FUNZJONAMENT TAL-BORDIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.224 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.224
STATUT 12 - STATUT DWAR IL-FUNZJONAMENT 
TAL-BORDIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ
11 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 308 ta’ l-2002.
Titolu.
Funzjonament tal-Bordijiet ta’ l-Università .
STATUT 12 - STATUT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-
BORDIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ
1. Sakemm ma jkunx espressament provdut fl-istrument li
jwaqqaf korp bħal dan, kull bord, kummissjoni, kumitat jew korp
ieħor imwaqqfa minn jew skond l-istatuti u r-regolamenti ta’ l-
Università  ta’ Malta jew minn kull korp ta’ tmexxija ta’ l-
Università  jista’ jagixxi nonostanti kull vakanza fost il-membri
tiegħu jew l-assenza ta’ xi membru sakemm fil-laqgħa ta’ dan il-
bord ikun hemm quorum u kull proċedura tiegħu tkun valida
għalkemm il-ħatra ta’ xi persuna fuq dan il-bord tkun
sussegwentement iddikjarata invalida.
2. Minkejja kull terminu provdut fi kwalunkwe statut jew
regolament, jew fir-riżoluzzjoni tal-ħatra tiegħu, kull bord,
kummissjoni, kumitat jew kwalunkwe korp ieħor imwaqqaf minn
jew skond l-istatuti u r-regolamenti ta’ l-Università  ta’ Malta jew
taħt kwalunkwe korp ta’ tmexxija ta’ l-Università , u kwalunkwe
membru ta’ dan, għandu jkompli fl-ħatra sakemm jinħatar bord
ġdid jew membru ġdid, u dan sakemm il-bord ma jkunx
espressament xolt mill-korp li ħatru.
3. Sakemm mħux provdut mod ieħor mill-istrument li waqqaf
dan il-korp, il-quorum tal-laqgħat ta’ korp bħal dan għandu jkun
wieħed aktar minn terz tal-membri.
Kull korp imsemmi f’dan l-istatut jista’ jistieden
kwalunkwe persuna biex tkun preżenti u tagħti pariri u
informazzjoni f’laqgħat bħal dawn iżda din il-persuna m’għandħiex
vot f’dan il-korp.
Kap. 327.
4. Dan l-istatut għandu jitqies li ġie fis-seħħ mid-data meta
ġie fis-seħħ l-Att dwar l-Edukazzjoni.
