STATUT I 09 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĦARSIEN SOĊJALI ġ L.S.327.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.23
STATUT I 09 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĦARSIEN SOĊJALI
24 ta’ April, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 41 ta’ l-1992.
Titolu.
tal-Ħarsien Soċjali.
Istitut tal-Ħarsien 
Soċjali
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  l-Istitut tal-Ħarsien
Soċjali.
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-Istitut għandu dawn l-għanijiet:
(i) li jniedi tiftix interdixxiplinarju u programmi dwar il-
Ħarsien Soċjali;
(ii) li jniedi korsijiet li jwasslu għal Diploma, gradi u
korsijiet oħrajn ogħla fil-qasam tal-Ħarsien Soċjali
b’enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni fil-ħidma soċjali;
(iii) li jidħol għal attivitajiet oħrajri fil-qasam tal-ħarsien
soċjali u studji tal-komunità  flimkien ma’ aġenziji
kemm governattivi u kemm mhumiex; u
(iv) li jagħti servizz lil Fakultajiet u Istituti oħra fil-qasam
tax-Xjenzi Soċjali.
Bord.
3.1 Il-Bord ikun magħmul minn:
President: Ir-Rettur jew delegat tiegħu;
Viċi-President: Id-Direttur ta’ l-Istitut;
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Familja u l-Assistenza
Soċjali;
membru wieħed nominat mill-Ministru responsabbli
ta’ l-Iżvilupp soċjali, għal tliet snin;
membru elett mill-ħaddiema so‘jali reġistrati/
akkreditati f’Malta, għal tliet snin;
persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università , għal
tliet snin;
żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università , għal
tliet snin;
il-Kapijiet tad-Dipartimenti tas-Soċjoloġija, ta’ l-
Ekonomija, u tal-Psikoloġija, jekk mhumiex maħtura
diġà  fil-Bord;
sa żewġ studjużi jew operaturi fil-professjoni tal-
ħidma soċjali, li jinħatru billi jkunu msejħa. Minn
dawn għall-inqas wieħed minnhom ikun imsejjaħ minn
fost dawk li qegħdin jaħdmu ma’ aġenziji mhux tal-
gvern;
2 L.S.327.23 ħ
STATUT I 09 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĦARSIEN SOĊJALI
żewġ rappreżentanti ta’ l-istudeuti mill-istudenti ta’ l-
Istitut u minn fosthom.
3.2 Xogħol il-Bord hu li:
(a) jfassal kif għandu jimxi l-Istitut biex jintlaħqu l-
għanijiet imsemmija hawn fuq;
(b) jara li l-finanzi ta’ l-Istitut jitħaddmu tajjeb;
(ċ) jiżgura li l-Istitut jilħaq l-għanijiet tiegħu billi jaħdem
id f’id ma’ istituzzjonijiet oħrajn, kemm Maltin kif
ukoll barranin.
Direttur u membri. 4. L-Istitut għandu Direttur u membri.
4.1 Id-Direttur jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università  għal
perijodu ta’ tliet snin wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.2 Membri akkademiċi u membri oħrajn ta’ l-istaff jinħatru
mill-Kunsill bir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, madankollu l-Bord
jista’ hu stess jaħtar staff mhux akkademiku għal perijodi li
mhumiex itwal minn sena.
Teżorier ta’ l-
Istitut.
5. It-Teżorier ta’ l-Istitut ikun l-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-
Università  ta’ Malta. Id-Direttur iħejji l-estmi annwali ta’ l-Istitut u
jissottomettih lill-Bord għall-approvazzjoni. Id-Direttur
jissottometti wkoll stqarrija finanzjarja u rapport annwali fuq l-
attivitajiet ta’ l-Istitut.
Emendi. 6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
