GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH. D. - 
FL-INTERNATIONAL INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES ġ L.S.327.230 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.230
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
PHILOSOPHY - PH. D. - FL-INTERNATIONAL 
INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 175 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph. D. - fl-International Institute
for Baroque Studies.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-International Institute for Baroque
Studies;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.; u
"l-Istitut"' tfisser l-International Institute for Baroque Studies.
Applikabilità .
2002 ’il quddiem.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
3. L-anqas kwalifika biex wieħed jirreġistra għal grad ta’
Ph.D. hija l-Master of Arts - M.A. - mill-Università  ta’ Malta jew l-
ekwivalenti tagħha, u rakkomandazzjoni pożittiva mill-Bord.
Sunt tat-teżi 
proposta.
4. Minbarra proposta dettaljata ta’ riċerka, il-Bord jirrikjedi li
l-applikant jissottometti sunt ta’ madwar 1000 kelma dwar il-
proġett propost, li għandu jinkludi s-sorsi u l-materja tar-riċerka.
Is-superviijoni.
superviżuri (li jistgħu jinkludu studjużi minn universitajiet
barranin) ikunu diskussi ma’ l-Istitut. Il-Bord għandu
jirrakkomanda s-superviżur/i lis-Senat.
(2) Is-superviżur għandu jkun awtorità  stabbilita fil-qasam
partikolari tar-riċerka.
(3) Fil-każ fejn ikun hemm iżjed minn superviżur wieħed, dan
jista’ jinkludi membru akkademiku ieħor mill-Università  ta’ Malta
jew espert rikonoxxut li mhux membru ta’ l-Università  ta’ Malta.
L-awtentiċità  tat-
teżi.
6. Teżi li tkun sottomessa għas-superviżjoni u għall-eżami ma
għandha bl-ebda mod tkun diġà  ġiet sottomessa għal xi grad jew
diploma x’imkien ieħor, u m’għandhiex tkun ġiet ippubblikata
indipendentement mill-applikant, kemm kollha jew partijiet
minnha.
Il-format u l-
preżentazzjoni tat-
teżi.
7. (1) It-tul ta’ teżi għall-Ph.D. sottomessa lill-Istitut għandu
normalment ikun ta’ mhux anqas minn 70,000 u mhux aktar minn
90,000 kelma, li jinkludu n-noti fil-qiegħ tal-paġni u l-
biblijografija, iżda li jeskludu l-indiċi ta’ l-ismijiet u/jew analitiku
u xi appendiċijiet.
(2) It teżi għandha ssegwi format ta’ riferenzi standard tul ix-
xogħol kollu. Madankollu, hemm diskrezzjoni dwar l-istili speċifiċi
2 L.S.327.230 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH. D. - 
FL-INTERNATIONAL INSTITUTE FOR BAROQUE STUDIES
u l-modalitajiet.
(3) Wara l-approvazzjoni formali mis-superviżur/i, l-istudent
għandu jippreżenta erba’ kopji lid-Direttur ta’ l-Istitut biex
jitqassmu lill-eżaminaturi rispettivi.
(4) Għall-iskopijiet ta’ l-eżami għandhom ikunu ppreżentati
erba’ kopji ta’ kull teżi heat bound (thermal binding). Meta t-teżi
tkun approvata, il-kopji għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati f’forma
aktar permanenti (preferibbilment bi qxur iebsin) fi żmien mhux
aktar minn sitt ġimgħat minn meta jsir l-eżami viva voce. Kopja
oħra, illegata wkoll b’dan il-mod, għandha tingħata lis-Sezzjoni
tal-Melitensia fil-Librerija ta’ lUniversità , illegata kif ġej:
bid-drapp (preferibbilment iswed) b’kartonċin iebes u
karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (preferibbilment
ta’ kulur id-deheb) fuq quddiem u fuq l-ispina li juru:
(a) l-isem ta’ l-istudent;
(b) it-titolu jew it-titolu mqassar tat-teżi;
(ċ) il-grad li għalih t-teżi qed tiġi sottomessa; u
(d) is-sena li fiha qed tiġi sottomessa.
Mapep, dijagrammi, graphs, materjal mitbugħ, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mat-teżi, iżda jekk dan mhux possibbli
dawn għandhom ikunu ppreżentati separatament f’folders jew
f’volumi u nnumerati.
(5) It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm min-naħa tax-xellug u
mill-anqas 20 mm minn fuq, isfel u n-naħa tal-lemin tal-karta.
