KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF PLANNING 
(HONOURS) - B. PLAN. (HONS.) ġ L.S.327.232 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.232
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF PLANNING (HONOURS) -
B. PLAN. (HONS.)
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 178 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Planning (Honours) - B.Plan.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-
Inġinerija Ċivili;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-
Senat għall-kors, li għandu jinkludi membri akkademiċi mill-
Fakultà  u mill-Istitut Internazzjonali dwar l-Ambjent;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Planning (Honours) -
B.Plan. (Hons); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Planning (Honours) - B.Plan. (Hons).
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
regolamenti għad-dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ studji, jiksbu l-kredti kollħa indikati
fir-regolament 15, u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
It-tul tal-kors.
bażi full-time, jew l-ekwivalenti tiegħu fi studju fuq bażi part-time.
Il-Bord jista’ jestendi dan il-perijodu b’sena oħra addizzjonali, u,
f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’sena oħra bil-permess tas-Senat.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
5. Biex jidħlu għall-kors, l-applikanti jridu jkunu eliġibbli
għad-dħul fl-Università  bħala studenti regolari.
Il-kors ta’ studji.
assenjati total ta’ 120 kredtu.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
2 L.S.327.232 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF PLANNING 
(HONOURS) - B. PLAN. (HONS.)
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
fl-istess waqt jew huma meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu qabel il-bidu tal-kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
8. Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D. F tindika li
wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati
(mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-
każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma
għandhom jidhru bħala F.
Nuqqas li wieħed 
iġib in-numru ta’ 
kredti meħtieġa.
9. (1) Fl-ewwel tliet snin tal-kors, l-istudenti li wara l-ewwel
valutazzjoni f’xi sena ta’ studju ma jġibux minn ta’ l-anqas
tmintax-il kredtu, jew li jeħlu minn xi riparatorji ta’ taqsimiet
studju li kienu weħlu minnhom, ikunu meħtieġa jirrepetu s-sena ta’
studju.
(2) Fir-raba’ sena tal-kors, l-istudenti li wara l-ewwel
valutazzjoni ma jġibux minn ta’ l-anqas tnejn u għoxrin kredtu, jew
jeħlu mir-riparatorji ta’ taqsimiet studju li kienu weħlu minnhom,
jingħataw il-grad ta’ Bachelor of Planning u jiġu kklassifikati kif
indikat fir-regolament 19(2), u jkunu meqjusa l-gradi miksuba fl-
ewwel tliet snin tal-kors.
Riparatorju. 10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 9, l-
istudenti li jeħlu minn xi taqsima studju għandhom jitħallew
joqogħdu għar-riparatorju fit-taqsima studju li weħlu minnha darba
biss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa D.
Assenza. 11. L-istudenti li ma jattendux għal aktar minn terz tal-
konferenzi ta’ xi taqsima studju, u li kienu diġà  ġew imwissija bil-
miktub mill-Bord ta’ l-Istudji dwar l-assenza tagħhom, ma jkunux
eliġibbli għall-valutazzjoni f’dik it-taqsima studju u jingħataw F,
ħlief f’ċirkostanzi straordinarji li l-Bord ta’ l-Istudji jqis li
jiġġustifikaw din l-assenza, u wara li l-istudenti fuq direzzjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji jkunu għamlu tajjeb għal dawk l-elementi li jkunu
tilfu.
Sena ripetuta. 12. (1) L-istudenti li jittħallew jirrepetu sena jkunu meħtieġa
jirrepetu u jerġgħu jkunu valutati fit-taqsimiet studju kollha ta’ dik
is-sena.
(2) Fl-ewvel valutazzjoni tas-sena li tkun qed tiġi ripetuta jista’
jingħata kwalunkwe grad; fil-valutazzjoni riparatorja, l-ogħla grad
li jista’ jingħata huwa D. Il-gradi miksuba matul is-sena ripetuta
għandhom jiġu kkunsidrati għall-klassifikazzjoni finali tal-Grad.
Ir-riżultati miksuba matul is-sena li fiha jkunu weħlu
m’għandhomx jiġu kkunsidrati għall-għoti tal-Grad u ma
għandhomx jidhru fir-record akkademiku ta’ l-istudent.
Grad medju. 13. L-istudenti li jkollhom grad medju ta’ anqas minn Ċ+ fit-
tmiem ta’ l-ewwel tliet snin tal-kors ma jitħallewx javanzaw għar-
raba’ sena tal-kors.
Ir-raba’ sena tal-
kors.
14. L-istudenti ma jitħallewx jidħlu direttament fir-raba’ sena
tal-kors ħlief jekk qabel ikunu għaddew mill-ewwel tliet snin tal-
kors, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 13.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF PLANNING 
(HONOURS) - B. PLAN. (HONS.) ġ L.S.327.232 3
L-għoti tal-Grad.
jiksbu t-30 kredtu assenjati għas-sena partikolari, sakemm li l-Bord
jista’ jħalli studenti jgħaddu kondizzjonalment għas-sena ta’ wara
tal-kors jekk huma jkunu kisbu mhux anqas minn 26 kredtu. L-
istudenti li jgħaddu kondizzjonalment ikunu meħtieġa jgħaddu
mill-kredtu/i li ġew riferuti fihom sa l-aħħar tas-sena akkademika li
jkun imiss. Kwalunkwe taqsima studju tista’ tiġi riferuta għas-sena
ta’ wara darba biss.
Tip tal-Grad.
jingħataw il-Grad. L-istudenti li jgħaddu mill-ewwel tliet snin tal-
kors biss jingħataw il-grad ta’ Bachelor of Planning.
Avviż.
l-istudenti għandhom javżaw lill-Università  jekk ikunu se jkomplu
r-raba’ sena tal-kors jew le.
Ir-riżultati.
(Honours), kull sena tal-kors għandha tingħata piż kif ġej biex
tinħadem il-klassifikazzjoni finali:
(a) l-ewwel sena tal-kors għandha tingħata piż ta’ 20%;
(b) it-tieni u t-tielet sena tal-kors għandhom jingħataw piż
ta’ 25% kull waħda; u
(ċ) ir-raba’ sena tal-kors għandha tingħata piż ta’ 30%.
(2) Għall-għoti tal-grad ta’ Bachelor of Planning, u biex il-
gradi jingħataw piż għall-għan tar-regolament 13, kull sena tal-kors
għandha tingħata piż kif ġej:
(a) l-ewwel sena tal-kors għandha tingħata piż ta’ 28%; u
(b) it-tieni u t-tielet sena tal-kors għandhom jingħataw piż
ta’ 36% kull waħda.
Klassifikazzjoni.
tal-grad ta’ Bachelor of Planning (Honours) għandhom jiġu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Planning għandhom jiġu ppubblikati f’lista
f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Kategorija I
Kategorija IIA
Kategorija IIB
Kategorija III.
