KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - 
B.A. (TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS)
(TOURISM STUDIES) - B.A. (TOURISM STUDIES)  ġ L.S.327.222 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.222
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - B.A. 
(TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) (TOURISM STUDIES) - B.A. (HONS) 
(TOURISM STUDIES)
11 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 306 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 92 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts (Tourism Studies) - B.A.
(Tourism Studies) - u Bachelor of Arts (Honours) (Tourism Studies)
- B.A. (Hons) (Tourism Studies).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Tourism Studies) -
B.A. (Tourism Studies) - jew il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours)
(Tourism Studies) - B.A. (Hons) (Tourism Studies) -skond il-każ; u
"il-kors" tfrsser il-kors ta’ studju li jwassal għall-grad ta’
Bachelor of Arts (Tourism Studies) - B.A. (Tourism Studies) - jew
il-kors ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of Arts
(Honours) (Tourism Studies) - B.A. (Hons) (Tourism Studies).
Applikabilità.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
L-eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari f’wieħed mill-
korsijiet skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ studju, jgħaddu mill-eżamijiet u
jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-reġistrazzjoni.
preskritta fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
Id-dħul fil-kors.
jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif stipulati fir-
Regolamenti għad-Dħi.M ta’ l-Università .
(2) L-applikanti li għandhom id-Diploma in Hotel
Administration mogħtija mill-Institute of Tourism Studies (Malta)
2 L.S.327.222 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - 
B.A. (TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS)
(TOURISM STUDIES) - B.A. (TOURISM STUDIES) 
jistgħu jidħlu fit-tielet sena tal-kors taħt dawk il-kondizzjonijiet li
1-Bord jista’ jimponi, inkluż li jiksbu l-kredti għal taqsimiet studju
partikolari ta’ l-Ewwel Parti, qabel ma jitħallew joqogħdu għall-
eżami ta’ l-Ewwel Parti.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ B.A. (Tourism
Studies) jinfirex fuq perijodu ta’ tliet snin, jew l-ekwivalenti tiegħu
fi studji fuq bażi part-time.
(2) Il-kors ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ B.A. (Hons)
(Tourism Studies) jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin jew l-
ekwivalenti tiegħu fi studji fuq bażi part-time.
Estensjoni. 7. Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtemmu l-kors f’sena żejda
ta’ studji. F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jagħti estensjoni
oħra ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-Bord ta’ Studji. 8. Għandu jinħatar Bord ta’ Studji skond id-disposizzjonijiet
tar-Regolamenti Ġenerali dwar il-Bordijiet ta’ Studji.
Il-kors ta’ studju.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-2003.
9. (1) Il-kors ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ B.A. (Hons)
(Tourism Studies) ikun maqsum f’żewġ partijiet (l-Ewwel u t-Tieni
Parti) u għandu jikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom
minimu ta’ 96 kredtu huma assenjati.
(2) It-taqsimiet studju għandhom ikunu mqassma kif ġej:
(a) 80 kredtu fl-oqsma ta’ studju li ġejjin b’minimu ta’ 16-
il kredtu f’kull qasam:
Management u Marketing
Ekonomija/Finanzi/Accountancy
Social and Environmental Studies
Applied Tourism Studies
(b) 16-il kredtu fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Fieldwork / Riċerka - 4 kredti
Il-kitba ta’ dissertazzjoni ta’ bejn l-10,000 u t-12,000
kelma - 4 kredti, u
Taqsimiet Studju mhux obbligatorji - 8 kredti, li 3
minnhom jistgħu jkunu extrakurrikulari.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju offruti matul il-kors, bil-
kredti assenjati għal kull waħda u l-ordni li fih għandhom jittieħdu,
għandu jkun approvat mill-Bord u għandu jkun ippubblikat qabel
il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(4) Il-katalogu għandu jispeċifika wkoll it-taqsimiet studju
obbligatorji u dawk li għandhom jittieħdu qabel taqsimiet studju
oħrajn. Xi taqsimiet studju huma sekwenzjali u r-reġistrazzjoni
għalihom tista’ titlob li qabel ikunu mitmuma b’suċċess taqsimiet
studju partikolari oħra u/jew kwalifiki oħra indikati fil-katalogu ta’
taqsimiet studju.
(5) Kull taqsima studju li titlesta għandha tkun valutata u
mogħtija grad minn A sa D, fejn A huwa l-ogħla grad u D l-aktar
grad baxx. It-taqsimiet studju li ma jintemmux b’suċċess għandhom
ikunu indikati b’F (li wieħed weħel).
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - 
B.A. (TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS)
(TOURISM STUDIES) - B.A. (TOURISM STUDIES)  ġ L.S.327.222 3
(6) F’kull sena tal-kors, l-istudenti għandhom jirreġistraw għal
għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn għoxrin u
mhux aktar minn tletin kredtu jkunu assenjati, sakemm student li
kien meħtieġ jirrepeti sena ta’ studju jista’ jitħalla mill-Bord
jirreġistra għal dak l-għadd ta’ taqsimiet studju li l-Bord jidhirlu
xieraq.
(7) Il-Bord jista’ jeżenta studenti mill-obbligu li jiksbu kredtu
għal taqsima studju partikolari jekk huma jkunu kisbu mill-
Università , jew minn xi istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat għal dan
il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha jkun, fl-opinjoni tal-Bord,
ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dak mitlub għat-taqsima
studju kkonċernata u għalhekk jistgħu jiġu mitluba jiksbu kredti
għal dawk it-taqsimiet studju li l-Bord jista’ jindika sabiex
jassigura li huma jkunu jistgħu jsegwu l-kors b’suċċess.
(8) It-taqsimiet studju li jittieħdu flimkien ma’ l-istudenti tal-
Bachelor of Commerce għandhom ikunu valutati skond il-kriterji
stabbiliti għall-kors tal-Bachelor of Commerce.
L-Ewwel Parti tal-
kors.
10. (1) L-Ewwel Parti tinfirex fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet
sena tal-kors u għandha tikkonsisti minn taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn 72 kredtu huma assenjati (24 kredtu
kull sena). Dawn jistgħu jinkludu sa 6 taqsimiet studju mhux
obbligatorji matul din il-Parti tal-kors.
(2) L-istudenti jkunu meqjusa li temmew l-Ewwel Parti tal-
kors jekk jiksbu minimu ta’ 72 kredtu fl-Ewwel Parti u jgħaddu
mill-karti kollha ta’ l-eżami ta’ l-Ewwel Parti.
(3) L-istudenti li jtemmu l-Ewwel Parti tal-kors skond is-
subregolament (2) ikunu eliġibbli għall-għoti tal-B.A. (Tourism
Studies), sakemm ma jagħżlux li jkomplu għat-Tieni Parti tal-kors.
Madankollu, l-istudenti li jiġu aċċettati fil-kors skond ir-
regolament 5(2) ma jkunux intitolati għall-għoti tal-B.A. (Tourism
Studies).
(4) L-istudenti li jiksbu 68 kredtu biss mill-minimu ta’ 72
kredtu speċifikati fis-subregolament (2) jistgħu jitħallew ikomplu
għat-Tieni Parti jekk jiksbu l-4 kredti li jonqoshom matul ir-raba’
sena tal-kors. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, l-istudenti ma
jitħallewx jagħmlu l-eżami finali u ma jikkwalifikawx għall-għoti
tal-grad ta’ B.A. (Tourism Studies).
L-eżami ta’ l-
Ewwel Parti.
11. (1) Għandu jkun hemm eżami fi tmiem l-Ewwel Parti tal-
kors li jikkonsisti minn ħames karti relatati mat-taqsimiet studju ta’
l-Ewwel Parti.
(2) L-istudenti jikkwalifikaw għall-grad ta’ Bachelor of Arts
(Tourism Studies) jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fir-
regolament 9(2).
(3) Għandu jkun hemm żewġ sessjonijiet fis-sena ta’ l-eżami
ta’ l-Ewwel Parti: l-ewwel sessjoni normalmcnt issir f’Mejju/Ġunju
u sessjoni riparatorja li normalment issir f’Settembru.
(4) L-istudenti jitqiesu li għaddew mill-eżami ta’ l-Ewwel
Parti jekk jiksbu wieħed mill-gradi li ġejjin: A, B, Ċ, jew D f’kull
waħda mill-karti.
4 L.S.327.222 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - 
B.A. (TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS)
(TOURISM STUDIES) - B.A. (TOURISM STUDIES) 
(5) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex
ikomplu għat-Tieni Parti tal-kors skond ir-regolament 13(2)
għandhom ikunu ppubblikati f’lista li turi l-gradi miksuba fil-
ħames karti ta’ l-eżami ta’ l-Ewwel Parti.
L-eżami 
riparatorju.
12. (1) L-istudenti 1i jeħlu f’mhux aktar minn żewġ karti ta’ l-
eżami ta’ l-Ewwel Parti jistgħu jitħallew joqogħdu għall-eżami
riparatorju tas-sessjoni ta’ Settembru fil-karti li weħel fihom. L-
ogħla grad li jista’ jingħata f’sessjoni riparatorja huwa l-Grad D.
(2) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn żewġ karti jew li jeħlu fis-
sessjoni supplimentari jistgħu jitħallew jirrepetu l-eżami ta’ l-
Ewwel Parti darba biss, ħlief f’ċirkostanzi straordinarji u b’permess
speċjali tas-Senat taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’
jimponi.
It-Tieni Parti tal-
kors.
13. (1) It-Tieni Parti tinfirex fuq ir-raba’ sena tal-kors u
għandha tikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom mhux anqas
minn 24 kredtu huma assenjati, li jistgħu jinkludu sa 4 taqsimiet
studju mhux obbligatorji, u dissertazzjoni.
(2) L-istudenti jkunu eliġibbli biex jirreġistraw għat-Tieni
Parti tal-kors jekk huma jtemmu l-Ewwel Parti tal-Kors skond ir-
regolament 10(2) u jiksbu medja globali ta’ Grad Ċ fil-ħames karti
ta’ l-eżami ta’ l-Ewwel Parti.
(3) L-istudenti li jagħżlu li jkomplu għat-Tieni Parti tal-kors
skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) ma jkunux
intitolati għall-għoti tal-grad ta’ B.A. (Tourism Studies) ħlief jekk
ma jikkwalifikawx għall-għoti tal-grad ta’ B.A. (Hons) (Tourism
Studies) fit-tmiem tar-raba’ sena tal-kors skond dawn ir-
regolamenti.
Eliġibiltà  għall-
eżami finali.
14. (1) L-istudenti jkunu eliġibbli biex joqogħdu għall-eżami
finali jekk ikunu kisbu minimu ta’ 24 kredtu fit-Tieni Parti tal-kors.
(2) L-istudenti li jiksbu 22 kredtu biss mill-minimu ta’ 24
kredtu spcċifikati fis-subregolament (1) jistgħu jitħallew mill-Bord
joqogħdu għall-eżami finali taħt dawk il-kondizzjonijiet li jitqiesu
meħtieġa biex jiżguraw li l-kredti neqsin ikunu kkompensati qabel
jingħataw il-Grad.
L-eżami finali. 15. (1) Għandu jkun hemm eżami finali fi tmiem it-Tieni Parti
tal-kors li jikkonsisti f’ħames karti relatati mat-taqsimiet studju tar-
raba’ sena tal-kors.
(2) L-istudenti jikkwalifikaw għall-grad ta’ Bachelor of Arts
(Honours) (Tourism Studies) jekk jiksbu l-kredti għat-taqsimiet
studju indikati fir-regolament 9 u jekk jgħaddu mid-dissertazzjoni u
mill-eżami finali tat-Tieni Parti.
(3) Għandu jkun hemm żewġ sessjonijiet ta’ l-eżami finali
f’kull sena: l-ewwel sessjoni normalment issir f’Mejju/Ġunju u
sessjoni riparatorja li normalment issir f’Settembru.
(4) L-istudenti jitqiesu li għaddew mill-eżami finali jekk
jiksbu wieħed mill-gradi li ġejjin: A, B, Ċ, jew D f’kull waħda mill-
karti.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS (TOURISM STUDIES) - 
B.A. (TOURISM STUDIES) - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS)
(TOURISM STUDIES) - B.A. (TOURISM STUDIES)  ġ L.S.327.222 5
L-eżami riparatorju 
u r-ripetizzjoni tal-
kors.
16. (1) L-istudenti li jeħlu f’mhux aktar minn żewġ karti ta’ l-
eżami finali jistgħu jitħallew joqogħdu għall-eżami riparatorju fil-
karti li weħlu fihom fis-sessjoni li jmiss. L-ogħla grad li jista’
jingħata f’sessjoni riparatorja huwa l-Grad D.
(2) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn żewġ karti jew li jeħlu fis-
sessjoni supplimentari jistgħu jitħallew jirrepetu l-eżami finali
darba biss, ħlief f’ċirkostanzi straordinarji u b’permess speċjali tas-
Senat taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jimponi.
Ir-riżultat finali.
Bachelor of Arts (Tourism Studies) u għall-Bachelor of Arts
(Honours) (Tourism Studies) għandha tqis il-livell milħuq fl-
eżamijiet li għandhom il-piż ta’ 70%, kif ukoll il-gradi miksuba fit-
taqsimiet studju li għandhom il-piż tat-30% l-oħra.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Arts (Tourism Studies) għandhom ikunu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku mqassma fil-kategoriji li
ġejjin:
Kategorija I
Kategorija IIA
Kategorija IIB
Kategorija III.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) (Tourism Studies) għandhom
ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku skond il-
klassifikazzjoni li ġejja:
L-Ewwel Klassi (bl-Unuri)
It-Tieni Klassi (bl-Unuri) Taqsima Superjuri
It-Tieni Klassi (bl-Unuri) Taqsima Inferjuri
It-Tielet Klassi (bl-Unuri).
