KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.223 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.223
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT MIĊ-ĊENTRU 
TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
11 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 307 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 177 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - offrut miċ-Ċentru tat-
Teknoloġija tal-Komunikazzjoni.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord taċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni;
"iċ-Ċentru" tfisser iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - offrut miċ-
Ċentru tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Arts -M.A. - offrut miċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
Eliġibilità  għall-
grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
ir-rekwiżiti għad-dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji xieraq, jiksbu l-għadd ta’
kredti indikati fir-regolament 9, jgħaddu mid-
dissertazzjoni u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2003.
4. Bla ħsara għall-kondizzjonijiet stipulati fir-regolament 6,
il-kors għandu jkun miftuħ għal applikanti li għandhom waħda
mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor bl-Unuri b’ta’ l-anqas it-Tieni
Klassi bl-Unuri f’qasam ta’ studju meqjus mill-Bord
bħala rilevanti għal dak magħżul fil-kors; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Arts b’ta’ l-anqas grad B fil-
qasam prinċipali ta’ studju, li jkun qasam ta’ studju
2 L.S.327.223 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
meqjus mill-Bord bħala rilevanti għal dak magħżul fil-
kors; jew
(ċ) grad minn l-Università  ta’ Malta jew minn xi
università  oħra li l-Bord iqis komparabbli għall-gradi
msemmija fil-paragrafi (a) u (b);
(d) grad jew kwalilika professjonali rilevanti riknoxxuta
għal dan il-għan mill-Bord flimkien ma’ minimu ta’
ħames snin esperjenza fil-qasam ta’ studju li għalih
saret l-applikazzjoni u li ġiet deskritta fil-portfolio li l-
applikanti huma meħtieġa jissottomettu ma’ l-
applikazzjoni tagħhom; jew
(e) diploma f’qasam rilevanti miksuba qabel l-2003 u
minimu ta’ tmien snin esperjenza fil-qasam ta’ studju
li għalih saret l-applikazzjoni u li ġiet deskritta fil-
portfolio li l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu
ma’ l-applikazzjoni tagħhom.
Oqsma ta’ studju. 5. Il-Bord għandu joffri l-kors fl-oqsma ta’ studju li jaqgħu
taħt il-kompetenza taċ-Ċentru. Huwa għandu jħabbar l-oqsma ta’
studju u l-mod ta’ studju kif se jkunu offruti qabel il-bidu ta’ kull
kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat. L-oqsma ta’ studju offruti
jiddependu mir-riżorsi disponibbli u n-numru ta’ studenti. L-
applikanti jkunu mitluba jindikaw l-għażla tagħhom meta
japplikaw.
Kondizzjonijiet 
oħra.
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2003.
6. (1) L-applikanti eliġibbli għar-reġistrazzjoni taħt il-
paragrafu (a) jew l-ekwivalcnti tiegħu taħt il-paragrafu (ċ) tar-
regolament 4 jistgħu jkunu meħtieġa jissodisfaw xi kondizzjonijiet
oħra stipulati mill-Bord, wara li tkun ġiet ikkunsidrata r-relazzjoni
ta’ l-istudji preċedenti tagħhom mal-qasam ta’ studju propost fil-
kors u wara li jkun ġie eżaminat il-portfolio ta’ l-esperjenza ta’ l-
applikanti.
(2) L-applikanti eliġibbli għar-reġistrazzjoni taħt ir-
regolament 4(d) u (e) ikunu meħtieġa jissodisfaw xi kondizzjonijiet
oħra stipulati mill-Bord (inkluż li jsegwu kors preparatorju skond
is-subregolament (3)), wara li tkun ġiet ikkunsidrata r-relazzjoni ta’
l-istudji preċedenti tagħhom mal-qasam ta’ studju propost fil-kors u
wara li jkun ġie eżaminat il-portfolio ta’ l-esperjenza ta’ l-
applikanti.
(3) Minnbarra li jissodisfaw xi kondizzjonijiet speċjali oħra
stipulati mill-Bord, l-applikanti eliġibbli għar-reġistrazzjoni skond
it-termini tal-paragrafu (b) jew l-ekwivalenti tiegħu fil-paragrafu
(ċ) tar-regolament 4 jkunu mitluba jsegwu kors preparatorju. Il-
kors preparatorju jinftrex fuq sena ta’ studju fuq bażi full-time, li
fit-tmiem tagħha l-istudenti jkunu meħtieġa jgħaddu minn eżami ta’
kwalifikazzjoni b’livell ta’ l-anqas tat-Tieni Klassi bl-Unuri. Dan l-
eżami normalment għandu jkun simili għal parti jew għall-eżami
finali kollu tal-kors għall-Bachelor of Communications (Honours).
Il-kors 
preparatorju.
7. (1) Matul il-kors preparatorju, l-istudenti huma meħtieġa
jirreġistraw għal taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn
għoxrin u mhux aktar minn tletin kredtu huma assenjati.
(2) Fi tmiem il-kors preparatorju, l-istudenti huma meħtieġa
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.223 3
joqogħdu għal eżami finali, magħmul minn żewġ karti ta’ tliet
siegħat-il waħda.
(3) Ir-riżultat għandu jqis il-livell ta’ l-istudenti fit-taqsimiet
studju u fl-eżami finali, li jingħataw piż kif ġej:
Taqsimiet Studju 40%
L-Eżami Finali 60%.
(4) Ir-riżultat jiġi ppubblikat f’lista f’ordni alfabetiku li turi l-
ismijiet ta’ l-istudenti li għaddew b’livell ta’ l-anqas ta’ Bachelor
of Communications (Honours) it-Tieni Klassi.
Reġistrazzjoni 
għall-kors.
8. L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors jew għall-
kors preparatorju għandhom japplikaw fuq il-formola preskritta u
fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
L-istruttura tal-
kors.
9. L-istudju fil-kors jista’ jsir b’żewġ modi:
(a) mod ta’ studju mgħallem, li jikkonsisti minn taqsimiet
studju, li għalihom huma assenjati sitta u għoxrin
kredtu u practicum assenjat erba’ kredti; jew
(b) mod ta’ studju mgħallem u bir-riċerka, li jikkonsisti
minn taqsimiet studju, li għalihom sittax-il kredtu
huma assenjati, practicum assenjat erba’ kredti, u
dissertazzjoni jew proġett, assenjati għaxar kredti,
kif approvat mill-Bord.
It-tul tal-kors.
full-time jew l-ekwivalenti tagħhom fi studju fuq bażi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtawlu l-istudji tagħhom
b’mhux aktar minn sitt xhur.
(3) L-istudenti kollha, kemm dawk fuq bażi full-time jew fuq
bażi part-time, huma meħtieġa jirreġistraw fil-bidu ta’ kull sena
akkademika.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
11. Il-Bord għandu jħejji programm ta’ studji għall-kors. Il-
katalogu għandu jindika 1-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma ohbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-katalogu għandu jkun approvat
mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, u għandu jkun
ippubblikat qabel il-bidu ta’ kull kors.
Progress u 
valutazzjoni.
12. (1) It-tasqimiet studju jiġu valutati fit-tmiem tas-semestru
li fih isiru.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ u D. "F" tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ) għandu jkun indikat bl-ittra "I". Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala "F". Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: xogħol matul il-kors, fieldwork, riċerka, u
valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
4 L.S.327.223 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jistgħu jitħallew
joqogħdu għal valutazzjoni supplimentari. Fil-valutazzjoni
supplimentari l-istudenti normalment ikunu valutati bl-istess mod
kif ġew evalwati fl-ewvel valutazzjoni. Valutazzjoni supplimentari
għandha ssir fis-sessjoni skedata ta’ l-eżamijiet li jmiss
(normalment f’Settembru). Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni
supplimentari għandha ssir b’arranġament mal-lettur ikkonċernat.
Fil-valutazzjoni supplimentari, l-ogħla grad li jista’jingħata huwa l-
grad D.
(4) Jekk ma jgħaddux mill-valutazzjoni supplimentari, l-
istudenti ma jistgħux ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u
bil-permess tas-Senat.
(5) L-istudenti ma jistgħux ikunu evalwati mill-ġdid għal
taqsima studju jekk ikunu diġà  ngħataw kredtu għaliha.
Practicum. 13. Il-practicum huwa esperjenza ta’ xogħol maħsuba sabiex
tikkumplimenta u ttejjeb l-istudju akkademiku ta’ l-istudent
permezz ta’ prattika fuq il-post tax-xogħol. Il-valutazzjoni ssir
minn membru tal-korp akkademiku wara konsultazzjoni mas-
superviżur fuq il-post tax-xogħol assenjat lil kull student. Il-kriterji
ta’ valutazzjoni jkopru kemm ir-rilevanza prattika kif ukoll id-
dixxiplina akkademika.
Id-dissertazzjoni. 14. (1) L-istudenti li jirreġistraw għal kors li għalih tinħtieġ
dissertazzjoni, għandhom jippreżentaw it-titolu u l-proposta ta’
riċerka għad-dissertazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord fi żmien
erba’ xhur mir-reġistrazzjoni għall-kors. Il-proposta ta’ riċerka
għandha tkun mill-aktar dettaljata possibbli sabiex il-Bord ikun
jista’jara hix proposta xierqa.
(2) Id-dissertazzjonijiet għandhom ikunu jew xogħol oriġinali
jew espressjoni ordnata u kritika ta’ data diġà  eżistenti dwar
suġġett partikolari, u għandhom jissodisfaw liċ-Ċentru f’dik li hija
lingwa u stil ta’ kitba.
(3) Id-dissertazzjoni għandha tkun twila bejn 15,000 u 20,000
kelma.
(4) L-ebda dissertazzjoni ma tiġi aċċettata jekk tkun identika
għal dissertazzjoni diġà  ippreżentata għal grad fl-Università  ta’
Malta jew f’xi università  oħra. Madankollu, l-istudenti ma humiex
miżmuma milli jinkorporaw xogħol bħal dan jekk ikun meħtieġ
għall-preżentazzjoni u l-ftehim aħjar tax-xogħol tagħhom, sakemm
in-natura u l-firxa tax-xogħol inkorporat ikunu indikati ċarament
fid-dissertazzjoni nnifisha.
(5) Il-Bord jaħtar superviżur għal kull student. L-istudenti
għandhom jikkonsultaw lis-superviżuri tagħhom regolarment, kif
meħtieġa mis-superviżur tagħħom. Is-superviżuri jistgħu jirreferu
lill-Bord l-istudenti li xogħolhom ma jkunx sodisfaċenti u
għandhom jirreferu għall-approvazzjoni tal-Bord kull tibdil
sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-dissertazzjoni. L-ebda
dissertazzjoni ma tista’ tiġi ppreżentata lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
mingħajr ċertifikat, iffirmat mis-superviżur, li jikkonferma l-
oriġinalità  tax-xogħol u li dan jikkonforma ma’ dawn ir-
regolamenti.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.223 5
(6) Id-dissertazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata
mill-istudenti li x-xogħol huwa xogħol oriġinali tagħhom.
(7) L-istudenti jiġu mitluba jagħmlu eżami viva voce dwar id-
dissertazzjoni tagħhom u dwar il-qasam ta’ studju ġenerali li minnu
tagħmel parti. L-eżaminatur barrani mhux meħtieġ ikun preżenti
għall-eżami viva voce.
Dissertazzjoni 
mhux sodisfaċenti.
15. L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom ma titqiesx
sodisfaċenti jistgħu jitħallew mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jerġgħu jissottomettuha f’forma
riveduta f’perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mill-ġurnata li
fiha tingħatalhom lura.
Eżami tad-
dissertazzjoni.
16. Kull dissertazrjoni għandha tiġi eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi, magħmul minn ta’ l-anqas tliet membri, li wieħed
minnhom normalment ikun eżaminatur barrani minn università
oħra.
Speċifikazzjonijiet 
tad-dissertazzjoni.
17. Id-dissertazzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn l-
ispeċifikazzjonijiet:
(a) Id-daqs tal-karta: Il-qies internazjonali A4 (29.7 ċm x
21 ċm);
(b) Typing: Bi spazju doppju għat-test prinċipali. Spazju
singlu għan-noti fil-qiegħ tal-paġna jew fl-aħħar tal-
kapitolu. Spazju singlu jista’ jintuża wkoll għal
kwotazzjonijiet twal fit-test prinċipali. Il-marġni tax-
xellug ta’ 3.5 ċm. Il-marġni ta’ fuq u tal-lemin ta’ 1.5
ċm. Il-marġni ta’ fuq ta’ 5 ċm fl-ewwel paġna ta’ kull
diviżjoni, i.e. kapitoli, bibljografija, eċċ. In-noti mat-
test għandhom jidhru fil-qiegħ tal-paġna jew wara kull
kapitolu.
(ċ) Format: It-test prinċipali, inkluża l-introduzzjoni (jekk
ikun hemm), il-bibljografija u xi appendiċi oħra tad-
dissertazzjoni għandu jkollhom numri Għarab; il-
paġna tat-titolu, id-dedikazzjoni (jekk ikun hemm), il-
prefiss, ir-rikonoxximenti, il-lista tal-kontenut, eċċ., li
jiġu qabel it-test prinċipali, għandu jkollhom numri
Rumani;
(d) Legatura: Tliet kopji mhux illegati tad-dissertazzjoni
għandhom jiġu ppreżentati. Wara li jiddefendu d-
dissertazzjoni tagħhom u jgħaddu, żewġ kopji tad-
dissertazzjoni, kif approvata mill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi, għandhom jiġu illegati skond kif isegwi:
Bid-drapp (preferibilment iswed) bi qxur iebsin u karti
ta’ kwalità  tajba; bil-kitba (preferibilment lewn id-
deheb) fuq quddiem u fuq l-ispina li turi:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni hi ppreżentata;
u
(iv) is-sena tal-preżentazzjoni.
Mapep, dijagrammi, graphs, materjal stampat, eċċ.,
6 L.S.327.223 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - OFFRUT 
MIĊ-ĊENTRU TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
għandhom ikunu illegati mad-dissertazzjoni, imma
jekk dan ma jkunx possibbli huma jridu jkunu
ppreżentati separatament ġo folders speċjali jew
volumi u nnumerati.
(e) Kopja tad-dissertazzjoni illegata għandha tkun
depożitata fil-Librerija ta’ l-Università  u kopja oħra
fil-librerija taċ-Ċentru; u
(f) Il-preżentazzjoni tal-paġna tat-titolu: it-titolu tad-
dissertazzjoni u s-sotto-titolu (jekk ikun hemm),
segwit mill-isem ta’ l-istudent, is-suġġett, u d-data tal-
preżentazzjoni. Per eżempju, "A dissertation presented
in the Centre for Cornmunication Technology at the
University of Malta for the degree of Master of Arts
(isem tas-suġġett), segwita mix-xahar u s-sena tal-
preżentazzjoni.
Ir-riżultat finali. 18. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-komponenti kollha tal-
kors li jingħataw piż skond l-għadd ta’ kredti u l-livelli assenjati
għal kull wieħed. Il-piż ikun indikat fil-katalogu ppubblikat qabel
il-bidu ta’ kull kors.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
