KORS GĦAD-DIPLOMA IN BAROQUE ARCHITECTURE ġ L.S.327.227 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.227
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
BAROQUE ARCHITECTURE
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 168 ta’ l-2003.
Titolu u 
interpretazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti għad-
Diploma in Baroque Architecture.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-International Institute for Baroque
Studies;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Baroque Architecture; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma in
Baroque Architecture.
L-applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
L-Eliġibbilità  
għad-Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti reġolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ studji b’suċċess, jiksbu l-kredti
kollha hekk kif indikat fir-regolament 6(3), u
jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
4. (1) L-applikanti jistgħu jkunu rreġistrati fil-kors skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jekk huma eliġibbli biex
jidħlu l-Università  bħala studenti regolari skond ir-regolamenti
għad-dħul ta’ l-Università .
(2) L-applikanti għandhom japplikaw għall-kors fuq il-formola
preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(3) Id-dħul għall-kors għandu jkun limitat għal dawk l-
applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subregolament (1) u li
jkunu nominati minn organizzazzjonijiet li jikkommissjonaw il-
kors għall-impjegati tagħhom wara ftehim mal-Bord.
It-tul tal-kors.
ekwivalenti tagħha fnq bażi part-time.
Il-kors ta’ studji.
2 L.S.327.227 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN BAROQUE ARCHITECTURE
(a) taqsimiet studju li għalihom 19-il kredtu huma
assenjati;
(b) perijodu ta’ esperjenza fuq il-post li għalih 6 kredti
huma assenjati; u
(ċ) essay twil/proġett li għalih huma assenjati 5 kredti.
(2) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet
studju. Il-katalogu għandu jindika 1-kodiċi, it-titolu, id-
deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal
kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema
għandhom jittieħdu fl-istess waqt jew huma meħtieġa għal
taqsimiet studju oħrajn, il-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni u l-
isem tal-lettur li se jagħti t-taqsima studju. Il-Bord għandu
jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat. It-taqsimiet studju jistgħu jinkludu
konferenzi, seminars, sessjonijiet fil-laboratorji/prattiċi, żjajjar fil-
post jew waħda jew aktar minn dawn, kif indikat fil-katalogu.
(3) Biex jikkwalifikaw għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom jiksbu mill-anqas tletin kredtu, li jinkludu l-kredti
kollha għat-taqsimiet studju obbligatorji, l-esperjenza fuq il-post u
l-essay twil/proġett.
Il-valutazzjoni u l-
eżamijiet.
7. (1) It-taqsimiet studju għandhom ikunu valutati fl-aħħar
tas-semestru li fih ikunu saru.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin li
jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. 'F' tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ) għandu jkun indikat bl-ittra 'I'. Fil-każijiet l-oħra
kollha, ir-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala 'F'. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti (li għalihom jista’ jingħata perċentaġġ
mill-grad finali għat-taqsima studju) u eżamijiet bil-mikub u/jew
orali.
(3) L-istudenti li jeħlu minn xi taqsima studju għandhom
jitħallew joqogħdu għall-valutazzjoni riparatorja. Din il-
valutazzjoni riparatorja normalment għandha ssir bl-istess mod ta’
valutazzjoni bħall-ewwel valutazzjoni. Valutazzjoni riparatorja
għandha ssir fiż-żmien skedat għall-eżamijiet (normalment
f’Settembru). Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni riparatorja
għandha ssir b’arranġament mal-lettur ikkonċernat. Fil-
valutazzjoni riparatorja, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad
'D'.
(4) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni riparatorja l-istudenti jkunu
meħtieġa jħallu l-kors.
L-esperjenza fuq 
il-post.
8. (1) Matul it-tieni semestru, l-istudenti għandhom jagħmlu
perijodu ta’ esperjenza fuq il-post taħt superviżjoni adegwata kif
stabbilit mill-Bord ta’ l-Istudji. Matul dan il-perijodu, l-istudenti
huma mħeġġa japplikaw it-teorija mal-prattika.
(2) L-esperjenza fuq il-post tkun valutata skond:
(a) l-attendenza;
KORS GĦAD-DIPLOMA IN BAROQUE ARCHITECTURE ġ L.S.327.227 3
(b) il-mod kif it-teorija ġiet applikata mal-prattika; u
(ċ) il-kwalità  tax- xogħol ippreżentat.
L-essay twil/
proġett.
9. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil ta’
mhux anqas minn 10,000 u mhux aktar minn 15,000 kelma, jew
proġett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti mill-Bord ta’ l-
Istudji, sad-data stabbilita mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-proposta għall-essay twil/proġett għandha tkun
sottomessa għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux aktar
tard minn ġimgħa wara l-bidu tat-tieni semestru ta’ studji.
(3) L-essay twil/proġett għandu jkun valutat mis-superviżur u
minn żewġ eżaminaturi addizzjonali maħtura mis-Senat, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
(4) L-istudenti li jeħlu fl-essay twil/proġett għandhom
jitħallew jerġgħu jissottomettuh darba fi żmien perijodu ta’ sitt
xhur. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad 'D'.
L-attendenza.
obbligatorja. Fil-każ ta’ assenza għal raġuni li l-Bord ta’ l-Istudji
jikkonsidra valida, il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli lill-istudenti
jkomplu l-kors; sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex huma
jpattu għal dak li tilfu waqt l-assenza tagħhom.
Ir-riżultat finali.
taqsimiet studju, l-esperjenza fuq il-post u l-essay twil/proġett, li
għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati
għalihom.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
