KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN PUBLIC
POLICY - M.A. (PUBLIC POLICY) ġ L.S.327.225 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.225
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN PUBLIC POLICY - M.A. 
(PUBLIC POLICY)
18 ta’ Marzu, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Public Policy - M.A. (Public
Policy).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-
Management u l-Accountancy;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Public Policy -
M.A. (Public Policy); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’ Master
of Arts in Public Policy - M.A. (Public Policy).
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. L-applikanti għad-dħul fil-kors għandhom ikollhom:
(a) grad ta’ università  bl-Ewwel jew bit-Tieni Klassi bl-
Unuri fil-Public Policy jew f’suġġett relatat approvat
mill-Bord għal dan il-għan; jew
(b) kwalifiki oħra kkonsidrati mill-Bord bħala ekwivalenti
għal grad ta’ università  bl-Ewwel jew bit-Tieni Klassi
bl-Unuri fil-Public Policy.
It-tul tal-kors.
studju fuq bażi full-time jew sentejn akkademiċi ta’ studju fuq bażi
part-time.
Ċirkostanzi 
eċċezzjonali.
5. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istudenti jistgħu jitħallew
mill-Bord itemmu l-programm tal-kors f’perijodu massimu ta’
tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time jew tliet snin
akkademiċi ta’ studju fuq bażi part-time wara li jirreġistraw.
L-istruttura tal-
kors.
6. Il-kors għandu żewġ komponenti, kif ġej:
(a) komponent mgħallem, li jikkonsisti f’għadd ta’
taqsimiet studju obbligatorji u taqsimiet studju oħrajn
f’qasam ta’ studju fakultattiv, li għalihom minimu ta’
16-il kredtu huma assenjati; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jwassal għall-preżentazzjoni
ta’ dissertazzjoni, miktuba taħt superviżjoni, li għalih
14-il kredtu huma assenjati.
Taqsimiet studju 
obbligatorji.
7. It-taqsimiet studju obbligatorji, li għalihom 6 kredti huma
assenjati, għandhom ikunu fil-qasam ta’ studju li ġej: Comparative
2 L.S.327.225 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN PUBLIC
POLICY - M.A. (PUBLIC POLICY)
Public Policy. Il-bqija għandhom ikunu taqsimiet studju meħuda
f’wieħed miż-żewġ oqsma fakultattivi: Governance jew
Comparative Public Management.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu fl-istess waqt jew huma
meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, il-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni u l-lettur li se jgħallem it-taqsima studju. Il-Bord
għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat.
Valutazzjoni u 
progress.
9. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti (li għalihom jista’ jingħata persentaġġ
mill-grad finali għat-taqsima studju) u eżamijiet bil-miktub u/jew
orali.
Eżami riparatorju. 10. L-istudenti li jeħlu f’xi eżami bil-miktub jew f’xi
assenjament jew fit-tnejn għandhom jitħallew joqogħdu għal eżami
riparatorju, jew jerġgħu jissottomettu l-assenjament għal taqsima
studju partikolari darba biss.
Biex wieħed 
jikkwalifika għall-
Grad.
11. Biex jikkwalifikaw għall-Grad, l-istudenti għandhom
jiksbu mill-anqas 16-il kredtu fil-komponent mgħallem tal-kors, li
minnhom 6 kredti għandhom jinkisbu għat-taqsimiet studju
obbligatorji, u mill-anqas 10 kredti fil-qasam ta’ studju fakultattiv
li għażlu.
Studenti li ma 
jattendux għal 
konferenzi u 
sessjonijiet 
tutorjali.
12. L-istudenti li, wara twissija dovuta mogħtija bil-miktub,
jibqgħu ma jattendux għal konferenzi u/jew ghas-sessjonijiet
tutorjali jew b’xi mod ieħor ma jaqdux id-dmirijiet akkademiċi
tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jistgħu jinżammu mis-
Senat, wara rakkomandazzjoni tal-Bord, milli jkomplu l-kors.
Dissertazzjoni. 13. Id-dissertazzjoni, li għandha tkun sottomessa sa l-aħħar ta’
Mejju t’ l-aħħar sena tal-kors, għandha tkun ta’ madwar 25,000
kelma dwar suġġett approvat. Id-dissertazzjoni għandha tkun
xogħol oriġinali fis-sens li tkun jew record ta’ riċerka oriġinali jew
espressjoni ordnata u kritika ta’ data eżistenti dwar suġġett
partikolari approvat mill-Bord. Għandha tinkiteb, tkun ittajpjata u
llegata skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord għal dan il-għan.
Marka ta’ Għadda 
fid-dissertazzjoni.
14. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu mid-dissertazzjoni
biex jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad.
Ir-riżultat finali. 15. Il-grad finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u tar-riċerka
tal-kors, li għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti
assenjati għal kull wieħed.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN PUBLIC
POLICY - M.A. (PUBLIC POLICY) ġ L.S.327.225 3
Publikazzjoni ta’ l-
ismijiet ta’ l-
istudenti.
16. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
