jirrakkomanda perijodu itwal li ma jeċċedix sitt snin.
7.4 Il-kandidat għandu jerġa’ jirreġistra kull tnax-il xahar.
7.5 Fl-ebda każ ma tista’ teżi tkun ikkunsidrata jekk tiġi
sottomessa iktar tard minn sitt snin mid-data ta’ l-ewwel
reġistrazzjoni.
Dikjarazzjoni. 8.1 Meta jissottometti t-teżi tiegħu, il-kandidat għandu jiffirma
dikjarazzjoni li tgħid li dak hu x-xogħol tiegħu personali.
8.2 Jekk xi parti mit-teżi kienet ġa sottomessa qabel, jew tkun
qiegħda tiġi sottomessa fl-istess żmien għal grad ieħor jew
kwalifika oħra jew jekk it-teżi kienet ippublikata
indipendentement, il-kandidat irid jagħmel stqarrija li hekk hu u
jinkludiha mat-teżi, u l-bord ta’ l-eżaminaturi, maħtur skond ir-
regolament 9, jirrakomanda lis-Senat jekk it-teżi għandhiex tkun
aċċettata għal eżami jew le.
Bord ta’ 
eżaminaturi.
Sostitwit:
A.L. 85 ta’ l-2001.
9. It-teżi għandha tkun eżaminata minn bord maħtur għal dan
il-għan mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  u
tas-Senat. Il-bord ikun magħmul mill-anqas minn tliet eżaminaturi
li jinkludu Chairman, eżaminatur barrani u membru ieħor, sakemm
li l-eżami orali tat-teżi għandu jkun immexxi mill-anqas minn tliet
eżaminaturi, u sakemm li s-superviżur ikun prekluż milli jeżamina
GRAD TA’ DUTTUR TAL-FILOSOFIJA (PH.D.) ġ L.S.327.22 3
iżda jkun mistieden jattendi bħala osservatur waqt l-eżami orali. Il-
bord għandu jissottometti rapport finali lis-Senat u fih igħid jekk il-
kandidat għandux jingħata l-grad ta’ Duttur tal-Filosofija (Ph.D.).
