KORS GĦAD-DIPLOMA IN EDUCATION
(INDIVIDUAL EDUCATIONAL NEEDS) ġ L.S.327.233 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.233
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
EDUCATION (INDIVIDUAL EDUCATIONAL NEEDS)
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 179 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Education (Individual Educational Needs).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Education (Individual
Educational Needs); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma.
L-applikabilità .
jibdew fi Frar u f’Ottubru 2003.
L-eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-regolamenti għad-dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ studji, jiksbu 15-il kredtu
kif indikat fir-regolament 6, u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mitluba f’dawn
ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Id-dħul fil-kors.
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-applikanti jistgħu japplikaw biex jirreġistraw għall-kors
jekk għandhom il-Pre-Tertiary Certificate in Education (Learning
Support Facilitators), u sentejn esperjenza fil-facilitation,
preżentement huma qed jgħinu tfal statemented bi bżonnijiet
edukattivi speċjali jew fil-mainstream jew fl-iskejjel speċjali, u
huma nnominati mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
It-tul tal-kors.
time.
Il-kors ta’ studji.
għalihom huma assenjati 15-il kredtu:
(a) taqsima ta’ speċjalizzazzjoni: taqsimiet studju
mgħallma u pjazzament prattiku li għalihom huma
2 L.S.327.233 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN EDUCATION
(INDIVIDUAL EDUCATIONAL NEEDS)
assenjati 7 kredti;
(b) Koordinazzjoni tal-Bżonnijiet Speċjali Edukattivi li
għalihom huma assenjati 4 kredti; u
(ċ) proġett ibbażat fl-Iskola li għalih huma assenjati 4
kredti.
(2) Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
fl-istess waqt jew huma meħtieġa għal taqsimiet studju oħrajn, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippubblika l-
katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-valutazzjoni. 7. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u D, ħlief
meta taqsima studju tkun valutata fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. F
tindika li wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet
ġustifikati (mard, assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-
ittra I. Fil-każijiet l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux
mitmuma għandhom jidhru bħala F.
(2) L-istudenti li jeħlu minn xi taqsima studju jitħalleww
jerġgħu jagħtu l-assenjament/i, jew joqogħdu għar-riparatorju tat-
test/ijiet darba fis-sessjoni ta’ eżamijiet li jkun imiss. Jekk jgħaddu,
l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(3) L-istudenti li jeħlu mir-riparatorju jew mill-assenjament li
ssottomettew mill-ġdid jiġu mitluba jirriżenjaw mill-kors.
Il-pjazzament 
prattiku.
8. (1) L-istudenti huma mitluba li jieħdu sehem f’pjazzament
prattiku wieħed li jsir matul il-kors kollu u marbut mal-qasam ta’
speċjalizzazzjoni tagħhom, li għalih jiġu assenjati 3 kredti. L-
istudenti jkollhom mill-anqas żewġ żjajjar, waħda formattiva u
oħra summattiva, relatati mal-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom.
(2) Il-pjazzament prattiku jinfirex matul il-kors kollu, u r-
riżultat finali (Għadda jew Weħel) jingħata fl-aħħar tal-kors. Jekk
jeħlu, l-istudenti jitħallew jirrepetuh darba matul perijodu
determinat mill-Bord ta’ l-Istudji.
Il-proġett ibbażat 
fl-iskola.
9. (1) L-istudenti għandhom jieħdu sehem, taħt superviżjoni,
f’proġett ibbażat fl-iskola marbut mal-qasam ta’ speċjalizzazzjoni
tagħhom ta’ mhux anqas minn 5000 kelma. Erba’ kredti huma
assenjati għal dan il-proġett.
(2) Il-proġett ibbażat fl-iskola għandu jkun valutat skond l-
iskema ta’ l-iggradar indikata fir-regolament 7.
L-attendenza. 10. L-attendenza regolari għat-taqsimiet studju kollha tal-kors
hija obbligatorja. Fil-każ ta’ assenza għal raġuni li l-Bord ta’ l-
Istudji jikkonsidra valida, il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu
l-kors sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex huma jlaħħqu
mal-konferenzi/pjazzament prattiku li tilfu waqt l-assenza
tagħhom.
Ir-riżultat finali. 11. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell miħuq mill-
KORS GĦAD-DIPLOMA IN EDUCATION
(INDIVIDUAL EDUCATIONAL NEEDS) ġ L.S.327.233 3
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors li jingħataw piż kif ġej:
il-kredti għat-taqsimiet studju mgħallma 60%
il-pjazzament prattiku 20%
il-proġett ibbażat fl-iskola 20%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
