KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING ġ L.S.327.221 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.221
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN ROAD 
ENGINEERING
11 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 305 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Road
Engineering.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rahta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-
Inġinerija Ċivili;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-Inġinerija
Ċivili;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Road
Engineering; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Science - M.Sc. - in Road Engineering.
Applikabilità .
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
ir-rekwiżiti għad-dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji xieraq, jiksbu 1-kredti
kollha indikati fir-regolament 7, jgħaddu mid-
dissertazzjoni u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra prcskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) Il-kors għandu jkun miftuħ għall-applikanti li
għandhom waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecture
(Honours) bl-Ewwel Klassi bl-Unuri jew bit-Tieni
Klassi bl-Unuri, fil-qasam ta’ l-Inġinerija b’Road
Design and Construction bħala wieħed mis-suġġetti;
jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecturc
(Honours) bl-Ewwel Klassi bl-Unuri jew bit-Tieni
Klassi bl-Unuri, fil-qasam ta’ l-Inġinerija jew grad fl-
Inġinerija Ċivili minn l-Università  ta’ Malta jew minn
2 L.S.327.221 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING
università  oħra u li jistgħu juru lill-Bord li għandhom
għarfien adegwat u/jew esperjenza fir-Road Design
and Construction sabiex isegwu l-kors b’suċċess.
(2) L-għadd ta’ studenti li jistgħu jidħlu fil-kors għandu jkun
limitat għal għoxrin (20) kandidat nominati mid-Dipartiment tat-
Toroq tal-Gvern ta’ Malta u kkunsidrati eliġibbli għall-kors mill-
Università  skond dawn ir-regolamenti.
Ir-Reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. (1) L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors
għandhom japplikaw fuq il-formola preskritta u fiż-żmien
speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-applikanti għandhom jindikaw it-titolu provviżorju tad-
dissertazzjoni u għandhom jinkludu dikjarazzjoni mingħand il-Kap
tad-Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija Ċivili li tgħid li huma
għandhom it-taħriġ, l-għarfien u l-kapaċitajiet meħtieġa għal-linja
ta’ studju u riċerka proposta.
L-istruttura tal-
kors.
6. Il-kors jikkonsisti minn numru ta’ taqsimiet studju
mgħallma, li għalihom 28 kredtu huma assenjati, u riċerka u l-kitba
ta’ dissertazzjoni, li għalihom 12-il kredtu huma assenjati.
It-tul tal-kors. 7. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ studju
fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti tiegħu fi studju fuq bażi part-
time.
(2) F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord jista’ jippermetti lill-
istudenti jestendu l-istudji tagħhom b’mhux aktar minn sitt xhur.
(3) L-istudenti kollha, kemm dawk fuq bażi full-time kif ukoll
dawk fuq bażi part-time, għandhom jirreġistraw fil-bidu ta’ kull
sena akkademika.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji programm ta’ studji għall-kors u
għandu jippubblika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu
għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull
taqsima studju, l-kredti assenjati għal kull taqsima studju, liema
taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-progressu u l-
valutazzjoni.
9. (1) It-tasqimiet studju jiġu valutati fit-tmiem tas-semestru
li fih isiru.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin kif il-Bord
iqis xieraq: xogħol matul il-kors, fieldwork, riċerka u
valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jistgħu jitħallew
joqogħdu għal valutazzjoni supplimentari. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-istudenti normalment ikunu valutati bl-istess mod
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING ġ L.S.327.221 3
kif ġew evalwati fl-ewvel valutazzjoni. Valutazzjoni supplimentari
ta’ taqsima studju għandha ssir fis-sessjoni skedata ta’ l-eżamijiet li
jmiss (Mejju jew Settembru) skond kif jinserta l-każ. Fil-każ ta’
assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir
b’arranġament mal-lettur ikkonċernat. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) Jekk ma jgħaddux mill-valutazzjoni supplimentari, l-
istudenti ma jistgħux ikomplu l-kors, jekk mhux f’ċirkostanzi
speċjali u bil-permess tas-Senat, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-
Bord jista’ jimponi.
(5) L-istudenti ma jitħallewx ikunu valutati mill-ġdid għal
taqsima studju jekk ikunu diġà  ingħataw kredtu għaliha.
Id-dissertazzjoni.
jippreżentaw it-titolu u proposta ta’ riċerka għad-dissertazzjoni ta’
madwar 500 kelma għall-approvazzjoni tal-Bord fi żmien erba’
xhur mir-reġistrazzjoni għall-kors. Il-proposta ta’ riċerka għandha
tkun mill-aktar dettaljata sabiex il-Bord ikun jista’ jara hiex
proposta xierqa.
(2) Id-dissertazzjonijiet għandhom ikunu jew xogħol oriġinali
jew espressjoni ordnata u kritika ta’ data diġà  eżistenti dwar
suġġett partikolari, u għandhom jissodisfaw lill-Bord f’dik li hija
lingwa u stil.
(3) Il-Bord jistabbilixxi t-tul tad-dissertazzjoni skond l-għadd
ta’ kredti assenjati lilha.
(4) L-ebda dissertazzjoni ma tiġi aċċettata jekk tkun identika
sew għal dissertazzjoni diġà  ippreżentata għal grad fl-Università  ta’
Malta jew f’xi università  oħra. Madankollu, l-istudenti ma humiex
miżmuma milli jinkorporaw tali informazzjoni fil-preżentazzjoni
tagħhom, sakemm li n-natura u l-firxa ta’ din l-informazzjoni huma
ċarament indikati fid-dissertazzjoni nnifisha.
(5) Il-Bord jaħtar superviżur għal kull student. L-istudenti
għandhom jikkonsultaw lis-superviżuri tagħhom ta’ l-anqas darba
kull xahrejn, kif ukoll skond kif meħtieġa mis-superviżur tagħhom.
Is-superviżuri jistgħu jirreferu lill-Bord l-istudenti li xogħolhom
ma jkunx sodisfaċenti u għandhom jirreferu għall-approvazzjoni
tal-Bord kull tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni. L-ebda dissertazzjoni ma tista’ tiġi ppreżentata lill-
Bord ta’ l-Eżaminaturi mingħajr ċertifikat, iffirmat mis-superviżur,
li jikkonferma l-oriġinalità  tax-xogħol u li dan jikkonforma ma’
dawn ir-regolamenti.
(6) L-istudenti jiġu mitluba jagħmlu eżami viva voce dwar id-
dissertazzjoui tagħhom u dwar il-qasam ta’ studju ġenerali li minnu
tagħmel parti. L-eżaminatur barrani mhux meħtieġ ikun preżenti
għall-eżami viva voce.
Dissertazzjoni 
mhux sodisfaċenti.
11. L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom titqies bħala mhux
sodisfacenti jistgħu jitħallew mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jerġgħu jissottomettuha f’forma
riveduta f’perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mill-ġurnata li
fiha tingħatalhom lura.
Dikjarazzjoni.
4 L.S.327.221 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN ROAD ENGINEERING
mill-istudenti li x-xogħol huwa xogħol oriġinali tagħhom.
Grad li Għadda. 13. L-istudenti huma mitluha li jgħaddu mid-dissertazzjoni
sabiex jikkwaliftkaw għall-għoti tal-Grad.
Ir-riżultat finali. 14. Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u tar-riċcrka
tal-kors, li jingħataw piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal
kull wieħed.
Għoti tal-Grad. 15. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassitikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
