KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH. D. - 
U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. ġ L.S.327.231 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.231
ORDINAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRADI TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH. D. - U MASTER OF 
PHILOSOPHY - M. PHIL.
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 176 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph. D. - u Master of
Philosophy - M. Phil.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Public Administration
and Management;
"id-Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Istitut tal-Public
Administration and Management;
"il-Gradi" tfisser il-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u
Master of Philosophy - M.Phil.; u
L.S. 327.101
Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u Master of Philosophy -
M.Phil.
Applikabilità .
2003 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
ordinament minbarra r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni indikati fir-
Regolamenti prinċipali.
(2) L-applikanti biex jidħlu għall-grad ta’ Master of
Philosophy għandhom ikollhom grad tajjeb bl-Unuri fil-public
administration jew f’qasam ta’ studju relatat ħafna, minn l-
Università  ta’ Malta jew università  oħra, jew kwalifiki ta’ livell
komparabbli rikonoxxuti għal dan il-għan mis-Senat. Il-Bord jista’
jimponi rekwiżiti addizzjonali, li jinkludu t-tmiem b’suċċess ta’
programm ta’ studju approvat.
(3) Qabel ma jirreġistraw għall-grad ta’ Doctor of Philosophy,
l-applikanti normalment ikunu meħtieġa l-ewwel jirreġistraw għall-
grad ta’ Master of Philosophy. L-applikanti jiġu rrakkomandati
għal reġistrazzjoni diretta għall-grad ta’ Doctor of Philosophy
f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss.
(4) L-applikazzjonijiet għall-Gradi għandhom jissodisfaw ir-
rekwiżiti stipulati fir-regolament 5(4) tar-Regolamenti prinċipali,
sakemm il-proposta tar-riċerka ma tkunx anqas minn 1,000 kelma u
ma taqbiżx l-2,000 kelma.
Teżijiet u 
dissertazzjonijiet.
4. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu:
(a) teżi ta’ mhux aktar minn 100,000 kelma għall-grad ta’
Doctor of Philosophy; u
2 L.S.327.231 ħ
KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH. D. - 
U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
(b) dissertazzjoni ta’ mhux aktar minn 50,000 kelma
għall-grad ta’ Master of Philosophy.
(2) Ma jistax isir tibdil fit-titolu jew fis-suġġett approvat fil-
bidu tar-reġistrazzjoni jekk mhux bir-rakkomandazzjoni tas-
superviżur u tad-Direttur, u bl-approvazzjoni tas-Senat.
(3) It-teżijiet u d-dissertazzjonijiet għandhom isegwu l-
istruzzjonijiet dwar il-format u l-preżentazzjoni approvati minn
żmien għal żmien mill-Bord.
(4) L-istudenti għandhom jissottomettu tliet kopji identiċi u
llegati sewwa tat-teżi jew tad-dissertazzjoni, skond il-każ, hekk kif
jiġu awtorizzati jissottomettu x-xogħol tagħhom għall-valutazzjoni
skond ir-regolament 10 tar-Regolamenti prinċipali, u għandhom
iġibu kopja oħra identika għall-eżami orali.
(5) Mhux aktar tard minn sitt ġimgħat minn meta t-teżi jew id-
dissertazzjoni tingħata l-approvazzjoni finali mill-eżaminaturi, l-
istudenti għandhom jissottomettu lill-Istitut tliet kopji identiċi tax-
xogħol, ipprintjati, illegati bi qxur iebsin, li waħda minnhom
għandha tkun depożitata fil-Librerija ta’ l-Università .
