KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ECONOMICS 
OF COMPETITION LAW - M.A. (ECON. COMP. LAW) ġ L.S.327.228 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.228
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN ECONOMICS OF 
COMPETITION LAW - M.A. (ECON. COMP. LAW)
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 173 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Economics of Competition
Law - M.A. (Econ. Comp. Law).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Economics,
Management u Accountancy;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Economics of
Competition Law - M.A. (Econ. Comp. Law); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’ Master
of Arts in Economics of Competition Law - M.A. (Econ. Comp.
Law).
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
3. L-applikanti għad-dħul fil-kors għandhom ikollhom:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Commerce miksub bl-Ewwel
jew bit-Tieni Klassi bl-Unuri bl-Ekonomija jew il-
Banking and Finance bħala oqsma ta’ studju; jew
(b) il-grad ta’ Doctor of Laws; jew
(ċ) kwalifiki oħra kkonsidrati mill-Bord bħala ekwivalenti
għall-gradi speċifikati fil-paragrafi (a) u (b).
It-tul tal-kors.
full-time jew sentejn akkademiċi ta’ studju fuq bażi part-time.
Ċirkostanzi 
eċċezzjonali.
5. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikanti jistgħu jitħallew
mill-Bord itemmu l-programm tal-kors f’perijodu massimu ta’
tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time jew tliet snin
akkademiċi ta’ studju fuq bażi part-time wara li jirreġistraw.
L-istruttura tal-
kors.
6. Il-kors għandu żewġ komponenti, kif ġej:
(a) komponent mgħallem, li jikkonsisti f’għadd ta’
taqsimiet studju obbligatorji u mhux obbligatorji
f’żewġ oqsma ta’ studju (l-Ekonomija u l-Liġi), li
għalihom minimu ta’ 16-il kredtu huma assenjati; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jwassal għall-preżentazzjoni
ta’ dissertazzjoni, miktuba taħt superviżjoni, li għalih
14-il kredtu huma assenjati.
L-ewwel semestru 
tal-kors.
7. L-istudenti li ġew aċċettati fil-kors fuq il-bażi ta’
kwalifikazzjoni fil-Liġi ma jitħallewx jiksbu kredti għal taqsimiet
2 L.S.327.228 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ECONOMICS 
OF COMPETITION LAW - M.A. (ECON. COMP. LAW)
studju fil-Liġi matul l-ewwel semestru tal-kors, filwaqt li l-
istudenti li ġew aċċettati fuq il-bażi ta’ kwalifikazzjoni fl-
Ekonomija jew fil-Banking and Finance ma jitħallewx jiksbu kredti
għal taqsimiet studju fl-Ekonomija matul l-ewwel semestru tal-
kors.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull qasam ta’ studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
offruti fl-ewwel semestru tal-kors fuq bażi full-time jew fl-ewwel
sena tal-kors fuq bażi part-time, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, liema għandhom jittieħdu fl-istess waqt jew huma
meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu
ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Valutazzjoni u 
progress.
9. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha, r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: assenjamenti (li għalihom jista’ jingħata perċentaġġ
mill-grad finali għat-taqsima studju) u eżamijiet bil-miktub u/jew
orali.
Eżami riparatorju. 10. L-istudenti li jeħlu f’xi eżami bil-miktub jew f’xi
assenjament jew fit-tnejn għandhom jitħallew joqogħdu għal eżami
riparatorju, jew jerġgħu jissottomettu l-assenjament, jew it-tnejn.
L-istudenti jistgħu jitħallew jirrepetu eżami u jerġgħu jissottomettu
assenjament għal taqsima studju partikolari darba biss.
Kredti. 11. Biex jikkwalifikaw għall-Grad, l-istudenti għandhom
jiksbu mill-anqas 16-il kredtu fil-komponent mgħallem tal-kors, li
minnhom 14-il kredtu għandhom jinkisbu għal taqsimiet studju
obbligatorji.
Assenza. 12. L-istudenti li, wara twissija dovuta mogħtija bil-miktub,
jibqgħu ma jattendux għal konferenzi u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali jew b’xi mod iehor ma jaqdux id-dmirijiet akkademiċi
tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jistgħu jinżammu mis-
Senat, wara rakkomandazzjoni tal-Bord, milli jkomplu l-kors.
Id-dissertazzjoni. 13. Id-dissertazzjoni, li għandħa tkun sottomessa sat-tmien tal-
kors għandha tkun ta’ madwar 25,000 kelma dwar suġġett approvat.
Id-dissertazzjoni għandha tkun xogħol oriġinali fis-sens li tkun jew
record ta’ riċerka oriġinali, jew espressjoni ordinata u kritika ta’
data eżistenti dwar suġġett partikolari approvat mill-Bord.
Għandha tinkiteb, tkun ittajpjata u llegata skond il-kriterji stabbiliti
mill-Bord għal dan il-għan. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce dwar
id-dissertazzjoni.
Għoti tal-Grad. 14. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu mid-dissertazzjoni
biex jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad.
Ir-riżultat finali. 15. Ir-riżultat finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ECONOMICS 
OF COMPETITION LAW - M.A. (ECON. COMP. LAW) ġ L.S.327.228 3
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u tar-riċerka
tal-kors, li għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti
assenjati għal kull wieħed.
Klassifika.
Grad għandhom ikunn ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
