EDUKAZZJONI TAT-TFAL TA’ ĦADDIEMA MIGRATORJI ġ L.S.327.220 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.220
REGOLAMENTI DWAR L-EDUKAZZJONI TAT-
TFAL TA’ ĦADDIEMA MIGRATORJI
1 ta’ Ottubru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 259 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 358 ta’ l-
2002.
Titolu u 
applikabilità .
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
l-Edukazzjoni tat-Tfal ta’ Ħaddiema Migratorji.
(2) Dawn ir-regolamenti japplikaw għat-tfal ta’ ħaddiema
migratorji ta’ età  obbligatorja li jattendu fi skola.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"Ftehim" tfisser ftehim bejn stati jew bejn gruppi ta’ stati li
Malta tkun parti fihom, fejn jingħata b’mod reċiproku liċ-ċittadini
ta’ dawk l-istati jew lid-dipendenti tagħhom id-dritt li jidħlu,
joqogħdu u jirrisjedu fi u jitilqu mill-pajjiż ta’ dak l-istat, li
jiċċaqilqu liberament ġewwa dawk l-istati għal dak iż-żmien li
jista’ jiġi stabbilit fil-ftehim u li jaħdmu jew jistabbilixxu,
jipprovdu jew jirċevu servizzi fihom; u "Stat li jkollu Ftehim" u
"ċittadin ta’ Stat li jkollu Ftehim" għandhom jiftiehmu skond hekk;
u meta stat ikun parti f’xi Ftehim bħal dak kif soġġett għal modifiki
u adattamenti, ċittadin ta’ Stat li jkollu Ftehim ikun ukoll soġġett
għal dawk il-modifiki u adattamenti li jistgħu jiġu ordnati;
"ħaddiem migratorju" tfisser kull min jagħmel jew għamel xi
attività  f’Malta bħala persuna impjegata jew persuna li timpjega
lilha nnifisha u li tkun ċittadin ta’ Stat li jkollu Ftehim;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;
"għalliem" tfisser persuna li jkollha warrant validu ta’ għalliem
u li tkun impjegata minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut biex
jgħallem lit-tfal ta’ età  obbligatorja li jattendu fi skola;
"skola statali" tfisser skola għal studenti ta’ età  obbligatorja li
jattendu fi skola, li tkun iffinanzjata, kkontrollata u mmexxija mill-
istat;
"tfal ta’ ħaddiema migratorji" tfisser kull tifel jew tifla li jkunu
joqogħodu Malta li għalihom l-attendenza fi skola hi obbligatorja
taħt il-liġi ta’ Malta u li tkun dipendenti minn ħaddiem migratorju.
Għoti ta’ 
istruzzjoni 
mingħajr ħlas.
Emendat:
A.L. 358 ta’ l-
2002.
3. (1) Ikun id-dmir ta’ l-Istat li jieħu miżuri adatti biex
jiżgura li jingħata tagħlim mingħajr ħlas lit-tfal ta’ ħaddiema
migratorji fi Skola statali sabiex tiġi faċilitata l-ewwel
introduzzjoni tagħhom fl-ambjent edukattiv u fis-sistema skolastika
ta’ Malta bħala l-Istat li jospita, inkluż, b’mod partikolari, t-
tagħlim, kif dan jiġi adottat għall-ħtiġiet speċifiċi ta’ dawk it-tfal,
ta’ xi wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ Malta.
(2) L-Istat għandu jieħu miżuri f’limiti raġonevoli biex
2 L.S.327.220 ħ EDUKAZZJONI TAT-TFAL TA’ ĦADDIEMA MIGRATORJI
jiffaċilita l-integrazzjoni eventwali mill-ġdid tat-tfal ta’ ħaddiema
migratorji fl-Istati li jkollhom Ftehim ta’ oriġini mnejn ikunu
ġejjin, billi jippromwovi t-tagħlim sew ta’ l-ilsien nativ u tal-
kultura tal-pajjiż ta’ oriġini ta’ dawk it-tfal b’koperazzjoni ma’ dak
il-pajjiż ta’ oriġini.
Għoti ta’ taħriġ lill-
għalliema.
4. Il-Ministru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-
taħriġ adegwat ta’ għalliema li jagħtu istruzzjoni lit-tfal ta’
ħaddiema migratorji.
