GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. - 
FL-INTERNATIONAL INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES ġ L.S.327.229 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.229
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
PHILOSOPHY - M. PHIL. - FL-INTERNATIONAL 
INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 174 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-International Institute
for Baroque Studies.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-International Institute for Baroque
Studies; u
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
2002 ’il quddiem.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
3. Il-Grad għandu jkun miftuħ għal applikanti li ggradwaw
bl-Unuri u li ġew ikklassifikati fl-ogħla nofs fl-eżamijiet finali ta’
l-Università  ta’ Malta jew ta’ università  oħra rikonoxxuta għal dan
il-għan mis-Senat.
Każijiet speċjali.
li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati fl-ordinament 3 li
jirreġistraw. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu evidenza
ta’ profiċjenza u rakkomandazzjoni minn membru akkademiku li
huwa lest li jaġixxi bħala superviżur. Il-Bord jista’ jirrikjedi
rekwiżiti addizzjonali li jinkludu li jgħaddu minn eżami/jiet ta’
kwalifikazzjoni.
Dissertazzjoni 
proposta.
5. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu
t-titolu tad-dissertazzjoni proposta u proposta ta’ riċerka dettaljata
ta’ madwar 1000 kelma.
Tul tad-
dissertazzjoni.
6. It-tul tad-dissertazzjoni m’għandux normalment ikun ta’
aktar minn 50,000 kelma, kemm-il darba ma jkunx speċifikat
xort’oħra mill-Bord.
Kopji.
dissertazzjoni għall-eżami li għandhom ikunu llegati
adegwatament. Fi żmien xahar minn meta jgħaddu mill-eżami tad-
dissertazzjoni, l-istudenti għandhom jissottomettu żewġ kopji tad-
dissertazzjoni, li waħda minnhom għandha tkun depożitata fil-
Librerija ta’ l-Università  llegata kif ġej:
bid-drapp (preferibbilment iswed) b’kartonċin iebes u
karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (preferibbilment
ta’ kulur id-deheb) fuq quddiem u fuq l-ispina li juru:
(a) l-isem ta’ l-istudent;
(b) it-titolu jew it-titolu mqassar tad-dissertazzjoni;
(c) il-grad li għalih d-dissertazzjoni qed tiġi
2 L.S.327.229 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. - 
FL-INTERNATIONAL INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES
sottomessa; u
(d) is-sena li fiha qed tiġi sottomessa.
Mapep, dijagrammi, graphs, materjal mitbugħ, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk dan mhux
possibbli dawn għandhom ikunu ppreżentati separatament f’folders
jew f’volumi u nnumerati.
Format. 8. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm min-naħa tax-xellug u
mill-anqas 20 mm minn fuq, isfel u n-naħa tal-lemin tal-karta.
