KORS GĦAD-DIPLOMA IN ARCHITECTURAL STUDIES 
- DIP. ARCH. ġ L.S.327.226 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.226
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
ARCHITECTURAL STUDIES - DIP. ARCH.
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 167 ta’ l-2003.
Titolu u 
interpretazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-
Kors għad-Diploma in Architectural Studies - Dip. Arch.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-
Inġinerija Ċivili;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Architectural Studies - Dip.
Arch;
"ECTS" tfisser il-kredti mogħtija skond il-European Credit
Transfer System;
"il-Fakultà "' tfisser il-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-Inġinerija
Civili; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala stadenti regolari skond ir-
regolamenti għad-dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors kif stipulati
fir-regolament 4;
(ċ) itemmu b’suċċess il-kors ta’ studji kif indikat fir-
regolament 10 u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(d) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti 
speċjali għall-kors.
4. L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jekk għandhom il-grad ta’
Bachelor of Science in Civil Engineering minn l-Università  ta’
Malta, jew kwalifika meqjusa ekwivalenti mill-Bord miksuba minn
istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan.
It-tul tal-kors.
full time jew tliet snin ta’ studju fuq bażi part-time. Il-Bord jista’
jħalli lill-istudenti jispiċċaw il-kors f’mhux aktar minn erba’ snin.
2 L.S.327.226 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN ARCHITECTURAL STUDIES 
- DIP. ARCH.
Il-programm ta’ 
studju.
6. (1) Il-kors jikkonsisti f’dawk l-oqsma ta’ studju/suġġetti
relatati ma’ l-Arkitettura mill-kurrikulum tal-kors li jwassal għall-
grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecture (Honours) kif
speċifikat mill-Bord.
(2) Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, l-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D. F
tindika li wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet
ġustifikati (mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-
ittra I. Fil-każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux
mitmuma għandhom jidhru bħala F.
(2) L-istudenti li jeħlu minn xi taqsima studju jitħallew
jagħmlu r-riparatorju f’dik it-taqsima studju darba biss. L-ogħla
grad li jista’ jingħata f’sessjoni riparatorja huva l-grad D.
Eliġibilità  biex 
wieħed jgħaddi 
għas-sena ta’ wara.
8. (1) L-istudenti jistgħu jgħaddu għas-sena ta’ wara tal-kors
meta jiksbu 1-20 kredtu (40 kredtu ECTS) assenjati għal kull sena
tal-kors.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lil dawk l-istudenti li f’sena jġibu mhux
anqas minn 18-il kredtu (36 kredtu ECTS) jgħaddu
kondizzjonalment għas-sena ta’ wara tal-kors. L-istudenti li
jgħaddu kondizzjonalment għandhom jiksbu dak/dawk il-kredtu/i li
fih/fihom ġew riferuti sa l-aħħar tas-sena akkademika ta’ wara.
Kwalunkwe taqsima studju tista’ tiġi riferuta għas-sena t’' wara
darba biss.
(3) L-istudenti li ma jitħallewx jgħaddu għas-sena ta’ wara tal-
kors jistgħu jitħallew mill-Bord jirrepetu s-sena. L-istudenti ma
jitħallewx jirrepetu sena aktar minn darba matul il-kors.
L-essay twil. 9. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil ta’
mhux anqas minn ħamest elef u mhux aktar minn sebat elef kelma,
dwar tema magħżula minnhom u relatata mas-suġġetti ttrattati
matul il-kors, kif approvat mill-Bord.
(2) L-istudenti li jeħlu fl-essay twil għandhom jitħallew
jerġgħu jissottomettuh darba f’perijodu ta’ sitt xhur.
L-għoti tad-
Diploma.
10. L-istudenti jkunu meqjusa li temmew il-kors b’suċċess
meta jiksbu 60 kredtu (120 kredti ECTS).
Ir-riżultat finali. 11. (1) Ir-riżultat finali ta’ l-istudenti għandu jqis il-livell
milħuq minnhom fit-taqsimiet studju kollha u fl-essay twil.
(2) Fir-riżultat finali għad-Diploma l-ismijiet ta’ l-istudenti li
għaddew għandhom ikunu ppubblikati f’lista fordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
KORS GĦAD-DIPLOMA IN ARCHITECTURAL STUDIES 
- DIP. ARCH. ġ L.S.327.226 3
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
